It-tqegħid tal-ewwel ġebla

Fid-19 ta’ Mejju 2010, il-BĊE ċċelebra l-bidu uffiċjali tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni bit-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-bini l-ġdid tiegħu fis-sit ta' dak li qabel kien il-Grossmarkthalle fi Frankfurt am Main.

Wara d-diskors ta’ merħba tal-President tal-BĊE, is-Sindku tal-belt ta’ Frankfurt, Petra Roth, u Wolf D. Prix, ir-rappreżentant ta' COOP HIMMELB(L)AU, il-kumpanija ta’ periti li ħadet ħsieb id-disinn tal-bini l-ġdid tal-BĊE, taw l-awguri tagħhom. Il-President, il-membri tal-Bord Eżekuttiv, il-Kunsill Governattiv u l-Kunsill Ġenerali tal-BĊE, kif ukoll is-sindku u l-perit, qiegħdu fl-ewwel ġebla sett ta’ pjanti tal-bini, gazzetti mis-27 Stat Membru, settijiet tal-muniti tal-euro mis-16-il pajjiż li dak iż-żmien kienu fiż-żona tal-euro, sett ta' karti tal-flus tal-euro, kif ukoll munita tal-belt ta' Frankfurt. L-ewwel ġebla mbagħad ġiet issiġillata u ttieħdet fil-ħofra kbira skavata fejn se jinbnew iż-żewġ torrijiet tal-uffiċċji.

  • Diskors ta’ merħba ta’ Jean-Claude Trichet, President tal-BĊE
    ENGLISH
    OTHER LANGUAGES (1) +
    Select your language
  • Diskors tas-Sindku ta’ Frankfurt, Petra Roth
  • Diskors ta’ Wolf D. Prix, COOP HIMMELB(L)AU