Ostend

Fejn jiltaqgħu l-belt u x-xmara

Il-Grossmarkthalle fid-distrett tal-Ostend fi Frankfurt, 2002

Il-Grossmarkthalle fid-distrett tal-Ostend fi Frankfurt, 2002

© ECB/KingAir Luftfoto

Il-kwartieri l-ġodda tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) se jinbnew fuq is-sit ta' dak li qabel kien suq ta' bejgħ bl-ingrossa, il-Grossmarkthalle, fid-distrett tal-Ostend fi Frankfurt. Il-post fejn jinsab is-sit jimmarka l-fużjoni bejn il-belt u x-xmara. L-Ostend li hu differenti ħafna minn postijiet oħra, ilu jiġi żviluppat mis-snin 90, waqt li l-inħawi fil-qrib kienu qed jiġu riorganizzati fir-rigward tal-istruttura urbana taż-żona. Fuq in-naħa l-oħra tal-linji tal-ferrovija hemm il-baċiri tal-Osthafen, fejn għadhom jidhru l-karatteristiċi li kienu għadhom evidenti wkoll sa dan l-aħħar madwar il-Grossmarkthalle. Żewġ settijiet ta' krejns li huma elenkati fil-lista tal-Wirt Kulturali u li jinsabu fuq il-moll maġenb il-Grossmarkthalle jfakkru f'dan l-imgħoddi industrijali.

Bidla strutturali

Taħt il-krejns fuq ir-Ruhrorter Werft

Taħt il-krejns fuq ir-Ruhrorter Werft

© Robert Metsch

Dik li qabel kienet żona industrijali tul ix-xtut tax-xmara Main fil-punent tas-sit tal-Grossmarkthalle qed tiżviluppa ftit ftit f'żona residenzjali attraenti bi spazji ħodor. Dan hu l-post fejn il-bidla fid-dehra tal-istrutturi u l-bini tal-Ostend fi Frankfurt tidher l-iżjed ċara.

L-ambjent tal-belt li qed jinbidel

Bini ġdid fil-Weseler Werft

Bini ġdid fil-Weseler Werft

© Robert Metsch

F'dawn l-aħħar snin, il-bidla strutturali kontinwa mill-manifattura għas-settur tas-servizzi biddlet id-dehra urbana tad-distrett tal-Ostend fi Frankfurt. Il-kuritur ċentrali tal-iżvilupp taż-żona hu dak tal-Hanauer Landstrasse, li qisa kalamita għax qed tiġbed għadd dejjem jikber ta' fornituri tas-servizzi u postijiet għall-attivitajiet kulturali.