Wirja dwar l-euro

Euro exhibition

25 ta’ Novembru 2015 – 29 ta’ Frar 2016: Wirja dwar l-Euro fil-Bank Ċentrali Ewropew, Frankfurt am Main, il-Ġermanja.

Ħinijiet tal-ftuħ:
It-Tnejn mill-16:00 sal-17:30 CET
L-Erbgħa mit-15:00 sal-16:30 CET
Il-Ġimgħa mill-11:00 san-12:30 CET

Ippjana żjara fil-BĊE.

Dwar il-wirja

Din il-wirja żaret bosta bliet tal-Ewropa mill-2008 ’l hawn u s’issa diġà ġibdet madwar 300,000 ruħ. In-nies li jżuruha jkollhom l-opportunità, fost affarijiet oħra, jaraw filmati qosra dwar il-karti tal-flus u l-muniti, jippruvaw applikazzjonijiet interattivi, u jitgħallmu kif issir karta tal-euro u kif jagħrfu waħda tajba minn oħra falza.

Fejn saret il-wirja
25 ta’ Jannar – 3 ta’ Mejju 2015
Osnabrück, il-Ġermanja
Il-Wiċċ Ġdid tal-Euro
Ritratti
Filmat tal-Ftuħ tal-Wirja dwar l-Euro
23 ta’ Ottubru 2014 – 5 ta’ Jannar 2015
Vilnjus, il-Litwanja
Ritratti
23 ta’ Lulju – 1 ta’ Settembru 2014
The Hague, in-Nederlands
Ritratti
18 ta’ Jannar – 31 ta’ Marzu 2014
Saarbrücken, il-Ġermanja
Ritratti ©Markus Lutz
26 ta’ Ottubru – 13 ta’ Diċembru 2013
Riga, il-Latvja
Ritratti
25 ta’ Mejju – 30 ta’ Ġunju 2013
Bratislava, is-Slovakkja
Ritratti
26 ta’ Marzu – 12 ta’ Mejju 2013
Banco de España, Madrid, Spanja
Ritratti
10 ta’ Jannar – 10 ta’ Marzu 2013
Mużew Arkeoloġiku, Frankfurt am Main
Ritratti
29 ta’ April 2012
Bank Ċentrali Ewropew, Frankfurt am Main
Ritratti
17 ta’ Settembru – 20 ta’ Novembru 2011
Bank Nazzjonali Bulgaru, Sofja, il-Bulgarija
Ritratti
10 ta’ Ġunju – 4 ta’ Settembru 2011
Cité des sciences et de l’industrie, Pariġi, Franza
Ritratti
10 ta’ Marzu – 27 ta’ Mejju 2011
Banca Naţională a României, Bukarest, ir-Rumanija
Ritratti
20 ta’ Settembru – 31 ta’ Ottubru 2010
Ċentru tax-Xjenza AHHAA, Tallinn, l-Estonja
Ritratti
12 ta’ Ġunju – 10 ta’ Settembru 2010
Narodowy Bank Polski, Varsavja, il-Polonja
Ritratti
20 ta’ April – 28 ta’ Mejju 2010
Banque centrale du Luxembourg, il-Lussemburgu
Ritratti
11 ta’ Marzu – 11 ta’ April 2010
Mużew tal-Komunikazzjoni, Frankfurt am Main
Ritratti
20 ta’ Novembru 2009 – 17 ta’ Jannar 2010
Mużew tal-Komunikazzjoni, Berlin, il-Ġermanja
Ritratti
6 ta’ April – 30 ta’ Ġunju 2009
Banca d’Italia, Ruma, l-Italja
Ritratti
2 ta’ Frar – 27 ta’ Marzu 2009
Banco de España, Barċellona, Spanja
Ritratti
22 ta’ Settembru 2008 – 15 ta’ Jannar 2009
Národná banka Slovenska, Bratislava
Ritratti
1 ta’ Ġunju 2008
Bank Ċentrali Ewropew, Frankfurt am Main

Titħajjar ittella’ l-Wirja dwar l-Euro?

Il-wirja għandha struttura flessibbli u tista’ tittella’ faċilment f’diversi postijiet. Fiha sitt taqsimiet u teħtieġ wisa’ ta’ madwar 200 metru kwadru. Kull taqsima tiffoka fuq suġġett differenti.

Karti tal-flus

Din it-taqsima fiha żewġ partijiet. L-ewwel parti tkopri l-istorja, il-karatteristiċi ewlenin u d-disinn tal-karti tal-euro. Tispjega wkoll x’qegħdin jagħmlu l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro biex dejjem jibqgħu tal-inqas pass wieħed qabel il-falsifikaturi. It-tieni parti tiddeskrivi kif isiru l-karti tal-euro, kif huwa organizzat il-proċess tal-produzzjoni u x’jiġri mill-karti tal-flus li ma jibqgħux tajbin għaċ-ċirkolazzjoni.

Muniti

Qatt ħsibt għaliex hemm daqstant disinji differenti għan-naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro? Mela, f’din it-taqsima ssib iżjed tagħrif fuq id-disinji għan-naħat komuni u nazzjonali tal-muniti tal-euro u kif intgħażlu.

Karatteristiċi ta’ sigurtà

Skopri kemm hija ħaġa ħafifa tiċċekkja jekk karta tal-flus hijiex tajba billi tuża l-metodu ĦOSS, ĦARES u MEJJEL. Kun af aktar dwar il-karatteristiċi ta’ sigurtà tal-karti tal-euro, fosthom dawk ġodda tas-sensiela Europa. Uża t-tmien vetrini li hemm biex tqabbel karti tal-flus foloz ma’ oħrajn tajbin – uħud minnhom għandhom mekkaniżmu biex tmejjel il-karti tal-flus ħalli tkun tista’ tara ċerti karatteristiċi ta’ sigurtà.

Storja tal-flus

Din it-taqsima tieħdok fuq vjaġġ fl-istorja eċċitanti tal-flus, li tmur lura eluf ta’ snin. Skopri sewwasew x’inhuma l-flus u tgħallem dwar il-ħafna forom differenti tagħhom li ntużaw matul is-snin, fosthom tpartit, prodotti essenzjali, muniti, flus tal-karta u, l-iżjed reċenti, flus elettroniċi.

Sensiela Europa

Il-wirja fiha wkoll tagħrif dwar is-sensiela Europa – it-tieni sensiela ta’ karti tal-flus. Is-sensiela ħadet isimha minn Europa, figura tal-mitoloġija Griega li tat isimha lill-kontinent tagħna. Tista’ tara filmat speċjali miġbud fil-Louvre, Pariġi, li juri l-istorja tal-“Prinċipessa Europa” u kif intgħażlet bħala l-wiċċ ġdid tal-karti tal-euro.

Rokna għat-tfal

It-tfal jistgħu jilagħbu logħbiet differenti permezz ta’ bosta touchscreens li jsibu f’din it-taqsima. Jistgħu wkoll jiksbu ċertifikat billi jilagħbu logħba jisimha Sib il-Karatteristiċi ta’ Sigurtà, u jaqraw storja dwar iż-żewġ karattri ewlenin tal-logħba, Anna u Alex, u kif dawn jgħinu l-pulizija jaqbdu xi nies kriminali li jmexxu l-flus foloz.

Għal aktar tagħrif, ikteb lil EBCCProject@ecb.europa.eu