It-tlestija tat-torrijiet

Fl-20 ta' Settembru 2012 il-Bank Ċentrali Ewropew organizza ċerimonja biex jiċċelebra t-tlestija tax-xogħlijiet strutturali ewlenin tal-bini l-ġdid tiegħu fis-sit tal-Grossmarkthalle – il-pitkalija l-qadima ta’ Frankfurt am Main.

Wara d-diskors ta’ merħba mis-Sur Asmussen, saru diskorsi oħra minn Peter Feldmann, is-Sindku tal-Belt ta’ Frankfurt am Main, u minn Klaus Pöllath, Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Ed. Züblin AG, il-kumpanija responsabbli għax-xogħlijiet strutturali ewlenin. Membri tal-Bord Eżekuttiv, tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE poġġew is-27 bandiera tal-Istati Membri tal-UE u l-bandiera tal-Unjoni Ewropea f'kuruna li tħejjiet għall-okkażjoni. Iċ-ċerimonja ntemmet billi l-kuruna ttellgħet sal-ogħla sular u ngħatat it-tislima tradizzjonali mill-formen tal-kostruzzjoni tat-torrijiet.

Diskorsi li saru fiċ-ċerimonja

  • Diskors ta' merħba minn Jörg Asmussen, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE
    ENGLISH
    OTHER LANGUAGES (1) +
    Select your language
  • Diskors ta' Peter Feldmann, is-Sindku tal-Belt ta' Frankfurt am Main
    ENGLISH
    OTHER LANGUAGES (1) +
    Select your language
  • Diskors ta' Klaus Pöllath, Membru tal-Bord tad-Diretturi ta' Ed. Züblin AG
    ENGLISH
    OTHER LANGUAGES (1) +
    Select your language