Dikjarazzjoni ta’ privatezza

Qafas legali għall-protezzjoni tad-dejta

Id-dejta personali miġbura tiġi proċessata skont il-Liġi tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-UE [1]

X'informazzjoni tinġabar mingħand il-viżitaturi?

  • L-ewwel u l-aħħar isem
  • Data tat-twelid
  • Organizzazzjoni
  • Indirizz tal-imejl
  • Id-data u l-ħin taż-żjara skedata fil-BĊE

Min huwa responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek?

Il-BĊE huwa l-kontrollur tal-ipproċessar tad-dejta personali. Id-Diviżjoni għall-Ingaġġ Intern u Estern fid-Direttorat Ġenerali tal-BĊE hija l-unità responsabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali.

Għaliex nipproċessaw id-dejta personali?

Id-dejta personali tinġabar għall-iskopijiet li ġejjin: biex jiġu organizzati żjarat fil-BĊE, biex jiġi żgurat li l-viżitaturi ikunu protetti, u biex jinżamm kont ta' min qed iżur il-bini tagħna. Għalhekk, l-ipproċessar ta' din id-dejta personali huwa obbligatorju.

Id-dejta li tipprovdi ser tkun anonimizzata ulterjorment u aggregata b'mod li jfisser li ma tistax tiġi identifikat. Tintuża għal skopijiet statistiċi relatati ma' żjarat lill-BĊE.

Min ser jirċievi u jkollu aċċess għad-dejta tiegħek?

Il-persunal iddedikat li ġej jirċievi d-dejta personali tiegħek: persunal mid-Diviżjoni tal-Ingaġġ Intern u Estern, il-gwida tat-tour, u l-persunal tas-sigurtà interna u esterna fil-BĊE.

Kemm iddum għandna d-dejta tiegħek?

Id-dejta personali tinħażen sa ħames snin, mill-jum li fih tkun inkisbet, wara dak il-perijodu titħassar.

Id-dejta personali miġbura għall-iskopijiet ta' kontroll ta' aċċess għall-bini tal-BĊE tinħażen sa sena, u wara dak il-perijodu titħassar.

Id-drittijiet tiegħek

Inti għandek id-dritt għall-aċċess, korrezzjoni, tħassir (taħt ċerti kundizzjonijiet) jew tirrestrinġi jew toġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek. Tista' teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lid-Diviżjoni tal-Ingaġġ Intern u Estern fid-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjonijiet tal-BĊE fivisitor.centre@ecb.europa.eu.

Tgħallem iżjed

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta fi dpo@ecb.europa.eu.

Barra minn hekk, tista' tikkuntattja lis-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta kull meta trid dwar dan l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek.

[1]Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data u d-Deċiżjoni BĊE/1/2007 tas-17 ta’ April 2007 li tadotta regoli implimentattivi dwar il-protezzjoni tad-data fil-Bank Ċentrali Ewropew u leġiżlazzjoni sussegwenti li tieħu post jew temenda dawn l-atti legali.