Xogħol ta' ġarr

Ħatt - briksa wara l-oħra

Twaqqigħ tal-bini anness tal-punent

Twaqqigħ tal-bini anness tal-punent

© Robert Metsch

Bħala tħejjija għax-xogħol ewlieni tal-kostruzzjoni, bejn ir-rebbiegħa u l-ħarifa tal-2008 sar ix-xogħol preliminari tal-kostruzzjoni fis-sit ta' dak li qabel kien il-Grossmarkthalle u fejn se jkun il-bini l-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Twaqqgħu l-pjattaforma tal-ferrovija li m'għadhix tintuża u ż-żewġ binjiet annessi, ta' erba' sulari l-wieħed. Partijiet tal-binjiet annessi nħattu bil-galbu bl-idejn biex il-briks setgħu jintużaw għar-restawr tal-faċċata tal-Grossmarkthalle. Dan sar għaliex il-kulur tal-briks il-ġodda ma jaqbilx ma' dak tal-qodma minħabba teknika u materjali differenti tal-manifattura.

Xogħol preliminari fis-sit

Tneħħija bl-idejn tax-xogħol tal-briks u twaqqigħ tal-bini anness tal-punent

Tneħħija bl-idejn tax-xogħol tal-briks u twaqqigħ tal-bini anness tal-punent

© Robert Metsch

Qabel ma setgħet tikkunsinna s-sit lill-BĊE, il-Belt ta' Frankfurt kienet responsabbli biex tnaddaf is-sit u tħejjih għall-kunsinna. Dan ix-xogħol sar bejn ir-rebbiegħa u l-ħarifa tal-2004 u kien jinvolvi t-twaqqigħ ta' bini li ma kienx vallapena li jinżamm: fin-Nofsinhar tal-Grossmarkthalle, dan il-bini kien il-"blaue Halle", l-"Importhalle", li kienu jservu prinċipalment bħala maħżen għall-frott tropikali impurtat, u l-“Ami-Halle” (sala użata mill-forzi armati Amerikani); fit-tramuntana tal-Grossmarkthalle, bejn is-sala tas-suq u s-Sonnemannstrasse, il-“Hallenhütten”, bini iżgħar, twaqqa' wkoll.

Riċiklaġġ

It-tifrik li rriżulta meta sar dan it-twaqqigħ, per eżempju, injam, briks, ħġieġ u materjali tas-soqfa, ġew separati bil-galbu, maħżuna u mbagħad jew ġew riċiklati jew imneħħija.