Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tas-7 ta’ Marzu 2008

11 ta' Marzu 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-7 ta’ Marzu 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 67 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 138 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal-EUR 107.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.2 biljun għal EUR 657.3 biljun. Lobbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 10.2 biljun għal EUR 62 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 4.2 biljun għal EUR 446.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Marzu 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 183 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 176.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (ukoll bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.3 biljun għal EUR 195.8 biljun.

Kwistjonijiet oħra

Ċirkostanzi eċċezzjonali f’wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema kellu impatt retroattiv, għalkemm immaterjali, fuq ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tad-29 ta’ Frar 2008 (ippubblikat fl-4 ta’ Marzu 2008), kif rifless mill-bidliet attwali ta’ kull ġimgħa fir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ din il-ġimgħa.

L-istess ċirkostanzi wkoll ma ppermettewx lil dan il-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema li jipproduċi l-karta tal-bilanċ tiegħu tas-7 ta’ Marzu 2008. Għalhekk, ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ din il-ġimgħa jirrifletti l-iżjed informazzjoni reċenti dwar il-karta tal-bilanċ ipprovduta mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema kkonċernat, li hi r-rapport finanzjarju tiegħu tad-29 ta’ Frar 2008.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 201,232 −67
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 136,353 −1,460
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,028 −43
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
127,325 −1,417
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 26,663 1,950
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,199 681
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,199 681
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 446,993 −4,488
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 178,496 −4,505
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 268,479 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1 1
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 17 16
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 31,196 419
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 107,501 962
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 38,635 0
9 Assi oħra 329,117 −1,981
Assi Totali 1,332,889 −3,984
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 657,316 3,168
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 196,330 1,961
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 195,830 2,254
2.2 Faċilità ta’ depożitu 230 4
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 270 −297
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 205 −6
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 69,437 −10,255
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 61,962 −10,169
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,475 −86
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 35,385 986
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 895 133
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,773 182
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 18,773 182
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,311 0
10 Passiv ieħor 130,977 −151
11 Kont tar-rivalutazzjoni 147,665 0
12 Kapitali u riżervi 70,595 −2
Total tal-passiv 1,332,889 −3,984

Kuntatti midja