Fażi tal-ippjanar tax-xogħol
Pjani dettaljati
Il-fażi tal-ippjanar biex jibda x-xogħol tinvolvi l-irfinar tal-pjani żviluppati waqt il-fażi tal-ippjanar dettaljat, biex tiġi faċilitata l-kostruzzjoni tal-bini l-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Minn Jannar 2009, il-periti u dawk responsabbli għall-pjanijiet ħadmu fuq il-pjanijiet dettaljati għall-bini l-ġdid.
Sejħiet għall-offerti għax-xogħol tal-kostruzzjoni
Il-fażi tal-ippjanar biex jibda x-xogħol bdiet fl-istess ħin tat-tieni proċedura għas-sejħa tal-offerti għax-xogħol tal-kostruzzjoni, li tnediet fil-bidu tal-2009 wara li l-ewwel proċedura għas-sejħa tal-offerti għal kuntrattur ġenerali ngħalqet fil-25 ta' Ġunju 2008 minħabba li ma tatx riżultat ekonomikament sodisfaċenti.
Sejħiet ġodda għall-offerti għax-xogħol tal-kostruzzjoni
Għat-tieni proċedura tas-sejħa għall-offerti, ix-xogħol tal-kostruzzjoni nqasam f'taqsimiet u lottijiet biex forsi kumpaniji ta' daqs medju setgħu jressqu offerti kompetittivi, u biex forsi setgħu jinstabu kumpaniji speċjalizzati għal kull sengħa. S'issa, ħarġu sejħiet għall-offerti għal tmien taqsimiet tax-xogħol. Is-sejħiet għall-offerti għat-taqsimiet tax-xogħol li baqa' se joħorġu fl-2010.

