European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tas-27 ta' April 2007

2 ta' Mejju 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-27 ta’ April 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 195 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 145.3 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.9 biljun għal-EUR 92.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.8 biljun għal EUR 619.7 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 60.8 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 8.5 biljun għal EUR 439.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 25 ta’ April 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  281.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 288.5 biljun. Nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ April 2007 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament aktar fit-tul ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 1.5 biljun (imqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel ) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn (bħal ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqqset b’EUR 0.1 biljun għal EUR 183.6 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 180,703 −195
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 142,051 1,720
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,640 −129
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
132,411 1,849
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,014 120
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,463 −887
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 14,463 −887
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 440,018 8,470
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 288,500 6,998
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 149,999 −2
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,519 1,490
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −16
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,800 1,625
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 92,358 1,872
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 39,240 −43
9 Assi oħra 226,661 −619
Assi Totali 1,176,308 12,063
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 619,662 3,845
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 183,664 −111
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 183,574 −58
2.2 Faċilità ta’ depożitu 18 −19
2.3 Depożiti fissi 64 −39
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 8 5
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 127 −6
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 69,973 5,380
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 60,825 5,213
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 9,148 167
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,521 996
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 296 139
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,878 1,756
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 15,878 1,756
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,578 0
10 Passiv ieħor 67,760 62
11 Kont tar-rivalutazzjoni 125,521 0
12 Kapitali u riżervi 68,328 2
Total tal-passiv 1,176,308 12,063
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja