Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tad-29 ta' Ġunju 2007

4 ta' Lulju 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-29 ta’ Ġunju 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 7.1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta prinċipalment l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamlu tliet banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.6 biljun għal EUR 144.3 biljun. Il-bidla kienet dovuta prinċipalment għall-effetti tar-rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur ta’ l-attiv u tal-passivi, filwaqt li t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll imwettqa mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perjodu vvalutat irriżultaw f’żjieda ta’ EUR 0.6 biljun

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 93.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 633.1 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 19.8 biljun għal EUR 69.7 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 25.5 biljun għal EUR 463.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Ġunju 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 288 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 313.5 biljun. Il-Ħamis, 28 ta’ Ġunju 2007, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perjodu fit-tul ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun.

Ir-rikors kemm għall- faċilità ta’ self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 1.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 7.4 biljun għal EUR 182.1 biljun.

Ri-valutazzjoni ta’ l-assi u tal-passivi ta’ l-Eurosistema magħmula fi tmiem il-perjodu ta’ tliet xhur

Skond ir-regoli ta’ kontabbiltà armonizzati ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti fit-titoli u l-istrumenti finanzjarji ta’ l-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull tliet xhur. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fid-29 ta’ Ġunju 2007 jidher fil-kolonna addizzjonali " Differenza pparagunata mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba aġġustamenti ta’ l-aħħar tliet xhur”. Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 480.193 kull uqija fina.

USD: 1.3505 kull EUR

JPY: 166.63 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1224 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 172,756 −631 −6,479
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 141,647 344 −2,111
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,879 −4 −137
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
131,768 348 −1,974
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 24,433 −1,335 −247
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,713 894 −25
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,713 894 −25
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 464,608 26,484 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 313,499 25,497 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 150,002 −1 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,104 985 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 3 3 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,759 −671 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 93,704 305 −530
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,147 −470 −26
9 Assi oħra 243,686 1,629 4,650
Assi Totali 1,208,453 26,546 −4,765
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 633,076 5,174 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 183,186 −6,369 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 182,086 −7,382 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 1,100 1,014 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −1 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 226 25 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 77,881 19,389 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 69,701 19,798 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,180 −409 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,116 8,580 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 178 −10 −2
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 16,059 −1,540 −157
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 16,059 −1,540 −157
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,517 0 −61
10 Passiv ieħor 78,893 1,318 3,966
11 Kont tar-rivalutazzjoni 117,010 0 −8,511
12 Kapitali u riżervi 68,311 −21 0
Total tal-passiv 1,208,453 26,546 −4,765

Kuntatti midja