EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0009
Decision (EU) 2016/821 of the European Central Bank of 26 April 2016 amending Decision ECB/2007/7 concerning the terms and conditions of TARGET2-ECB (ECB/2016/9)
Deċiżjoni (UE) 2016/821 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' April 2016 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' TARGET2-BĊE (BĊE/2016/9)
Deċiżjoni (UE) 2016/821 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' April 2016 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' TARGET2-BĊE (BĊE/2016/9)
OJ L 136, 25.5.2016, p. 12–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/03/2023; Impliċitament imħassar minn 32022D0911
25.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/12 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/821 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta' April 2016
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' TARGET2-BĊE (BĊE/2016/9)
Il-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida (UE) 2016/579 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/6) (1) emendat il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (2) bil-għan li tikkjarifika l-iskema li permezz tagħha l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jipprovdu servizzi ta' awtokollateralizzazzjoni u saldu fi flus tal-bank ċentrali. Dawn il-kjarifiki jsegwu mill-emendi li ddaħħlu bil-Linja Gwida (UE) 2015/930 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/15) (3), li emendat il-Linja Gwida BĊE/2012/27 sabiex tintroduċi Kontijiet Apposta ta' Flus Kontanti u servizzi ta' awtokollateralizzazzjoni fir-rigward tat-tħaddim ta' TARGET2-Securities (T2S). |
(2) |
Il-Linja Gwida (UE) 2016/579 (BĊE/2016/6) introduċiet ukoll emendi għal-Linja Gwida BĊE/2012/27 fuq għadd ta' kwistjonijiet ta' politika, inkluż it-trattament ta' parteċipanti f'TARGET2 soġġetti għal proċeduri ta' riżoluzzjoni, mill-perspettiva tal-parteċipazzjoni tagħhom f'TARGET2. |
(3) |
Sabiex tirrifletti l-emendi preċedenti għal-Linja Gwida BĊE/2012/27, id-Deċiżjoni BĊE/2007/7 (4), li tikkonċerna t-termini u l-kundizzjonijiet ta' TARGET2-ECB, għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 huma emendati skont l-Anness ta' din il-Linja Gwida.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Mejju 2016.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 26 ta' April 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja gwida (UE) 2016/579 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Marzu 2016 li temenda l-Linja gwida BĊE/2012/27 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2016/6) (ĠU L 99, 15.4.2016, p. 21).
(2) Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).
(3) Linja gwida (UE) 2015/930 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' April 2015 li temenda l-Linja gwida BĊE/2012/27 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2015/15) (ĠU L 155, 19.6.2015, p. 38).
(4) Id-Deċiżjoni BĊE 2007/7 tal-24 ta' Lulju 2007 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' TARGET2-BĊE (ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71).
ANNESS
1. |
L-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 huwa emendat kif gej:
|
2. |
L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 huwa emendat skont kif ġej:
|