European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-30 ta’ Settembru 2005

5 ta' Ottubru 2005

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Settembru 2005, iż-żieda netta ta’ EUR 12.1 biljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irriflettiet l-aktar l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur, kif ukoll bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar id-Deheb tat-27 ta’ Settembru 2004) u xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’valuta barranija (il-partiti nri. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.7 biljun għal EUR 165.4 biljun. It-tnaqqis kien l-aktar minħabba l-effetti tar-rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur ta’ l-attiv u l-passiv, waqt li t-transazzjonijiet tal-klijienti u tal-portafoll magħmulin mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perjodu kkunsidrat irriżultaw fi tnaqqis ta’ EUR 0.1 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta' l-euro u denominati f'euro (il-partita nru. 7 ta' l-attiv) żdiedu b' EUR 0.8 biljun għal EUR 90.9 biljun, b’żieda ta’ EUR 1.1 biljun minħabba transazzjonijiet li kkumpensaw għal ferm aktar mit-tnaqqis minħabba r-rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.3 biljun għal EUR 533.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5 biljun għal EUR 57.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partit nri. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) żdied b’EUR 6.4 biljun għal EUR 383.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, it-28 ta’ Settembru 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 287.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 293.5 biljun. Nhar il-Ħamis, id-29 ta’ Settembru 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 30 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 30 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.5 biljun (imqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall-faċilità ta’ depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (ukoll imqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta' l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 3 biljun għal EUR 145.1 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-tliet xhur ta’ l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurosistema

F’konformità mar-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju (ta’ flus barranin), l-investimenti fit-titoli u l-istrumenti finanzjarji ta’ l-Eurosistema huma rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull tliet xhur. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ tat-30 ta’ Settembru 2005 jidher fil-kolonna addizzjonali "Id-differenza mqabbla mal-ġimgħa l-oħra minħabba r-rivalutazzjonijiet". Il-prezz tad-deheb u r-rati tal-kambju ewlenin użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 393.124 kull uqija fina.

USD: 1.2042 kull EUR

JPY: 136.25 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.2036 kull SDR

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) evalwazzjonijiet millġdid
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 149,882 −38 12,148
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 160,042 39 −663
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 19,439 −93 −43
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
140,603 132 −620
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 21,950 671 49
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,969 −70 −20
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 8,969 −70 −20
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 384,014 6,464 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 293,500 6,001 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 89,999 0 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 512 506 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 3 −43 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,392 −200 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 90,850 1,119 −346
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,723 −1 −26
9 Assi oħra 136,222 548 2,190
Assi Totali 996,044 8,531 13,333
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) evalwazzjonijiet millġdid
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 533,209 4,306 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 145,175 −2,944 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 145,104 −2,994 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 71 55 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −5 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 127 0 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 65,427 5,179 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 57,851 4,980 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,576 199 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,057 724 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 246 −50 3
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 10,430 894 1
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,430 894 1
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,885 0 −11
10 Passiv ieħor 62,336 423 1,883
11 Kont tar-rivalutazzjoni 103,749 0 11,457
12 Kapitali u riżervi 58,403 −1 0
Total tal-passiv 996,044 8,531 13,333
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja