Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat-2 ta' Marzu 2007

6 ta' Marzu 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-2 ta’ Marzu 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 34 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 145 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal-EUR 86.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 608.5 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 11 biljun għal EUR 49.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 1.7 biljun għal EUR 428.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Frar 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  301.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 289 biljun. Nhar il-Ħamis, 1 ta’ Marzu 2007, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 40 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), u r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ukoll prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 4.8 biljun għal EUR 182.6 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 176,450 −34
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 142,494 −797
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 10,004 −2
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
132,490 −795
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 22,162 732
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,613 1,509
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,613 1,509
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 429,008 −2,506
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 288,999 −12,501
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 140,000 9,999
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 9 −4
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,822 −1,160
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 86,499 607
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 39,317 6
9 Assi oħra 223,864 −524
Assi Totali 1,148,229 −2,167
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 608,477 4,847
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 183,132 4,003
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 182,613 4,810
2.2 Faċilità ta’ depożitu 35 −459
2.3 Depożiti fissi 484 −348
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 134 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 57,654 −10,988
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 49,213 −10,965
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,441 −23
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,096 192
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 163 −127
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,896 262
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,896 262
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,611 0
10 Passiv ieħor 71,851 −495
11 Kont tar-rivalutazzjoni 121,990 0
12 Kapitali u riżervi 67,225 139
Total tal-passiv 1,148,229 −2,167

Kuntatti midja