Is-sehem internazzjonali tal-euro

Definizzjoni u linja politika

Is-sehem internazzjonali tal-euro jirreferi għall-użu tal-euro fis-swieq dinjin u minn residenti ta' pajjiżi barra ż-żona tal-euro. Residenti li mhumiex fiż-żona tal-euro jistgħu jużaw l-euro, ngħidu aħna, fi tranżazzjonijiet ta' pagamenti jew fi tranżazzjonijiet tas-swieq finanzjarji ma' residenti taż-żona tal-euro jew ma' oħrajn li mhumiex residenti. B'mod partikolari, l-euro jintuża mis-settur uffiċjali ta' bosta pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro bħala munita ta' riżerva jew bħala munita ta' ankoraġġ.

Il-BĊE għandu pożizzjoni ta' politika newtrali fejn jidħol l-użu internazzjonali tal-euro. Huwa la jfixkel u lanqas iħeġġeġ l-użu tal-munita tiegħu barra ż-żona tal-euro u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet iqis li dan hu r-riżultat tal-forzi tas-suq.

Ċifri ewlenin

It-tabella li ġejja tagħti ħarsa ġenerali lejn l-istatistika ewlenija li għandha x'taqsam mas-sehem internazzjonali tal-euro. Hija meħuda mill-aħħar pubblikazzjoni tal-analiżi annwali The International Role of the Euro (ara taħt).

Ngħidu aħna, it-tabella turi li fl-investimenti fir-riżervi globali tal-kambju, is-sehem tal-istrumenti denominati fl-euro – madwar 26 fil-mija – tista' tgħid baqa' l-istess meta jitqabbel mas-sena ta' qabel. Fis-swieq internazzjonali tad-dejn, is-sehem tat-titoli tad-dejn denominati fl-euro mit-total ta' titoli pendenti naqas b'madwar 2 punti perċentwali għal 27.4 fil-mija fi tmiem l-2010 meta jitqabbel mas-sena ta' qabel. Fis-suq tas-self transkonfinali u fis-suq tad-depożiti transkonfinali, is-sehem tal-istrumenti denominati fl-euro żdied b'madwar 0.5 ta' punt perċentwali u b'1 punt perċentwali rispettivament fi tmiem l-2010 meta jitqabbel mas-sena ta' qabel. Fl-aħħar, fis-swieq tal-kambju (fatturat medju ta' kuljum) is-sehem tal-euro kien daqs 19.5 fil-mija fl-2010 meta jitqabbel ma' 18.5 fil-mija fl-2007. Huwa importanti li wieħed jiftakar li t-tibdil fl-importanza relattiva tal-euro fis-swieq internazzjonali huwa gradwali ħafna.

Key data on the international role of the euro
Sources: BIS, ECB and national sources.
( 1 )  At constant end-2010 exchange rates.
Share of the euro in:
(unless otherwise indicated)
2010 2009
- stock of global foreign exchange reserves ( 1 ) 26.3% 26.0%
- stock of international debt securities (narrow definition)( 1 ) 27.4% 29.5%
- stock of cross-border loans ( 1 ) 19.1% 18.6%
- stock of cross-border deposits ( 1 ) 21.6% 20.4%
- daily foreign exchange market turnover 19.5% 18.5%
(as at 2007)
- settlement/invoicing of goods exports from selected euro area countries to non-euro area countries 68.0% 67.4%
- settlement/invoicing of goods imports of selected euro area countries from non-euro area countries 53.5% 48.6%
Cumulative net shipments of euro banknotes to destinations outside the euro area EUR 107 billion EUR 109 billion

Pubblikazzjonijiet u stqarrijiet għall-istampa tal-BĊE

Il-BĊE jissorvelja mill-qrib l-użu internazzjonali tal-euro u, b'mod partikolari, joħroġ analiżi regolari – The International Role of the Euro – li teżamina l-iżviluppi reċenti fl-użu tal-euro minn residenti li mhumiex fiż-żona tal-euro fil-kummerċ internazzjonali u fit-tranżazzjonijiet finanzjarji internazzjonali. Din l-analiżi tagħti lill-pubbliku indikaturi ġenerali u statistika f'waqtha, imsejsa parzjalment fuq dejta oriġinali kompilata mill-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema kif ukoll fuq storja kronoloġika provduta minn banek ċentrali oħrajn li jieħdu sehem fl-istħarriġ li jsir mill-BĊE.

L-analiżi annwali tal-BĊE dwar is-sehem internazzjonali tal-euro ma tippreżentax biss l-iżviluppi u x-xejriet reċenti; tipprovdi wkoll analiżi bir-reqqa ta' kwistjonijiet magħżula li teżamina x'jistgħu jkunu l-fatturi determinanti u l-implikazzjonijiet fl-użu internazzjonali tal-muniti. F'dawn l-aħħar snin l-analiżi (bl-Ingliż) eżaminat is-suġġetti li ġejjin:

  • The impact of asset-backed securities on the currency composition of the stock of international debt, Lulju 2011
  • What makes a currency a safe haven, Lulju 2011
  • Prospects for the international use of emerging market currencies, Lulju 2011
  • Excess returns on net foreign assets and international currencies, Lulju 2010
  • Currency choice in the issuance of foreign currency-denominated bonds, Lulju 2009
  • The use of the euro in global foreign exchange reserves, Lulju 2008
  • Asset substitution in central, eastern, and south-eastern Europe: trends and determinants, Ġunju 2007
  • Determinants of the currency of invoicing in international trade, Diċembru 2005
  • Determinants of the currency choice in international bond issuance by corporations, Jannar 2005
  • The City of London and the international role of the euro, Diċembru 2003

Bis-saħħa ta' dan ix-xogħol analitiku saret bosta riċerka fis-Sensiela Dokumenti ta' Ħidma jew fis-Sensiela Dokumenti Okkażjonali tal-BĊE:

Artikoli fil-Bullettin tax-Xahar (bl-Ingliż)

Sensiela Dokumenti ta' Ħidma (bl-Ingliż)

Sensiela Dokumenti Okkażjonali (bl-Ingliż)