Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' l-Eurosistema tas-7 ta' Ottubru 2005

11 ta' Ottubru 2005

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-7 ta’ Ottubru 2005, it-tnaqqis ta’ EUR 98 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv barra mill-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess jiġifieri EUR 165.5 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal-EUR 91.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.1 biljun għal EUR 536.3 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 17.5 biljun għal EUR 40.3 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 6.1 biljun għal EUR 377.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Ottubru 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  293.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 288 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 9 biljun għal EUR 154.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 149,784 −98
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 161,314 1,272
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 19,425 −14
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
141,889 1,286
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 21,155 −795
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,998 29
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 8,998 29
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 378,012 −6,002
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 288,000 −5,500
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 89,999 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 12 −500
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 −2
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,686 294
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 91,560 710
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,753 30
9 Assi oħra 135,734 −449
Assi Totali 990,996 −5,009
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 536,301 3,092
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 154,294 9,119
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 154,132 9,028
2.2 Faċilità ta’ depożitu 162 91
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 152 25
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 48,207 −17,220
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 40,327 −17,524
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,880 304
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,647 −410
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 240 −6
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,884 454
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,884 454
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,885 0
10 Passiv ieħor 62,233 −64
11 Kont tar-rivalutazzjoni 103,749 0
12 Kapitali u riżervi 58,404 1
Total tal-passiv 990,996 −5,009

Kuntatti midja