Ġrajjiet l-EuroSkola

Minn meta tnediet l-Iskola tal-Euro fid-19 ta' Ġunju 2009, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), bil-kooperazzjoni tal-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti, organizza kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali tal-Ġirja għall-Euro għat-tfal, flimkien ma' inizjattivi oħra tal-BĊE, bħalma huma l-Wirja dwar l-Euro li żżur diversi bliet, il-ġranet ta' ftuħ għall-pubbliku tal-istituzzjonijiet Ewropej jew proġetti flimkien ma' mużewijiet.

Għal iżjed tagħrif dwar dawn il-ġrajjiet, jekk jogħġbok ibgħat email lil: info@ecb.europa.eu.

29 ta' April 2012:
Finali tal-kompetizzjoni Ġirja għall-Euro 2012, Jum il-Viżitaturi, Bank Ċentrali Ewropew, Frankfurt am Main
16 ta' Ġunju 2011:
il-Ġirja għall-Euro f′Pariġi, fis-Cité des Sciences et de l′Industrie, Pariġi
17 ta' Mejju 2011:
il-Ġirja għall-Euro fl-Estonja, fl-Eesti Pank, Tallinn
8 ta' Ġunju 2010:
il-Ġirja għall-Euro f′Pariġi, fis-Cité des Sciences et de l′Industrie, Pariġi
19 ta' April 2010:
il-Ġirja għall-Euro transkonfinali fil-Lussemburgu, fil-Banque centrale du Luxembourg, il-Lussemburgu
19 ta' Novembru 2009:
il-Ġirja għall-Euro fil-Museum für Kommunikation, Berlin
19 ta' Ġunju 2009:
it-tnedija tal-Iskola tal-Euro fil-Bank Ċentrali Ewropew, Frankfurt am Main
Filmat tat-tnedija
9 ta' Mejju 2009:
ir-rokna dwar il-kompetizzjoni tal-Ġirja għall-Euro fil-Ġranet ta′ Ftuħ għall-Pubbliku fil-Kunsill Ewropew, Brussell