European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' l-Eurosistema tat-2 ta' Settembru 2005

6 ta' Settembru 2005

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-2 ta’ Settembru 2005 il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 166.8 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal-EUR 88.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.2 biljun għal EUR 530.9 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 17.1 biljun għal EUR 56.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 17-il biljun għal EUR 383 biljun. Nhar l-Erbgħa, 31 ta’ Awwissu 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  310 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 293 biljun. Nhar il-Ħamis, 1 ta’ Settembru 2005, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 30 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 30 biljun.

Ir-rikors kemm għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-ġimgħa ta’ qabel.

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 3.7 biljun għal EUR 146.7 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 137,829 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 159,703 203
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 19,945 −124
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
139,758 327
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 21,953 352
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,409 −139
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 9,409 −139
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 383,019 −17,012
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 293,002 −17,000
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 89,999 1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2 2
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 16 −15
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,260 39
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 88,666 1,084
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,750 0
9 Assi oħra 132,411 203
Assi Totali 977,000 −15,270
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 530,925 3,215
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 146,703 −3,655
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 146,670 −3,661
2.2 Faċilità ta’ depożitu 33 6
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 127 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 63,465 −16,934
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 56,354 −17,071
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,111 137
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,318 1,014
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 470 246
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,444 464
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,444 464
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,896 0
10 Passiv ieħor 58,957 273
11 Kont tar-rivalutazzjoni 92,292 0
12 Kapitali u riżervi 58,403 107
Total tal-passiv 977,000 −15,270
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja