Għidli iżjed

Trid aktar dettalji?
Lenti fuq l-attivitajiet tal-BĊE.

Għaliex il-BĊE huwa indipendenti?

12 ta’ Jannar 2017

L-indipendenza politika tal-BĊE hija fundamentali għas-sistema monetarja taż-żona tal-euro. Hawn issib ir-raġunijiet għala l-BĊE twaqqaf bħala istituzzjoni indipendenti, kif inhija mħarsa l-indipendenza tiegħu u x’jagħmel il-BĊE biex jiggarantixxi r-responsabbiltà tiegħu.
aktar


Xinhu s-self ta titoli?

8 ta Diċembru 2016

L-Eurosistema qiegħda tixtri ammonti kbar ta titoli biex tagħmel tajjeb għar-riskji ta inflazzjoni baxxa ferm għal żmien twil wisq. Dan jista jwassal biex ikun hemm inqas titoli disponibbli fis-suq. Bis-saħħa tas-self, is-suq jibqa  jkollu aċċess għal dawn it-titoli.
aktar


X’inhuma haircuts?

3 ta’ Novembru 2016

Il-haircuts huma għodda li tnaqqas ir-riskji marbutin mas-self ta’ flus. L-Eurosistema tużahom kull meta tislef flus lill-banek kummerċjali. Iżda x’inhuma sewwasew u kif jaħdmu?
aktar


Għaliex l-istatistika tgħallem?

19 ta’ Ottubru 2016

Agħti daqqa t’għajn lejn għala l-istatistika hija daqshekk importanti għall-BĊE u għall-klijenti tagħna – iċ-ċittadini tad-19-il pajjiż li adottaw l-euro.
aktar


Għaliex il-BĊE jagħmel riċerka?

28 ta’ Settembru 2016

Ir-riċerka ta’ kwalità tajba li ssir mill-banek ċentrali llum tiswa iżjed minn qatt qabel. Hawn issib ir-raġunijiet għala ssir ir-riċerka, kif din tgħin il-politika monetarja u kif niddeċiedu liema suġġetti nirriċerkaw.
aktar


X’inhuma l-linji swap tal-munita?

X’inhuma l-linji swap tal-munita?

27 ta’ Settembru 2016

Il-banek ċentrali tad-dinja kollha huma kollegati ma’ xulxin permezz ta’ netwerk ta’ linji swap tal-munita. Iżda x’inhuma eżattament il-linji swap tal-munita, għaliex hemm bżonnhom u kif jaħdmu?
aktar


... fuq il-ħlasijiet fil-pront

26 ta’ Settembru 2016

Għaliex, f’dinja ta’ smartphones u messaġġi immedjati, tista’ ddum ġurnata jew iżjed biex tagħmel pagament elettroniku? Bħalissa għaddejja ħidma biex tiġi żviluppata skema pan-Ewropea ta’ ħlasijiet fil-pront sabiex il-pagamenti li tagħmel “itiru”.
aktar


X’sehem għandhom ir-rati tal-kambju?

28 ta’ Ġunju 2016

Ir-rati tal-kambju jolqtu l-ħajja tagħna ta’ kuljum b’ħafna modi, ngħidu aħna, meta mmorru għal btala barra miż-żona tal-euro, meta nixtru prodotti magħmulin f’pajjiżi oħra jew meta nimlew il-karozza bil-petrol. Ir-rati tal-kambju jinfluwenzaw il-prezzijiet u t-tkabbir. Sib xi jfisser dan kollu għall-politika monetarja.
aktar


Lenti fuq l-istabbiltà finanzjarja

24 ta’ Mejju 2016

Sistema finanzjarja stabbli tiflaħ għax-xokkijiet. Iżda xi jfisser dan fil-prattika? U x’jagħmel il-BĊE biex jgħin l-istabbiltà finanzjarja?
aktar


Xi tfisser ANFA?

5 ta’ Frar 2016

ANFA (Agreement on Net Financial Assets) huwa Ftehim fuq l-Assi Finanzjarji Netti bejn il-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro u l-BĊE. Jistabbilixxi regoli u limiti għal investimenti mhux marbuta mal-politika monetarja relatati ma’ kompiti nazzjonali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-Eurosistema.
aktar


... dwar kif jaħdem il-programm ta’ xiri ta’ assi tal-BĊE

22 ta’ Jannar 2016

Sena wara li l-BĊE ħabbar il-programm estiż ta’ xiri ta’ assi (APP), l-impatt tiegħu qiegħed jibda jidher u jinħass. Hawn issib iżjed tagħrif dwar kif jaħdem il-programm u kif tista’ tibbenefika minnu.
aktar


X’inhuma l-flus?

24 ta’ Novembru 2015

Il-karti u l-muniti tal-euro huma flus iżda anki l-bilanċ ta’ kont bankarju huwa flus. X’inhuma l-flus tassew? Kif jinħolqu u x’sehem għandu l-BĊE f’dan?
aktar


X’inhi AnaCredit?

11 ta’ Novembru 2015

AnaCredit hija sett ġdid ta’ dejta b’tagħrif dettaljat dwar is-self bankarju individwali fiż-żona tal-euro. L-isem huwa taqsira ta’ “dejtasetts analitiċi tal-kreditu”.
aktar


Ħames affarijiet li għandek tkun taf dwar il-BĊE

10 ta’ Lulju 2015

Li kellna nistaqsuk issemmi xi affarijiet ewlenin dwar il-BĊE, xi twieġeb? Hawn issib ħames punti importanti.
aktar


Il-BĊE qiegħed “jesproprja” lil min ifaddal?

18 ta’ Mejju 2015

Il-politika ta’ rati tal-imgħax baxxi tal-BĊE hija taxxa fuq min ifaddal? Studju ġdid juri li l-fattur deċiżiv għal min ifaddal għal żmien medju u twil mhuwiex il-politika tal-bank ċentrali dwar ir-rati tal-imgħax iżda l-istat tal-ekonomija.
aktar


X’inhu l-programm estiż ta’ xiri ta’ assi?

22 ta’ Jannar 2015

Fit-22 ta’ Jannar 2015 il-BĊE ħabbar programm estiż ta’ xiri ta’ assi. Dan il-programm iżid ix-xiri ta’ bonds sovrani mal-programmi eżistenti tal-BĊE ta’ xiri ta’ assi mis-settur privat biex jagħmel tajjeb għar-riskji ta’ perjodu twil ħafna ta’ inflazzjoni baxxa.
aktar


... dwar ir-rotazzjoni tad-dritt għall-vot fil-Kunsill Governattiv

1 ta’ Diċembru 2014

Il-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali jkollhom dritt għall-vot fil-Kunsill Governattiv meta jmisshom. Skopri kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u għaliex daħlet is-sistema ta’ rotazzjoni tad-dritt għall-vot.
aktar


… dwar ir-rata tal-imgħax negattiva tal-BĊE

12 ta’ Ġunju 2014

Fil-5 ta’ Ġunju 2014 il-Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni li jintroduċi rata tal-imgħax negattiva fuq il-faċilità tad-depożitu. X’raġunijiet hemm għal din id-deċiżjoni? Kif tolqotlek it-tfaddil?
aktar