Luminale

Festival tad-dawl

Il-Grossmarkthalle mdawwal

© Robert Metsch

Ir-raba' Luminale, festival internazzjonali tad-dawl, ġie ċelebrat bejn is-6 u l-11 ta' April 2008. Kull sentejn, il-Luminale jiġi ċelebrat fi Frankfurt u fir-reġjun tar-Rhine-Main bħala parti mill-fiera kummerċjali tad-Dawl+Bini.

Casa Magica

Il-Grossmarkthalle mdawwal

© Robert Metsch

Fl-2008 meta l-Luminale ġie ċelebrat għar-raba' darba, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa sehem ukoll. L-artisti tad-dawl, Casa Magica, ta' Tübingen (Friedrich Förster u Sabine Weissinger) xegħlu l-faċċata tan-Nofsinhar tal-Grossmarkthalle tul is-sigħat ta' filgħaxija sa nofsillejl.

Tliet motifs

Il-Grossmarkthalle mdawwal

© Robert Metsch

Tliet motifs ġew projettati l-ħin kollu wieħed wara l-ieħor għal fuq il-faċċata ewlenija li t-twieqi tagħha jiffurmaw bħal grilja: l-ewwel motif ta' frott u ħxejjex fakkar dik li kienet il-funzjoni tal-bini bħala pitkalija; it-tieni ffoka fuq il-preżent, b'magni tat-taħfir, krejns u bajliet tal-konkos bħala allużjoni għall-bidla tal-Grossmarkthalle fi kwartieri futuri tal-BĊE; u t-tielet motif kien adattament ħieles tal-prinċipji formali li jikkaratterizzaw il-karti tal-flus, biex b'hekk ingħatat enfasi lir-rwol futur tal-Grossmarkthalle bħala l-kwartieri ewlenin tal-BĊE.

Meta tnieda

Il-Grossmarkthalle mdawwal

© Robert Metsch

Meta tnieda l-Luminale, il-BĊE stieden lil dawk kollha li kellhom interess għal sessjoni ta' tagħrif quddiem is-sala ewlenija fuq ir-Ruhrorter Werft, faċċata tal-Grossmarkthalle mdawwal.