Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat-12 ta' Jannar 2007

16 ta' Jannar 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Jannar 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 28 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u l-bejgħ ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.4 biljun għal EUR 147.3 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal-EUR 81.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 8 biljun għal EUR 611.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 52.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 19.9 biljun għal EUR 428.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Jannar 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  330.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 310.5 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta' qabel), waqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (ukoll bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 11.8 biljun għal EUR 166.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 176,793 −28
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 143,835 −186
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 10,695 9
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
133,139 −195
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,641 1,193
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,748 329
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 12,748 329
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 430,501 −20,000
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 310,500 −19,999
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 120,000 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1 −1
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,751 −134
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 81,150 427
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 39,359 0
9 Assi oħra 217,522 2,283
Assi Totali 1,138,300 −16,116
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 611,242 −8,021
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 169,092 −11,773
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 166,934 −11,766
2.2 Faċilità ta’ depożitu 60 −9
2.3 Depożiti fissi 2,096 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2 2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 138 5
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 44 −51
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 61,146 −192
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 52,571 −424
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,575 232
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,450 352
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 164 4
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,367 2,430
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,367 2,430
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,611 0
10 Passiv ieħor 71,660 1,129
11 Kont tar-rivalutazzjoni 121,990 0
12 Kapitali u riżervi 66,396 1
Total tal-passiv 1,138,300 −16,116

Kuntatti midja