Kompetizzjoni tad-disinn għall-ewwel sensiela ta’ karti tal-euro

Robert Kalina, id-disinjatur tal-karti tal-flus ta' l-euro, waqt il-ħidma tiegħu fl-Oesterreichische Nationalbank fi Vjenna

L-Istitut Monetarju Ewropew, l-istituzzjoni li minnha żviluppa l-BĊE, nieda kompetizzjoni tad-disinn fi Frar 1996. Din ġibdet 44 proposta ta’ disinn li ġew anonimizzati biex l-għażla tkun oġġettiva kemm jista’ jkun.

F’Settembru ta’ dik is-sena, ġurija ta’ 14-il espert indipendenti fil-marketing, ir-riklamar, id-disinn u l-istorja tal-arti evalwaw id-disinji u ħarġu żewġ listi finali: waħda kienet magħmula minn ħames sensiliet ta’ disinji bbażati fuq it-tema “żminijiet u stili Ewropej” u l-oħra kienet magħmula minn ħames sensiliet ta’ disinji bit-tema “modern/astratt”.

Imbagħad il-European Omnibus Survey Gallup Europe ntalbet tagħmel stħarriġ fuq ir-reazzjonijiet tal-pubbliku għad-disinji fil-listi finali. Permezz ta’ kwestjonarju dettaljat, ġew intervistati żewġ gruppi ta’ nies – membri tal-pubbliku u kaxxiera professjonali – li eżaminaw l-għaxar sensiliet ta’ disinji. B’kollox ġew intervistati madwar 2,000 ruħ fl-Ewropa kollha.

F’Diċembru 1996, il-Kunsill tal-Istitut Monetarju Ewropew għażel is-sensiela rebbieħa ta’ disinji skont il-ġurija u r-riżultati tal-istħarriġ. Is-sensiela rebbieħa kienet xogħol Robert Kalina, disinjatur tal-karti tal-flus fl-Oesterreichische Nationalbank fi Vjenna.

Dokumenti relatati mad-disinn tal-karti tal-flus u l-kompetizzjoni:

  • Rapport tal-Grupp Konsultattiv għall-Għażla tat-Tema, Mejju 1995 (Report of the Theme Selection Advisory Group, May 1995)ENGLISH
  • Rapport tal-Grupp Konsultattiv għall-Għażla tal-Karatteristiċi, 1995 (Report of the Feature Selection Advisory Group, 1995)ENGLISH
  • L-Istruzzjonijiet għad-Disinjaturi fuq id-Disinn (silta), Frar 1996 (Designers' Design Brief (extract), February 1996)ENGLISH
  • Appendiċi 2 għall-Istruzzjonijiet fuq id-Disinn, Frar 1996 (Appendix 2 to the Design Brief, February 1996)ENGLISH
  • Rapport tar-riċerka pubblika fuq id-disinji finali, Diċembru 1996 (Public research report on the shortlisted designs, December 1996)ENGLISH
  • Tabella għall-iddekowdjar tar-rapport tar-riċerka pubblika fuq id-disinji finali, Diċembru 1996 (De-coding table for the public research report on the shortlisted designs, December 1996)ENGLISH
  • Katalgu tal-wirja fuq id-disinn tal-karti tal-euro, Settembru 2003 (Euro banknote design exhibition catalogue, September 2003ENGLISH