European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport Finanzjarju Konsolidat ta' l-Eurosistema tal-5 ta' Awwissu 2005

9 ta' Awissu 2005

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-5 ta’ Awwissu 2005, it-tnaqqis ta’ EUR 87 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv barra mill-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess jiġifieri EUR 166.9 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal-EUR 85.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.7 biljun għal EUR 537.5 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 13.8 biljun għal EUR 64.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 2.8 biljun għal EUR 404 biljun. Nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Awwissu 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  317 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 314 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ukoll prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 7.4 biljun għal EUR 152.4 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 137,991 −87
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 160,442 856
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 20,214 −282
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
140,228 1,138
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 21,543 33
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,509 −134
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 9,509 −134
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 404,001 −3,006
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 313,999 −3,002
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 89,998 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 3 −4
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,083 −185
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 85,928 272
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 40,752 0
9 Assi oħra 131,616 320
Assi Totali 994,865 −1,931
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 537,527 3,734
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 152,387 7,202
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 152,355 7,401
2.2 Faċilità ta’ depożitu 31 −199
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 127 −2
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 71,192 −13,692
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 64,182 −13,763
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,010 71
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,169 28
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 270 38
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 8,899 890
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 8,899 890
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,896 0
10 Passiv ieħor 57,813 −131
11 Kont tar-rivalutazzjoni 92,292 0
12 Kapitali u riżervi 58,293 2
Total tal-passiv 994,865 −1,931
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja