Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat-2 ta' Novembru 2007

6 ta' Novembru 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-2 ta’ Novembru 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 184 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess jiġifieri ta’ EUR 141.8 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun għal-EUR 95.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.7 biljun għal EUR 643.5 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 18.6 biljun għal EUR 50.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 12.1 biljun għal EUR 434.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 31 ta’ Ottubru 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  182 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 170 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel ukoll).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 192 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 185,539 −184
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 144,413 2,222
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,298 −16
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
135,115 2,238
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 22,835 −982
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,010 −118
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,010 −118
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 435,011 −12,014
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 170,000 −12,000
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 265,005 1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 5 3
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 −18
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,494 2,085
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 95,696 −140
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,110 −12
9 Assi oħra 300,153 1,900
Assi Totali 1,256,261 −7,243
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 643,503 5,733
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 192,208 297
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 191,974 228
2.2 Faċilità ta’ depożitu 219 64
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 15 5
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 185 35
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 58,289 −18,317
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 50,847 −18,584
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,442 267
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 27,342 1,948
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 326 111
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,709 1,098
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 19,709 1,098
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,398 0
10 Passiv ieħor 109,342 1,851
11 Kont tar-rivalutazzjoni 131,060 0
12 Kapitali u riżervi 68,899 1
Total tal-passiv 1,256,261 −7,243

Kuntatti midja