Format tal-kompetizzjoni
Dokumenti tal-kompetizzjoni
F'Novembru 2002 il-BĊE ħabbar il-kompetizzjoni tal-ippjanar urbanistiku u d-disinn arkitettoniku għall-bini l-ġdid tal-BĊE f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-kompetizzjoni tnediet bħala proġett ristrett maqsum f'żewġ fażijiet, u qabilha saret l-għażla preliminari ta' 80 applikant kwalifikat. Wara l-kompetizzjoni kellu jkun hemm fażi li fiha setgħet issir reviżjoni. Il-parteċipanti magħżula ngħataw id-dokumenti kif ukoll ir-regoli u l-linji gwida tal-kompetizzjoni. Il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni u r-regoli tal-kompetizzjoni kienu mniżżlin f'dokument bl-isem “Regoli tal-kompetizzjoni”. Id-dettalji dwar ir-rekwiżiti tad-disinn ingħataw fl-“Istruzzjonijiet tal-kompetizzjoni”, li ġew ippubblikati f'taqsimiet.
Materjal li jista’ jitniżżel
- Notifika tal-kompetizzjoni, Novembru 2002
- Regoli tal-kompetizzjoni, Novembru 2002
- Istruzzjonijiet tal-kompetizzjoni, Novembru 2002
Ġurija
L-evalwazzjoni tal-kunċetti tad-disinn li ntbagħtu fl-ewwel u t-tieni fażi tal-kompetizzjoni, kif ukoll l-għażla tar-rebbieħa, saru minn ġurija internazzjonali.
Membri tal-ġurija
Il-ġurija kienet magħmula mill-persuni msemmijin hawn taħt.
Ta' min jinnota li t-titli u l-pożizzjonijiet kollha tal-membri tal-ġurija jidhru kif kienu dakinhar tal-kompetizzjoni għad-disinn tal-bini l-ġdid tal-BĊE. Minn dak iż-żmien 'l hawn setgħu nbidlu.
Il-ġurija
| F'isem il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali | F'isem il-Belt ta' Frankfurt am Main | Arkitetti esterni |
|---|---|---|
| Lucas Papademos (Viċi President tal-BĊE), President | Edwin Schwarz (Kunsillier tal-Belt responsabbli għall-ippjanar urbanistiku) | Françoise Hélène Jourda (Franza), Viċi President |
| Liam Barron (Direttur Ġenerali, Central Bank of Ireland) | Oriol Bohigas (Spanja) | |
| Sirkka Hämäläinen (Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE) | Kees Christiaanse (Olanda) | |
| Yves Mersch (Gvernatur, Banque centrale du Luxembourg) | Massimiliano Fuksas (Italja) | |
| Hanspeter K. Scheller (Direttur Ġenerali, Amministrazzjoni tal-BĊE) | Michael Wilford (Renju Unit) | |
| Ernst Welteke (President, Deutsche Bundesbank) |
Minbarra l-membri tal-ġurija msemmijin hawn fuq, il-persuni li jidhru hawn taħt inħatru bħala deputati.
Deputati
| F'isem il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali | F'isem il-Belt ta Frankfurt am Main | Arkitetti esterni |
|---|---|---|
| Hans Georg Fabritius (Membru tal-Bord Eżekuttiv, Deutsche Bundesbank) | Dirk Zimmermann (Belt ta' Frankfurt, Kap tad-Dipartiment tal-Ippjanar Urbanistiku) | Craig Dykers (Norveġja) |
| Klaus Gressenbauer (Direttur Ippjanar u Kontroll, BĊE) | Martha Schwartz (Stati Uniti) | |
| Brian Halpin (Deputat Direttur Ġenerali, Central Bank of Ireland) | ||
| Thomas Rinderspacher (Kap, Diviżjoni tal-Kwartieri Ġenerali, BĊE) | ||
| Fernand Yasse (Kap, Organizzazzjoni u Ġestjoni tar-Riskji, Banque centrale du Luxembourg) |
