Rapport Finanzjarju Konsolidat Ta' L-Eurosistema Tat-28 Ta' Ottubru 2005

1 ta' Novembru 2005

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Ottubru 2005, it-tnaqqis ta’ EUR 398 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu tliet banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 165.6 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal-EUR 92.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.9 biljun għal EUR 536.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 57.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 5.5 biljun għal EUR 391.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Ottubru 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 296 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 301.5 biljun. Nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Ottubru 2005, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perijodu ta’ żmien itwal ta’ EUR 30 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 30 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta' qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (ukoll bejn wieħed u ieħor l-istess bhal tal-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.9 biljun għal EUR 150.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 149,170 −398
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 160,162 −1,133
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 19,254 −6
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
140,908 −1,127
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 21,363 277
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,712 175
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 8,712 175
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 391,476 5,471
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 301,466 5,466
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 90,002 3
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 7 2
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,257 −134
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 92,315 532
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,757 4
9 Assi oħra 136,292 158
Assi Totali 1,003,504 4,952
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 536,209 2,942
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 150,290 929
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 150,193 919
2.2 Faċilità ta’ depożitu 71 −11
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 26 21
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 153 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 65,261 1,588
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 57,628 1,368
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,633 220
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,182 233
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 219 −3
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,801 −639
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,801 −639
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,885 0
10 Passiv ieħor 62,348 −99
11 Kont tar-rivalutazzjoni 103,749 0
12 Kapitali u riżervi 58,407 1
Total tal-passiv 1,003,504 4,952

Kuntatti midja