Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat-12 ta' Ottubru 2007

16 ta' Ottubru 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Ottubru 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 108 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 142 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal-EUR 96.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 640.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 3.2 biljun għal EUR 57.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 29.3 biljun għal EUR 452.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Ottubru 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  163 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 218 biljun. Nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Ottubru, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar għall-assorbiment tal-likwidità, li saret fil-forma ta’ ġbir ta’ depożiti fissi ta’ EUR 30 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 4.6 biljun tal-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 36.3 biljun għal EUR 201.6 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 185,975 −108
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 143,403 1,489
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,358 3
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
134,045 1,486
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,352 −1,658
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,191 837
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,191 837
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 483,006 55,001
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 218,001 55,000
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 265,004 4
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −2
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,093 1,146
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 96,640 −623
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,122 0
9 Assi oħra 288,336 4,682
Assi Totali 1,289,118 60,766
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 640,610 −688
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 231,957 62,016
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 201,626 36,324
2.2 Faċilità ta’ depożitu 316 −4,312
2.3 Depożiti fissi 30,001 30,001
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 14 3
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 139 −2
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 64,515 −3,335
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 57,142 −3,194
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,373 −141
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 25,028 1,085
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 293 −42
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,098 −34
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 19,098 −34
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,398 0
10 Passiv ieħor 102,126 1,766
11 Kont tar-rivalutazzjoni 131,060 0
12 Kapitali u riżervi 68,894 0
Total tal-passiv 1,289,118 60,766

Kuntatti midja