Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema ta' l-20 ta' Lulju 2007

24 ta' Lulju 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-20 ta’ Lulju 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 288 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu tliet banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess jiġifieri EUR 144.5 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 93.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 638.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 13.6 biljun għal EUR 56.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 9.8 biljun għal EUR 451.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Lulju 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  292 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 301.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal ma kien fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 2.9 biljun għal EUR 190.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 172,336 −288
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 143,569 399
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,751 −18
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
133,818 417
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,526 −366
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,292 410
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,292 410
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 451,819 9,817
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 301,499 9,499
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 150,002 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 318 318
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,976 −201
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,313 196
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,149 0
9 Assi oħra 244,439 1,088
Assi Totali 1,196,419 11,055
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 638,230 −605
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 190,198 −2,917
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 190,119 −2,918
2.2 Faċilità ta’ depożitu 79 1
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 218 3
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 63,772 13,685
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 56,136 13,631
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,636 54
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,826 −78
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 156 −25
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,972 84
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 16,972 84
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,517 0
10 Passiv ieħor 77,207 908
11 Kont tar-rivalutazzjoni 117,010 0
12 Kapitali u riżervi 68,313 0
Total tal-passiv 1,196,419 11,055

Kuntatti midja