Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Programmi koordinati mill-BĊE li tlestew

Il-banek ċentrali nazzjonali tal-UE ilhom jieħdu sehem tul ħafna snin fi programmi multiannwali ta' kooperazzjoni bejn il-banek ċentrali li jiġu finanzjati mill-Kummissjoni Ewropea.

Partikolarment, il-banek ċentrali ta' pajjiżi li għandhom perspettivi ta' adeżjoni mal-UE, u l-banek ċentrali tar-Russja u l-Eġittu, ħadmu mal-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE fi programmi ta' kooperazzjoni teknika biex itejbu l-ħiliet tal-istaff u l-kapaċitajiet istituzzjonali.

Bank Ċentrali tal-Montenegro (2014-15)

Minn Settembru 2014 sa Marzu 2015 il-BĊE u għaxar banek ċentrali nazzjonali tal-UE kienu involuti fi programm mal-Bank Ċentrali tal-Montenegro li analizza sitt oqsma:

  • kontabilità
  • integrazzjoni tal-UE
  • operazzjonijiet finanzjarji u bankarji
  • stabbiltà finanzjarja
  • riskju operazzjonali u kontinwità tax-xogħol
  • statistika

L-għan ta' din il-kooperazzjoni kien li jiġu identifikati oqsma fejn il-Bank Ċentrali tal-Montenegro kien jeħtiġlu jagħmel progress biex jilħaq livell kompatibbli ma' dak tas-SEBĊ.

  • Deutsche Bundesbank
  • Eesti Pank
  • Bank of Greece
  • Banque de France
  • Banca d’Italia
  • De Nederlandsche Bank
  • Oesterreichische Nationalbank
  • Banco de Portugal
  • Banka Slovenije
  • Národná banka Slovenska
Stqarrijiet għall-istampa
Tliet banek ċentrali tal-Balkani tal-Punent (2014-15)

Minn Jannar 2014 sa Ġunju 2015 il-BĊE u 11-il bank ċentrali nazzjonali tal-UE għenu tliet banek ċentrali ta' pajjiżi kandidati tal-UE u kandidati potenzjali fil-Balkani tal-Punent. Il-programm kien jinkludi analiżi ta' sitt xhur tax-xogħol tal-Bank tal-Albanija fi 13-il qasam:

  • stabbiltà finanzjarja
  • teknoloġija tal-informatika
  • verifika interna
  • superviżjoni bankarja
  • sistemi ta’ ħlas
  • karti tal-flus u ħruġ
  • komunikazzjoni
  • integrazzjoni fl-UE
  • riżorsi umani
  • servizzi legali
  • kontabilità u rappurtar finanzjarju
  • analiżi u operazzjonijiet tal-politika monetarja
  • statistika

Wara dan saret analiżi ta' sitt xhur tal-ħidma tal-Bank Ċentrali tar-Repubblika tal-Kosovo f'seba' oqsma:

  • stabbiltà finanzjarja
  • teknoloġija tal-informatika
  • verifika interna
  • superviżjoni bankarja
  • sistemi ta’ ħlas
  • integrazzjoni tal-UE
  • amministrazzjoni

L-għan ta' din il-kooperazzjoni kien li jiġu identifikati oqsma fejn iż-żewġ banek ċentrali kien jeħtiġilhom jagħmlu progress biex jilħqu livell kompatibbli ma' dak tas-SEBĊ. Il-programm kien jinkludi wkoll komponent għat-tħejjija ta' proġett mal-Bank Nazzjonali tar-Repubblika tal-Maċedonja.

Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:

  • Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
  • Česká národní banka
  • Deutsche Bundesbank
  • Banque de France
  • Banca d’Italia
  • Bank Ċentrali ta’ Malta
  • De Nederlandsche Bank
  • Oesterreichische Nationalbank
  • Banco de Portugal
  • Banka Slovenije
  • Národná banka Slovenska
Stqarrijiet għall-istampa
Bank Nazzjonali tar-Repubblika tal-Macedonja (2012-13)

Mill-15 ta' Ottubru 2012 sal-14 ta' Lulju 2013, il-BĊE u 10 banek ċentrali nazzjonali tal-UE għenu lill-Bank Nazzjonali tar-Repubblika tal-Macedonja billi identifikaw l-oqsma speċifiċi fejn jeħtiġlu jagħmel progress biex jilħaq livell kompatibbli ma' dak ta' bank ċentrali ta' Stat Membru tal-UE. L-10 oqsma identifikati kienu:

  • kontabilità
  • karti tal-flus
  • analiżi ekonomika u riċerka
  • riżorsi umani
  • teknoloġija tal-informatika
  • verifika interna
  • servizzi legali
  • politika monetarja u tar-rata tal-kambju
  • sistemi ta’ ħlas
  • statistika

Il-livell għandu jintlaħaq sa meta l-pajjiż isir Stat Membru tal-UE u l-Bank Nazzjonali tar-Repubblika tal-Macedonja jingħaqad mas-SEBĊ.

Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:

  • Deutsche Bundesbank
  • Eesti Pank
  • Central Bank of Ireland
  • Banco de España
  • Banca d’Italia
  • Bank Ċentrali ta’ Malta
  • De Nederlandsche Bank
  • Oesterreichische Nationalbank
  • Banka Slovenije
  • Národná banka Slovenska

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) pprovda wkoll esperti biex jappoġġa l-programm.

Stqarrijiet għall-istampa
Bank Nazzjonali tas-Serbja (2011-13)

Mill-1 ta' Frar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2013 il-BĊE u 21 bank ċentrali nazzjonali tal-UE għenu lill-Bank Nazzjonali tas-Serbja fl-isforzi tiegħu biex jimplimenta l-istandards tal-banek ċentrali tal-UE bi tħejjija għas-sħubija tar-Repubblika tas-Serbja fl-UE.

Il-programm ta' 35 xahar kompla fejn ħalla l-programm ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet li sar fil-perjodu 2008-2009. Kien ikopri 13-il qasam tal-attività bankarja ċentrali, uħud minnhom kienu ġew koperti wkoll fil-programm tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet:

  • superviżjoni tas-settur finanzjarju
  • armonizzazzjoni legali
  • liberalizzazzjoni tal-movimenti tal-kapital
  • ġestjoni tar-riżervi tal-kambju barrani
  • operazzjonijiet monetarji u tar-rata tal-kambju
  • servizzi finanzjarji u protezzjoni tal-konsumatur
  • appoġġ għas-sħubija fl-UE
  • analiżi ekonomika u riċerka
  • statistika
  • sistemi ta’ ħlas
  • stabbiltà finanzjarja
  • teknoloġija tal-informatika
  • kontabilità u rappurtar finanzjarju

Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:

  • Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique
  • Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
  • Česká národní banka
  • Deutsche Bundesbank
  • Eesti Pank
  • Central Bank of Ireland
  • Bank of Greece
  • Banco de España
  • Banque de France
  • Central Bank of Cyprus
  • Banque centrale du Luxembourg
  • Magyar Nemzeti Bank
  • De Nederlandsche Bank
  • Oesterreichische Nationalbank
  • Narodowy Bank Polski
  • Banco de Portugal
  • Banca Naţională a României
  • Banka Slovenije
  • Národná banka Slovenska
  • Suomen Pankki – Finlands Bank
  • Bank of England
Stqarrijiet għall-istampa
Bank Ċentrali tal-Bożnja u Ħerzegovina (2010-11)

Mill-1 ta' April 2010 sat-30 ta' Settembru 2011, il-BĊE u seba' banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għenu lill-Bank Ċentrali tal-Bożnja u Ħerzegovina fl-isforzi tiegħu biex jimplimenta l-istandards tal-UE għall-banek ċentrali bi tħejjija għas-sħubija fl-UE.

Esperti minn Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) u Banca Naţională a României ikkontribwew ukoll.

Il-programm ta' 18-il xahar segwa l-programm ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet li sar fl-2007 u kopra sitt oqsma tal-attività bankarja ċentrali, li minnhom l-ewwel tlieta ffukaw fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-programm tal-2007:

  • statistika
  • analiżi ekonomika u riċerka
  • stabbiltà finanzjarja
  • armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni mal-UE
  • koordinazzjoni tal-integrazzjoni mal-UE
  • titjib tas-servizzi tal-IT fil-Bank Ċentrali tal-Bożnja u Ħerzegovina

Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema li ġejjin:

  • Deutsche Bundesbank
  • Bank of Greece
  • Banco de España
  • Banca d’Italia
  • De Nederlandsche Bank
  • Oesterreichische Nationalbank
  • Banka Slovenije
Stqarrijiet għall-istampa
Tisħiħ tas-superviżjoni makro u mikroprudenzjali f'pajjiżi kandidati tal-UE u kandidati potenzjali (2010-12)

Mid-19 ta' Jannar 2010 sat-18 ta' Jannar 2012, il-BĊE, flimkien ma' 14-il bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema, offra programm ta' għajnuna lil pajjiżi kandidati tal-UE u kandidati potenzjali.

L-għan kien li tissaħħaħ is-superviżjoni makro u mikroprudenzjali fil-Balkani tal-Punent u fit-Turkija.

L-Eurosistema mexxiet il-programm b'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunità finanzjarja internazzjonali u bbenefikat mill-kompetenza ta' dawk il-korpi u istituzzjonijiet f'Basel, fi Brussell, f'Londra u f'Washington D.C. li diġà huma impenjati fl-istess għan li jeżaminaw u jsaħħu l-qafas superviżorju, anke skont ir-rakkomandazzjoni tal-G20.

Fl-ewwel sena l-programm kien jinkludi aktar minn 20 avveniment ta' taħriġ u tliet gruppi ta' ħidma ta' livell għoli dwar il-linji tal-politika, bis-sehem ta' madwar 36 istituzzjoni.

Matul it-tieni sena, ipprovda sostenn bilaterali lit-tmien benefiċjarji biex jgħinhom jiżviluppaw ċerti kapaċitajiet superviżorji. Wara dan saru eżerċizzji ta' simulazzjoni dwar l-istat ta' preparazzjoni għal, u l-ġestjoni ta', kriżijiet.

Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema li ġejjin:

  • Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique
  • Bank of Greece
  • Banco de España
  • Banque de France
  • Banca d’Italia
  • Central Bank of Cyprus
  • Banque centrale du Luxembourg
  • Bank Ċentrali ta’ Malta
  • De Nederlandsche Bank
  • Oesterreichische Nationalbank
  • Banco de Portugal
  • Banka Slovenije
  • Národná banka Slovenska
  • Suomen Pankki – Finlands Bank

Il-pajjiżi kandidati tal-UE u l-kandidati potenzjali involuti kienu:

  • il-Kroazja
  • l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
  • l-Albanija
  • Bożnja u Ħerzegovina
  • il-Montenegro
  • it-Turkija
  • is-Serbja
  • il-Kosovo (taħt UNSCR 1244/99)
Stqarrijiet għall-istampa
Bank Nazzjonali tas-Serbja (2008-9)

Mill-1 ta' Settembru 2008 sal-31 ta' Mejju 2009, il-BĊE u 17-il bank ċentrali nazzjonali tal-UE għenu lill-Bank Nazzjonali tas-Serbja billi identifikaw l-oqsma speċifiċi fejn il-bank jeħtiġlu jagħmel progress biex jilħaq livell kompatibbli ma' dak ta' bank ċentrali ta' Stat Membru tal-UE.

Ġew identifikati sitt oqsma ta' attività bankarja ċentrali:

  • superviżjoni ta' banek
  • armonizzazzjoni mal-acquis communautaire tal-leġiżlazzjoni fil-kompetenza tal-Bank Nazzjonali tas-Serbja
  • liberalizzazzjoni tal-movimenti tal-kapital
  • tmexxija ta' politika monetarja u r-reġim tar-rati tal-kambju
  • statistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti
  • protezzjoni tal-konsumatur fis-servizzi finanzjarji

Il-livell għandu jintlaħaq sa meta s-Serbja ssir Stat Membru tal-UE u l-Bank Nazzjonali tas-Serbja jingħaqad mas-SEBĊ.

Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:

  • Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique
  • Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
  • Česká národní banka
  • Danmarks Nationalbank
  • Deutsche Bundesbank
  • Eesti Pank
  • Bank of Greece
  • Banque de France
  • Banca d’Italia
  • Central Bank of Cyprus
  • Latvijas Banka
  • Magyar Nemzeti Bank
  • De Nederlandsche Bank
  • Oesterreichische Nationalbank
  • Narodowy Bank Polski
  • Banca Naţională a României
  • Bank of England
Stqarrijiet għall-istampa
Bank Ċentrali tal-Bożnja u Ħerzegovina (2007)

Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Awwissu 2007, il-BĊE u tmien banek ċentrali nazzjonali tal-UE għenu lill-Bank Ċentrali tal-Bożnja u Ħerzegovina billi identifikaw l-oqsma speċifiċi fejn il-bank jeħtiġlu jagħmel progress biex jilħaq livell kompatibbli ma' dak ta' bank ċentrali ta' Stat Membru tal-UE.

Ġew identifikati seba' oqsma:

  • koordinazzjoni tas-superviżjoni bankarja
  • analiżi ekonomika u riċerka
  • stabbiltà finanzjarja
  • verifika interna
  • politika monetarja implimentata skont arranġament tal-bord għall-munita
  • sistemi ta’ ħlas
  • statistika

Il-livell għandu jintlaħaq sa meta l-Bożnja u Ħerzegovina Herzegovina ssir Stat Membru tal-UE u l-Bank Ċentrali tal-Bożnja u Ħerzegovina jingħaqad mas-SEBĊ.

Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:

  • Deutsche Bundesbank
  • Eesti Pank
  • Bank of Greece
  • Banco de España
  • Banque de France
  • Banca d’Italia
  • Oesterreichische Nationalbank
  • Banka Slovenije
Stqarrijiet għall-istampa
Bank Ċentrali tal-Eġittu (2009-12)

Mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Marzu 2012, il-BĊE u seba' banek ċentrali nazzjonali tal-UE għenu lill-Bank Ċentrali tal-Eġittu biex isaħħaħ is-superviżjoni bankarja fl-Eġittu.

Dan inkluda l-aġġornament gradwali tar-regoli, ir-regolamenti, l-oqfsa ta' rappurtar u l-prattika superviżorja tal-bank u qarribhom lejn il-konformità bażika ta' Basel II, skont l-istrateġija mfassla mill-Bank Ċentrali tal-Eġittu u preżentata lill-banek kummerċjali waqt avveniment li sar fil-Kajr fl-14 ta' Ottubru 2009.

Il-proċess ta' riforma kien jinvolvi l-konsultazzjoni mal-industrija bankarja dwar kwistjonijiet kwalitattivi kif ukoll studji tal-impatt kwantitattiv.

Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:

  • Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
  • Česká národní banka
  • Deutsche Bundesbank
  • Bank of Greece
  • Banque de France
  • Banca d’Italia
  • Banca Naţională a României
Stqarrijiet għall-istampa
Bank tar-Russja (2008-11)

Mill-1 ta' April 2008 sal-31 ta' Marzu 2011, il-BĊE u tmien banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għenu lill-bank ċentrali tal-Federazzjoni Russa (Bank tar-Russja) fl-oqsma tas-superviżjoni bankarja u l-verifika interna.

Il-komponent tas-superviżjoni bankarja kien maħsub biex jgħin lill-Bank tar-Russja jżomm l-istabbiltà tas-sistema bankarja Russa billi jiġu modernizzati r-regoli, il-politika u l-prattika tas-superviżjoni biex isiru konformi mal-prinċipji aċċettati fil-livell internazzjonali kif stabbiliti mill-Kumitat ta' Basel għas-Superviżjoni Bankarja, magħruf aħjar bħala l-Qafas Basel II, wara l-esperjenza tal-implimentazzjoni ta' Basel II fl-UE.

Il-komponent tal-verifika interna kellu l-għan li jgħin lill-Bank tar-Russja biex itejjeb il-funzjoni tal-verifika interna li tqis ir-riskji permezz ta' taħriġ u konsultazzjoni ma' esperti tal-Eurosistema f'termini tal-aqwa prattika fl-Eurosistema b'mod ġenerali, u b'mod iżjed speċifiku l-verifika interna tal-ġestjoni tar-riżervi tal-kambju barrani u l-użu tal-għodod u tas-sistemi tal-IT.

Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema li ġejjin:

  • Deutsche Bundesbank
  • Bank of Greece
  • Banco de España
  • Banque de France
  • Banca d’Italia
  • De Nederlandsche Bank
  • Oesterreichische Nationalbank
  • Suomen Pankki – Finlands Bank
Stqarrijiet għall-istampa
Bank Ċentrali tal-Eġittu (2005-7)

Mill-1 ta' Diċembru 2005 sat-30 ta' Novembru 2007, il-BĊE u erba' banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għenu lill-Bank Ċentrali tal-Eġittu f'reviżjoni ġenerali tal-proċeduri amministrattivi u operazzjonali tiegħu fis-superviżjoni bankarja bil-għan li dan jersaq lejn orjentament li jqis ir-riskji.

Il-ħidma saret f'sitt oqsma:

  • sorveljanza kontinwa
  • spezzjonijiet
  • analiżi makroprudenzjali
  • regolazzjoni u ffissar ta' standards
  • metodoloġija u teknoloġija tal-informazzjoni
  • kurrikulu ta' taħriġ għas-superviżuri bankarji

Matul is-sentejn saru aktar minn 70 avveniment, fosthom missjonijiet ta' esperti, żjarat ta' studju, korsijiet ta' taħriġ u konsultazzjonijiet oħra.

Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema li ġejjin:

  • Deutsche Bundesbank
  • Bank of Greece
  • Banque de France
  • Banca d’Italia
Stqarrijiet għall-istampa
Bank tar-Russja (2003-5)

Mill-1 ta' Novembru 2003 sal-31 ta' Ottubru 2005, il-BĊE u disa' banek ċentrali nazzjonali tal-UE flimkien ma' tliet aġenziji superviżorji li mhumiex banek ċentrali għenu lill-bank ċentrali tal-Federazzjoni Russa (Bank tar-Russja) fl-isforzi tiegħu biex jimplimenta metodoloġija ta' superviżjoni bankarja li tqis ir-riskji.

Il-programm kien jinvolvi taħriġ ta' total ta' 1,000 membru tal-istaff superviżorju fil-fergħat reġjonali tal-Bank tar-Russja, u qsim tal-prattika superviżiorja tal-UE li tqis ir-riskji.

64 kors ta' taħriġ u erba' seminars ta' livell għoli saru fir-Russja u l-istaff tal-Bank tar-Russja żar lis-superviżuri bankarji fl-UE.

Tħejja wkoll ktejjeb bl-isem “Banking supervision – European experience and Russian practice” (Superviżjoni bankarja – l-esperjenza Ewropea u l-prattika Russa) kemm bl-Ingliż kif ukoll bir-Russu biex il-membri tal-istaff tal-Bank tar-Russja setgħu jistudjaw għal rashom.

Kienu involuti l-banek ċentrali nazzjonali tal-UE li ġejjin:

  • Deutsche Bundesbank
  • Central Bank of Ireland
  • Banco de España
  • Banque de France
  • Banca d’Italia
  • De Nederlandsche Bank
  • Oesterreichische Nationalbank
  • Banco de Portugal
  • Suomen Pankki – Finlands Bank

Kienu involuti l-aġenziji superviżorji li mhumiex banek ċentrali li ġejjin:

  • Rahoitustarkastus/Finansinspektionen
  • Finansinspektionen
  • Financial Services Authority
Stqarrijiet għall-istampa