Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Ritratt ta' Yves Mersch, Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

Yves Mersch

Data tat-twelid: 1 ta’ Ottubru 1949

Post tat-twelid: il-Lussemburgu

Edukazzjoni

1975
Lawrja postgradwatorja fix-Xjenza Politika, Università Paris 1 Panthéon-Sorbonne
1974
Lawrja postgradwatorja fid-Dritt Pubbliku Internazzjonali, Master fix-Xjenza Politika, Università Paris 1 Panthéon-Sorbonne
1973
Master fid-Dritt (Liġi), Università Paris 1 Panthéon-Sorbonne

Karriera professjonali

Minn Diċembru 2012
Membru tal-Bord Eżekuttiv, Bank Ċentrali Ewropew
1998-2012
Gvernatur, Banque centrale du Luxembourg (BCL)
1989-98
Direttur tat-Teżor
Rappreżentant Personali tal-Ministru tal-Finanzi fin-negozjati tat-Trattat ta’ Maastricht
1985-89
Kummissarju tal-Gvern għall-Borża tal-Lussemburgu (awtorità tas-swieq tat-titoli)
1983-98
Membru tal-Kunsill, Istitut Monetarju tal-Lussemburgu (awtorità superviżorja bankarja)
1981
Konsulent, Relazzjonijiet internazzjonali finanzjarji u monetarji, Ministeru tal-Finanzi
1980-81
Konsulent Finanzjarju, Rappreżentanza Permanenti tal-Lussemburgu fin-Nazzjonijiet Uniti, New York
1978-79
Attaché, Ministeru tal-Finanzi
1976-78
Issekondat mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), Washington, D.C.
1975
Assistent, Ministeru tal-Finanzi
1974
Awtorizzat jipprattika fl-Avukatura tal-Lussemburgu

Karigi u mandati oħra

  • Ko President, Grupp Reġjonali Konsultattiv tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (2011-12)
  • President, Fondazzjoni BCL (Fondation de la Banque centrale du Luxembourg) li tippromwovi r-riċerka u l-edukazzjoni għolja fl-oqsma ta’ attività tal-BCL (2011-12)
  • Deputat President, Bord Governattiv tal-International Islamic Liquidity Management Corporation (IILM) (2010-12)
  • Membru, Bord tal-Luxembourg School of Finance Foundation (FLSF) (2006-12)
  • President, The Bridge Forum Dialogue a.s.b.l, assoċjazzjoni li ma taħdimx bi skop ta’ qligħ imwaqqfa fl-2000 bil-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fil-Lussemburgu (2000-12)
  • Gvernatur supplenti għal-Lussemburgu, Bord tal-Gvernaturi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) (1998-2012)

Karigi u mandati ewlenin preċedenti

  • Membru supplenti (1982-1985) u Membru sħiħ (1989-1998), Kumitat Monetarju tal-Komunitajiet Ewropej
  • Gvernatur supplenti, Bank Dinji
  • Gvernatur supplenti, Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD)
  • Membru tal-Bord tad-Diretturi, Bank Ewropew tal-Investiment (EIB)
  • President, Office du Ducroire (aġenzija Lussemburgiża tal-kreditu għall-esportazzjoni)
  • Viċi President, Société nationale de crédit et d’investissement (bank Lussemburgiż tal-kreditu u l-investiment)
  • Amministratur rappreżentant tal-Istat fil-bordijiet tal-korpi li ġejjin:
    • ARBED S.A. (kumpanija tal-azzar)
    • Société européenne de satellites (SES) (Kumpanija Ewropea tas-Satelliti)
    • Entreprise des Postes et Télécommunications (Kumpanija tal-Posta u t-Telekomunikazzjoni)
    • Société Nationale des Habitations à Bon Marché (Kumpanija Nazzjonali tal-Akkomodazzjoni)
    • Banque et Caisse d’Epargne de l’Etat (Bank Statali tat-Tfaddil)

Unuri

  • Fl-2019 Yves Mersch irċieva l-premju Lámfalussy mill-Bank Magyar Nemzeti (l-Ungerija).
  • Professur onorarju, Università tal-Lussemburgu (2014)
  • Duttur tad-Dritt (Liġi) onorarju, Università ta’ Miami (2013)