Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' l-Eurosistema tas-6 ta' Lulju 2007

10 ta' Lulju 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-6 ta’ Lulju 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 44 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 144.2 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 93.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.1 biljun għal EUR 638.2 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 20.3 biljun għal EUR 49.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 16.4 biljun għal EUR 447.1 biljun. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Lulju 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  313.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 298 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ 1.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 1.1 biljun, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel.

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 8.5 biljun għal EUR 190.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 172,712 −44
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 144,357 2,710
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,836 −43
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
134,521 2,753
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 22,760 −1,673
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,535 −178
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,535 −178
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 448,171 −16,437
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 297,999 −15,500
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 150,002 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 4 −1,100
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 166 163
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,567 −192
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,931 227
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,149 2
9 Assi oħra 242,575 −1,111
Assi Totali 1,191,757 −16,696
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 638,219 5,143
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 191,614 8,428
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 190,548 8,462
2.2 Faċilità ta’ depożitu 1,064 −36
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2 2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 213 −13
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 56,892 −20,989
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 49,380 −20,321
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,512 −668
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,472 −8,644
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 182 4
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,172 1,113
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 17,172 1,113
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,517 0
10 Passiv ieħor 77,154 −1,739
11 Kont tar-rivalutazzjoni 117,010 0
12 Kapitali u riżervi 68,312 1
Total tal-passiv 1,191,757 −16,696

Kuntatti midja