EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AB0018

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 4 ta’ Marzu 2011 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (kodifikazzjoni) (CON/2011/18)

OJ C 114, 12.4.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta’ Marzu 2011

dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (kodifikazzjoni)

(CON/2011/18)

2011/C 114/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fis-26 ta’ Jannar 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Kodifikazzjoni) (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(4) u l-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress illi r-regolament propost jirrigwarda d-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Ir-regolament propost huwa kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (2). L-ebda bidla fis-sustanza ma saret lir-regoli eżistenti dwar id-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro.

Waqt illi l-BĊE ġeneralment jilqa’ l-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni, huwa jinnota illi l-metodu ta’ kodifikazzjoni ma jippermettix li jsir tibdil sostanzjali lir-Regolament (KE) Nru 975/98. Madankollu l-BĊE huwa tal-fehma illi għandha ssir modifika lill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti f’Anness I tar-regolament propost, kif spjegat fl-Anness.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi jiġi emendat ir-regolament propost, qed tiġi stabbilita għal dan il-għan proposta għall-abbozzar fl-Anness flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Marzu 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  KUMM(2010) 691 finali.

(2)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 6.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda proposta mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 13 tar-Regolament propost

“(13)

Mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi preskritti għall-muniti tal-euro, il-valur tal-ħxuna biss huwa ta’ natura indikattiva, ġaladarba l-ħxuna attwali ta’ munita tiddependi minn dijametru u toqol preskritt,”

Spjegazzjoni

Waqt illi valuri indikattivi relatati mal-ħxuna tal-muniti setgħu kienu l-uniċi valuri li setgħu jiġu stabbiliti fl-1998 meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ġew adottati għall-ewwel darba, il-BĊE jirrakkomanda illi dawn il-valuri indikattivi jiġu issa sostitwiti mill-valuri tal-ħxuna reali tal-muniti tal-euro, li huma magħrufin sew u użati bħala valuri ta’ referenza miz-zekek biex jipproduċu l-muniti.

Emenda 2

Anness I għar-Regolament propost.

“Speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 1

Valur fuq il-wiċċ (euro)

(…)

Spessur f’mm (2)

(…)

2

(…)

1,95

(…)

1

(…)

2,125

(…)

0,50

(…)

1,88

(…)

0,20

(…)

1,63

(…)

0,10

(…)

1,51

(…)

0,05

(…)

1,36

(…)

0,02

(…)

1,36

(…)

0,01

(…)

1,36

(…)

“Speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 1

Valur fuq il-wiċċ (euro)

(…)

Spessur f’mm (3)

(…)

2

(…)

2,20

(…)

1

(…)

2,33

(…)

0,50

(…)

2,38

(…)

0,20

(…)

2,14

(…)

0,10

(…)

1,93

(…)

0,05

(…)

1,67

(…)

0,02

(…)

1,67

(…)

0,01

(…)

1,67

(…)

Spjegazzjoni

Anness I għar-Regolament propost jirriproduċi t-tabella li tinsab fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 975/98. F’din it-tabella, il-ħxuna tal-muniti hija indikata fit-tielet kolonna, b’nota ta’ qiegħ il-paġna li ssemmi li l-valuri dwar il-ħxuna huma ta’ natura indikattiva. Waqt illi dawn il-valuri indikattivi setgħu kienu l-uniċi valuri li setgħu jiġu stabbiliti fl-1998 meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ġew adottati għall-ewwel darba, il-BĊE jirrakkomanda illi dawn il-valuri indikattivi jiġu issa sostitwiti mill-valuri tal-ħxuna reali tal-muniti tal-euro, li huma magħrufin sew u użati bħala valuri ta’ referenza miz-zekek biex jipproduċu l-muniti.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  Il-valuri dwar l-ispessur huma indikattivi.”

(3)  


Top