Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta' l-Eurosistema, ta' l-1 ta' Jannar 2007 u Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tal-5 ta' Jannar 2007

9 ta' Jannar 2007

Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta’ l-Eurosistema, ta’ l-1 ta’ Jannar 2007

Kif tħabbar il-ġimgħa li għaddiet, il-BĊE qed jippubblika rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta’ l-Eurosistema, ta’ l-1 ta’ Jannar 2007 inklużi ċ-ċifri tal-karta tal-bilanċ mill-Banka Slovenije, li ssieħeb ma’ l-Eurosistema fl-istess jum, flimkien mar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa, tal-5 ta’ Jannar 2007. Partiti li qabel kienu denominati f’tolari Sloveni tneħħew mill-partiti “denominati f’munita barranija” u tqiegħdu mal-partiti “denominati f’euro”. It-transazzjonijiet u l-bilanċi tal-kontijiet tar-residenti tas-Slovenja tneħħew mill-partiti tal-karta tal-bilanċ ta’ “barra ż-żona ta’ l-euro” u tqiegħdu mal-partiti taż-“żona ta’ l-euro”. Barra minn dan, il-kapital u r-riżervi (il-partita nru. 12 tal-passiv) żdiedu meta mqabbla mar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tad-29 ta’ Diċembru 2006, u dan irrifletta l-effett tad-dħul tal-Banka Slovenije fl-Eurosistema, il-ħlas tal-kontributi rispettivi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-kapital tal-BĊE meta dawn l-Istati Membri ssieħbu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007 [1] u l-aġġustamenti ta’ tmiem is-sena minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tal-5 ta' Jannar 2007

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-5 ta’ Jannar 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 25 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess jiġifieri EUR 148.8 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal-EUR 80.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 10.4 biljun għal EUR 619.3 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7.5 biljun għal EUR 53 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 1.4 biljun għal EUR 448.2 biljun. Nhar il-Ħamis, 4 ta’ Jannar 2007, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  330.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 330.5 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fir-rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta’ l-Eurosistema), waqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fir-rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, ta’ l-Eurosistema).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 4.8 biljun għal EUR 178.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 176,846
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 143,113
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 10,695
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
132,417
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 24,025
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,980
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 12,980
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 450,540
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 330,452
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 120,000
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 88
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,619
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 80,075
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 39,359
9 Assi oħra 217,970
Assi Totali 1,157,527
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 629,637
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 177,476
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 173,870
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 964
  2.3 Depożiti fissi 2,640
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 78
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 135
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 53,714
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 45,502
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,212
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,629
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 162
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,621
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,621
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,611
10 Passiv ieħor 73,080
11 Kont tar-rivalutazzjoni 121,990
12 Kapitali u riżervi 66,394
Total tal-passiv 1,157,527

  1. Għal iżjed dettalji, jekk jogħbok irreferi għall-istqarrija tal-BĊE għall-istampa tat-2 ta’ Jannar 2007 imsejħa “Skema ta’ sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE – tkabbir ta’ l-UE u ta’ l-Eurosistema”.

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tal-5 ta' Jannar 2007

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 176,821 −25
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 144,021 908
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 10,686 −9
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
133,334 917
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 22,448 −1,577
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,419 −561
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 12,419 −561
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 450,501 −39
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 330,499 47
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 120,000 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2 −86
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,885 266
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 80,723 648
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 39,359 0
9 Assi oħra 215,239 −2,731
Assi Totali 1,154,416 −3,111
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 619,263 −10,374
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 180,865 3,389
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 178,700 4,830
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 69 −895
  2.3 Depożiti fissi 2,096 −544
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 133 55
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 95 −40
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 61,338 7,624
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 52,995 7,493
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,343 131
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,098 −531
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 160 −2
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,937 −684
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,937 −684
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,611 0
10 Passiv ieħor 70,531 −2,549
11 Kont tar-rivalutazzjoni 121,990 0
12 Kapitali u riżervi 66,395 1
Total tal-passiv 1,154,416 −3,111
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja