Kif tasal

Fejn qiegħed il-BĊE?

Il-BĊE jinsab fi tliet indirizzi fi Frankfurt am Main:

  • Sonnemannstrasse 20
    60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
  • Kaiserstrasse 29
    60311 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
  • Neue Mainzer Strasse 32-36
    60311 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
Kif tasal Sonnemannstrasse

Minn Frankfurt Hauptbahnhof (l-istazzjon ċentrali tal-ferrovija)

  • Bl-S-Bahn (ferrovija suburbana): tistaʼ taqbad diversi rotot għal Ostendstrasse
    • S1 (direzzjoni Rödermark/Ober-Roden)
    • S2 (direzzjoni Dietzenbach)
    • S3 (direzzjoni Darmstadt)
    • S4 (direzzjoni Langen)
    • S5 u S6 (direzzjoni Frankfurt Süd)
    • S8 u S9 (direzzjoni Hanau Hauptbahnhof)
    • Imbagħad għandek mixja taʼ ħames minuti minn Paul-Arnsberg-Platz sad-daħla ewlenija.
  • Bit-tramm: aqbad in-Nru 11 sa Ostbahnhof/Sonnemannstrasse. Imbagħad għandek mixja taʼ ftit minuti tul Sonnemannstrasse sad-daħla ewlenija.
  • Bil-karozza (rotta 1): suq fid-direzzjoni taʼ Hanau sakemm tasal Lange Strasse u dur fuq il-lemin fid-direzzjoni taʼ Hospital zum heiligen Geist. Imxi mas-sinjali tal-awtostrada sa Anschluss Ost/Hanau. Ikser fuq ix-xellug għal Sonnemannstrasse. Suq lejn Zoo/Osthafen. Meta tasal fid-daħla ewlenija, ikser fuq il-lemin għall-parkeġġ tal-viżitaturi.
  • Bil-karozza (rotta 2): suq lejn ix-xmara Main imbagħad mur lejn il-lvant mal-Mainkai (ix-xatt tat-tramuntana tax-xmara) sakemm tasal Sonnemannstrasse. Meta tasal fid-daħla ewlenija, ikser fuq il-lemin għall-parkeġġ tal-viżitaturi.

Mill-awtostrada A661

Oħroġ minn Frankfurt Ost u suq lejn Stadtmitte. Dur lejn Hanauer Landstrasse u suq sakemm tgħaddi minn taħt il-pont tal-ferrovija. Iġbed lejn ix-xellug għal Sonnemannstrasse u meta tasal fid-daħla ewlenija, ikser fuq ix-xellug għall-parkeġġ tal-viżitaturi.

Mill-ajruport taʼ Frankfurt

  • Bit-taxi: madwar 30 minuta.
  • Bl-S-Bahn (ferrovija suburbana): aqbad l-S8 jew l-S9 (direzzjoni Hanau Hauptbahnhof) sa Ostendstrasse. Imbagħad għandek mixja taʼ ħames minuti minn Paul-Arnsberg-Platz sad-daħla ewlenija.

Parkeġġ fʼSonnemannstrasse

Issib xi postijiet taʼ parkeġġ għall-karozzi u l-minibuses maġenb id-daħla ewlenija. Hemm ukoll ftit postijiet għall-coaches fit-tarf nett tal-parkeġġ. Għal aktar tagħrif staqsi lill-kuntatt tiegħek fil-BĊE.

Kif tasal Kaiserstrasse u Neue Mainzer Strasse

Minn Frankfurt Hauptbahnhof (l-istazzjon ċentrali tal-ferrovija)

  • Bl-U-Bahn (metro): aqbad il-U4 (direzzjoni Seckbacher Landstrasse) jew il-U5 (direzzjoni Preungesheim) sa Willy-Brandt-Platz.
  • Bit-tramm: aqbad in-Nru 11 (direzzjoni Fechenheim) sa Willy-Brandt-Platz.
  • Bil-karozza: suq matul Düsseldorfer Strasse sakemm tasal Mainzer Landstrasse u ikser fuq il-lemin lejn Alte Oper. Meta tasal Taunusanlage iġbed lejn il-lemin u imxi mas-sinjali għal Sachsenhausen/Theater. Wara madwar 800 metru, ikser fuq ix-xellug għal Kaiserstrasse. Imbagħad iġbed lejn ix-xellug għal Neue Mainzer Strasse.

Mill-ajruport taʼ Frankfurt

  • Bit-taxi: madwar 30 minuta.
  • Bl-S-Bahn (ferrovija suburbana): aqbad l-S8 jew l-S9 (direzzjoni Hanau Hauptbahnhof) sa Frankfurt Hauptbahnhof (l-istazzjon ċentrali tal-ferrovija). Imbagħad imxi mal-istruzzjonijiet ta’ fuq.

Parkeġġ fʼpostijiet ċentrali tal-belt

Mʼgħandekx garanzija li ssib tipparkja fil-post. Jekk jirnexxilek, il-permess ikopri biss il-ħin taż-żjara tiegħek fil-BĊE.

L-attivitajiet tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE jinsabu fiċ-ċentru tal-belt. Hemm xi postijiet għall-parkeġġ għal dawk il-viżitaturi li jiġu fuq xogħol bil-karozza tagħhom iżda mʼhemmx faċilitajiet taʼ parkeġġ għall-coaches. Dawn jistgħu jipparkjaw fl-istazzjon ċentrali tal-ferrovija (Hauptbahnhof) jew fir-Römer/Paulsplatz. Għal aktar tagħrif staqsi lill-kuntatt tiegħek fil-BĊE.