European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont


Euro diġitali: nisimgħu lill-pubbliku

Euro diġitali jista’ jirnexxi biss jekk jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Ewropej

Membru tal-Bord Eżekuttiv Fabio Panetta

Mit-12 ta’ Ottubru 2020 sat-12 ta’ Jannar 2021 għamilna konsultazzjoni pubblika biex niġbru fehmiet dwar il-benefiċċji u l-isfidi tal-ħruġ ta’ euro diġitali u dwar id-disinn possibbli tiegħu.

Minn Ottubru sa Diċembru 2021 għamilna wkoll gruppi fokali fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro biex niġbru fehmiet minn udjenzi fil-mira differenti dwar id-drawwiet tal-ħlas tagħhom.

Aħna impenjati li ninvolvu lill-pubbliku fl-iżvilupp ta’ euro diġitali u dawn ir-riżultati se jiddaħħlu fil-fażi ta' investigazzjoni tal-euro diġitali li għaddejja, li hija mistennija li tintemm f'Ottubru 2023.

Ċentru tal-euro diġitali

Aqra l-aħħar rapport tagħna

Studju dwar metodi ġodda ta’ ħlas diġitali

In-nies iridu soluzzjonijiet ta’ ħlas konvenjenti, veloċi u faċli biex jintużaw li jqisu s-sikurezza u s-sigurtà tad-data tagħhom. Dawn huma wħud mis-sejbiet tal-grupp fokali li kkummissjonajna fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro, immirati biex jifhmu d-drawwiet u l-attitudnijiet taċ-ċittadini lejn il-pagamenti diġitali.

Rapport tal-grupp fokali

Rapport ta’ konsultazzjoni pubblika

Esplora r-rapport tal-konsultazzjoni pubblika tal-euro diġitali fid-dettall. It-tweġibiet jipprovdu kontribut siewi għall-valutazzjonijiet kontinwi tal-Eurosistema u d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-possibbiltà ta’ euro diġitali.

Aqra r-rapport

Veduti ta’ dawk li rrispondew fil-konsultazzjoni pubblika - 2021

Il-privatezza, is-sikurezza u l-abbiltà li jsir ħlas madwar iż-żona tal-euro kollha huma importanti

Il-privatezza hija kkunsidrata l-aktar karatteristika importanti ta’ euro diġitali kemm miċ-ċittadini kif ukoll mill-professjonisti. Euro diġitali għandu jkun ukoll sigur, irħis u faċli biex tużah fiż-żona tal-euro kollha.

Aktar
L-integrazzjoni ma’ soluzzjonijiet ta’ ħlas eżistenti hija importanti

L-intermedjarji liċenzjati għandu jkollhom rwol fil-provvista ta’ servizzi diġitali tal-euro. Dawn ikunu l-aktar adattati biex jipprovdu servizzi innovattivi u effiċjenti, billi jiġu integrati fis-sistemi bankarji u ta’ ħlas eżistenti.

Aktar
Il-karti, il-kartieri u l-ismartphones jistgħu jipprovdu karatteristiċi bħal flus kontanti.

Is-soluzzjonijiet kollha ta’ hardware u software disponibbli bħalissa jistgħu jiġu adattati biex jużaw euro diġitali u jagħmlu ħlasijiet simili għal tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti, sakemm jibqgħu jagħmlu dan b’mod sigur u mingħajr periklu.

Aktar
ARA WKOLL

Skopri aktar dwar kontenut relatat

Rapport dwar il-preferenzi kif isiru l-ħlasijiet

Stqarrija għall-istampa

Skopri t-tweġibiet għall-mistoqsijiet kollha tiegħek

Mistoqsijiet frekwenti (FAQs) fuq l-euro diġitali