Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Ewrosistema
tas-7 Diċembru 2007

11 ta' Diċembru 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-7 ta’ Diċembru 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 22 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 142.2 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 97.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.7 biljun għal EUR 655.4 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.6 biljun għal EUR 76.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 22.5 biljun għal EUR 440.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Diċembru 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 178 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 163 biljun. Nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Diċembru 2007, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar għall-assorbiment tal-likwidità, li saret fil-forma ta’ ġbir ta’ depożiti fissi ta’ EUR 8 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 38.6 biljun għal EUR 164.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 185,335 −22
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 144,821 2,657
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,245 0
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
135,576 2,657
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 22,637 −2,530
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,995 491
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 14,995 491
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 448,822 −14,246
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 163,000 −15,001
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 285,004 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 815 755
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 3 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 22,536 1,564
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 97,174 1,309
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,104 1
9 Assi oħra 319,602 6,536
Assi Totali 1,293,026 −4,240
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 655,376 9,679
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 173,490 −30,304
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 164,933 −38,589
2.2 Faċilità ta’ depożitu 551 284
2.3 Depożiti fissi 7,999 7,999
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 7 2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 165 28
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 83,916 8,820
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 76,174 8,645
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,742 175
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 30,851 2,103
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 465 225
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,421 −22
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 19,421 −22
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,398 0
10 Passiv ieħor 123,968 5,224
11 Kont tar-rivalutazzjoni 131,060 0
12 Kapitali u riżervi 68,916 7
Total tal-passiv 1,293,026 −4,240

Kuntatti midja