Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat Ta' L-Eurosistema ta' l-14 ta' Lulju 2006

18 ta' Lulju 2006

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-14 ta’ Lulju 2006, it-tnaqqis ta’ EUR 74 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’valuta barranija (il-partiti nri. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 153 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portofoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozzjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 1.9 biljun għal-EUR 89.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 586.6 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.6 biljun għal EUR 64.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) naqas b’EUR 4.5 biljun għal EUR 441.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, it-12 ta’ Lulju 2006, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 326 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 321.5 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall-faċilità ta’ depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (ukoll bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta' l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 168.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 175,176 −74
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 142,622 −521
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 12,859 −52
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
129,763 −469
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 24,630 −471
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,509 201
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 13,509 201
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 441,500 −4,500
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 321,500 −4,500
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 120,000 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,863 −49
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 89,584 −1,947
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,049 1
9 Assi oħra 174,905 3,801
Assi Totali 1,107,838 −3,559
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 586,628 1,326
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 168,307 −322
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 168,248 −300
2.2 Faċilità ta’ depożitu 55 −19
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 4 −3
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 90 −2
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 72,911 −4,586
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 64,908 −4,640
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,003 54
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,781 307
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 119 −1
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,450 −760
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,450 −760
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,692 0
10 Passiv ieħor 65,970 355
11 Kont tar-rivalutazzjoni 121,984 0
12 Kapitali u riżervi 62,906 124
Total tal-passiv 1,107,838 −3,559
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja