Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Stqarrijiet tal-privatezza

Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jipproċessa dejta personali skont il-liġi applikabbli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta.

Regolament (UE) 2018/1725.

Tista’ ssir taf kif il-BĊE jipproċessa d-dejta personali tiegħek billi taqra d-dikjarazzjonijiet ta’ privatezza onlajn tagħna, li jispjegaw:

  • min jikkontrolla u jipproċessa d-dejta;
  • għaliex id-dejta personali hija pproċessata u fuq liema bażi legali;
  • x’tip ta’ dejta tinġabar;
  • kemm iddum maħżuna d-dejta personali;
  • min huma r-riċeventi tad-dejta personali
  • kif tista’ teżerċita d-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta tiegħek;
  • kif tikkuntattja lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-BĊE jekk għandek mistoqsijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta;
  • kif tikkuntattja lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jekk ikollok bżonn tagħmel ilment għax taħseb li d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 nkisru bħala riżultat tal-ipproċessar.

Nistgħu nemendaw l-istqarrijiet tal-privatezza biex jitqiesu l-iżviluppi legali ġodda. L-istqarrijiet tal-privatezza fil-lista ta’ hawn fuq fihom informazzjoni aġġornata dwar l-operazzjonijiet ta’ pproċessar tal-BĊE.

Lil min tikkuntattja

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta, tista’ tikkuntattja lill-Kontrollur tal-BĊE għall-Protezzjoni tad-Dejta (dpo@ecb.europa.eu).

Il-paġni kollha f’din it-taqsima