Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (flimkien mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Novembru 2018

Operazzjonijiet tas-suq

Emendi għal-lista tal-aġenziji eliġibbli biex jipparteċipaw fil-programm ta’ xiri mis-settur pubbliku

Fil-15 ta’ April 2018 il-Kunsill Governattiv approva l-emenda għall-ewwel lista ta’ aġenziji li jinsabu fiż-żona tal-euro u li joħorġu titoli eliġibbli għall-programm ta’ xiri mis-settur pubbliku. Il-lista tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Opinjonijiet fuq leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar il-qafas legali tal-Ufiċċju tal-Verifika tal-Istat fil-Kroazja

Fis-26 ta’ Ottubru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/45 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Kroazja.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-reviżjoni tal-liġi Finlandiża dwar l-obbligi ta’ tħejjija applikabbli fis-settur finanzjarju

Fis-26 ta’ Ottubru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/46 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Finlandja.

Opinjoni tal-BĊE dwar id-denominazzjoni tas-servizzi essenzjali u l-operaturi tas-servizzi essenzjali għall-iskop tas-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u l-informazzjoni fis-Slovenja

Fit-8 ta’ Novembru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/47 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tas-Slovenja.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-rekwiżiti tar-riżervi minimi tal-Magyar Nemzeti Bank

Fit-8 ta’ Novembru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/48 wara talba mill-Magyar Nemzeti Bank.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha tiġi adottata bil-għan li tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

Fid-9 ta’ Novembru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/49 wara talba tal-Ministru tal-Finanzi Bulgaru.

Opinjoni tal-BĊE dwar it-tisħiħ tas-superviżjoni finanzjarja u l-protezzjoni tal-investitur fil-Polonja

Fid-9 ta’ Novembru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/50 wara talba mill-Parlament tal-Polonja.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament dwar it-twaqqif ta’ Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investiment

Fid-9 ta’ Novembru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/51 wara talba mill-Parlament Ewropew.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-mandat makroprudenzjali ta’ Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) u l-governanza ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu

Fid-19 ta’ Novembru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/52 wara talba tal-Ministru tal-Finanzi Bulgaru.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ konverġenza fil-Liġi dwar Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

Fis-16 ta’ Novembru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/53 wara talba tal-Ministru tal-Finanzi Bulgaru.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal Direttiva dwar fornituri ta’ servizzi tal-kreditu, ix-xerrejja tal-kreditu u l-irkupru tal-kollateral

Fl-20 ta’ Novembru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/54 fuq inizjattiva tal-BĊE.

Governanza korporattiva

Presidenza tal-Kumitat tal-Verifika tal-BĊE

Is-Sur Ewald Nowotny, membru tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, se jassumi l-funzjoni ta’ President tal-Kumitat tal-Verifika tal-BĊE sat-tmiem tal-mandat tiegħu bħala Gvernatur tal-Oesterreichische Nationalbank f'Awissu 2019. F’dan ir-rwol, is-sur Nowotny se jilħaq wara s-sur Liikanen, li kien Gvernatur ta’ Suomen Pankki – Finlands Bank, u li rtira f’Lulju 2018.

Superviżjoni bankarja

Gwida tal-BĊE għall-proċess ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern u l-Gwida tal-BĊE għall-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-likwidità interna

Fis-7 ta’ Novembru 2018 il-Kunsill Governattiv ma oġġezzjonax għall-proposta mill-Bord Superviżorju biex jippubblika l-Gwida tal-BĊE għall-proċess ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern (ICAAP) u l-Gwida tal-BĊE għall-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-likwidità interna (ILAAP). Il-gwidi ġew ippubblikati fil-websajt tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE fid-9 ta' Novembru 2018.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja