EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AB0009
Opinion of the European Central Bank of 5 February 2014 on a proposal for a directive of the European Parliament and of the Council on payment services in the internal market and amending Directives 2002/65/EC, 2013/36/EU and 2009/110/EC and repealing Directive 2007/64/EC (CON/2014/9)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (CON/2014/9)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (CON/2014/9)
OJ C 224, 15.7.2014, p. 1–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta’ Frar 2014
dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE
(CON/2014/9)
2014/C 224/01
Introduzzjoni u bażi legali
Fil-31 ta’ Ottubru 2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill għal opinjoni dwar proposta għal direttiva fuq servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (1) (iktar ’il quddiem imsejħa d-“direttiva proposta”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) u l-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Id-direttiva proposta, li tinkorpora u tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (2) (“Direttiva ta’ Servizzi ta’ Ħlas” jew “PSD”), għandha l-għan li tiżviluppa iktar suq mifrux mal-Unjoni kollha għal ħlasijiet elettroniċi biex b’hekk il-konsumaturi u l-partiċipanti fis-suq ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern, waqt li jitqies ukoll is-suq tal-ħlas bl-imnut li qed jiżviluppa b’mod mgħaġġel (l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ ħlas ġodda permezz ta’ smartphones, kummerċ elettroniku, eċċ.). Dawn il-proposti jsegwu reviżjoni estensiva mill-Kummissjoni tal-ambjent attwali tas-servizzi ta’ ħlas. F’Jannar 2012, il-Kummissjoni ppubblikat u għamlet konsultazzjoni pubblika dwar il-Green Paper lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-Internet u bil-mowbajl (3), li għaliha rreaġixxa wkoll il-BĊE (4). Kemm ir-risposti għall-konsultazzjoni fuq il-Green Paper u l-istudji tal-Kummissjoni stess u r-reviżjoni tal-PSD juru li innovazzjonijiet riċenti fis-suq u fit-teknoloġija għal servizzi ta’ ħlas bl-imnut joffru sfidi ġodda għar-regolaturi, li dawn il-proposti jindirizzaw. |
2. |
Id-direttiva proposta tintroduċi bosta emendi fis-sistema PSD attwali, inkluża l-estensjoni tal-kopertura fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u l-munita ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas. Hija tiddefinixxi mill-ġdid u temenda numru ta’ eżenzjonijiet attwali mill-PSD, biex tagħmilhom iktar stretti u iżjed diffiċli li jiġu sfruttati, u tħassar oħrajn li m’għadhomx meħtieġa. Pereżempju, temenda l-eżenzjoni ta’ “aġenti kummerċjali” sabiex tapplika biss għal aġenti kummerċjali li jaġixxu f’isem min iħallas jew min jitħallas. Tiddefinixxi mill-ġdid ukoll il-kontenut diġitali attwali jew l-eżenzjoni “telecom” b’iffukar iktar ristrett u tneħħi l-eżenzjoni mill-PSD ta’ servizzi ATM offruti minn fornituri indipendenti ta’ ATM. B’mod l-aktar sinifikanti, testendi s-sistema PSD biex tkopri servizzi ġodda u l-fornituri tagħhom, jiġifieri “fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ parti terza” (“TPP”) li l-attività tan-negozju tagħhom qed tipprovdi servizzi bbażati fuq aċċess għal kontijiet ta’ ħlas, bħal bidu ta’ ħlas jew informazzjoni dwar il-kont, imma li normalment ma jżommux fondi tal-klijenti (5). Tipprojbixxi wkoll il-prattika tal-kummerċjanti li jimponu soprataxxi għal kards tat-tariffi għall-interkambju, fid-dawl tal-limitazzjoni tat-tariffi għall-interkambju skont ir-regolament propost dwar tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ibbażati fuq kards (6). Fl-aħħar nett, temenda wkoll diversi komponenti importanti tas-sistema attwali bħal pereżempju r-rekwiżiti ta’ salvagwardja, kundizzjonijiet ta’ rinunzja, u r-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizz ta’ ħlas (PSP) u ta’ min iħallas għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati sabiex tarmonizza iktar dawn id-dispożizzjonijiet, tiżviluppa sitwazzjoni ta’ trattament ugwali u ttejjeb iċ-ċertezza legal (7). Id-direttiva proposta hija ġeneralment maħsuba biex tagħti lill-konsumaturi protezzjoni addizzjonali kontra l-frodi, abbużi possibbli u inċidenti oħra relatati mas-sigurtà ta’ servizzi ta’ ħlas. Din tinkludi diversi dispożizzjonijiet li jeħtieġu lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti tas-superviżjoni bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 193/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
3. |
Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ l-għanijiet u l-kontenut tad-direttiva proposta. B’mod partikolari, jappoġġa l-proposta għall-estensjoni tal-lista attwali ta’ servizzi ta’ ħlas biex tinkludi servizzi ta’ bidu ta’ ħlas u servizzi ta’ informazzjoni dwar kontijiet bħala mezz għall-appoġġ tal-innovazzjoni u l-kompetizzjoni fi ħlasijiet bl-imnut. Superviżuri u sorveljanti ddiskutew b’mod estensiv il-kwistjoni ta’ aċċess ta’ terzi għall-kontijiet ta’ ħlas fil-kuntest tal-Forum Ewropew fuq is-Sigurtà ta’ Ħlasijiet bl-Imnut (iktar ’il quddiem “Forum SecuRe Pay”). L-elementi bażiċi ta’ dawn id-diskussjonijiet huma riflessi fil-proposti għall-abbozzar tal-BĊE. |
4. |
Il-BĊE jilqa’ wkoll il-fatt li: (a) ġew proposti l-armonizzazzjoni u t-titjib ta’ rekwiżiti operattivi u ta’ sigurtà għall-fornituri ta’ servizz ta’ ħlas; (b) il-poteri ta’ infurzar tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jissaħħu; u (c) jiġu ppreċiżati aħjar ċerti dispożizzjonijiet tal-PSD li fl-applikazzjoni tagħhom sa issal-Istati Membri kellhom diskrezzjoni konsiderevoli. Dan l-element ta’ diskrezzjoni wassal għal differenzi konsiderevoli fl-applikazzjoni tar-regoli ġewwa l-Unjoni u l-frammentazzjoni konsegwenti tas-suq tal-ħlasijiet bl-imnut (9). Il-BĊE semma l-fehmiet tiegħu diġà b’risposta għall-Green Paper (10) kif ukoll f’fora oħrajn bħas-SecuRe Pay Forum. Il-BĊE jirrikonoxxi li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet magħmula f’dik ir-risposta kif ukoll mis-SecuRe Pay Forum ġew koperti fid-direttiva proposta. Minkejja dan, il-BĊE għandu numru ta’ kummenti speċifiċi. |
Osservazzjonijiet speċifiċi
1. Termini definiti
It-termini definiti tad-direttiva proposta (11) fil-biċċa l-kbira ma nbidlux minn dawk tal-PSD, imma jistgħu jittejbu iktar. B’mod partikolari, id-definizzjonijiet ’ħruġ ta’ strumenti ta’ ħlas’ u ’kisba ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas’ għandhom jiżdiedu mad-direttiva proposta (12). Dan għandu jagħti aktar ċarezza lill-Anness I tad-direttiva proposta. Id-definizzjonijiet “servizz tal-bidu ta’ ħlas” (13) u “servizz ta’ informazzjoni dwar kont” (14) jistgħu jittejbu iktar b’emenda oħra u definizzjonijiet ta’ “trasferiment ta’ kreditu”, “ħlasijiet transkonfinali” u “ħlasijiet nazzjonali” għandhom jiżdiedu għall-finijiet ta’ kompletezza.
2. Dispożizzjonijiet oħrajn
2.1. |
Fir-rigward tal-ambitu ta’ applikazzjoni (15), id-direttiva proposta tipprovdi li, meta wieħed biss mill-fornituri tas-servizz ta’ ħlas għal tranżazzjoni ta’ ħlas ikun jinsab ġewwa l-Unjoni, id-dispożizzjonijiet dwar id-data tal-valur tal-kreditu (16) u fuq it-trasparenza tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-informazzjoni għas-servizzi ta’ ħlas għandhom japplikaw għal dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni li jsiru fl-Unjoni (17). Sa fejn ikun possibbli, it-Titolu IV, li jkopri d-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-għoti u l-użu ta’ servizzi ta’ ħlas, għandu japplika wkoll f’dawk il-każijiet u għandu japplika wkoll fir-rigward tal-muniti kollha. |
2.2. |
Id-direttiva proposta ma żżommx il-possibbiltà li hemm fil-PSD attwali li tawtorizza lill-Istati Membri jew lill-awtoritajiet kompetenti li jestendu rekwiżiti ta’ salvagwardja applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ ħlas impenjati f’attivitajiet ta’ negozju li ma jkunux ħlasijiet lil istituzzjonijiet ta’ ħlas involuti biss fil-provvista ta’ servizzi ta’ ħlasijiet (18). Il-BĊE jipproponi li istituzzjonijiet ta’ ħlas għandu jkollhom obbligu li jipprovdu protezzjoni adegwata fil-forma ta’ rekwiżiti ta’ salvagwardja għall-fondi ta’ utent ta’ servizz ta’ ħlas, irrispettivament minn jekk humiex impenjati f’attivitajiet ta’ negozju li ma jkunux servizzi ta’ ħlas jew le. |
2.3. |
Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-BĊE jixtieq jara awtorità waħda, li tkun responsabbli biex tiżgura l-konformità mad-direttiva, imma jaf, madankollu, li fil-prattika dan jista’ jkun diffiċli minħabba arranġamenti nazzjonali diverġenti. |
2.4. |
Barra minn hekk, il-BĊE jissuġġerixxi li l-Europol jiżdied bħala awtorità addizzjonali li miegħu l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni ta’ servizzi ta’ ħlas jistgħu jiskambjaw informazzjoni (19), fid-dawl tal-kompetenza teknika ta’ Europol fil-qasam ta’ reati internazzjonali u t-terroriżmu, inkluż il-ġlieda kontra l-iffalsifikar tal-euro u l-użu ħażin ta’ strumenti u servizzi ta’ ħlas għall-finijiet ta’ reati finanzjarji. |
2.5. |
Billi fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont għandhom, għal servizzi taħt il-punt 7 fl-Anness I tad-direttiva proposta, jiġu awtorizzati jippermettu aċċess għal kontijiet ta’ ħlas, u wara li jittieħed inkunsiderazzjoni li s-servizzi TPP normalment jiġu pprovduti fuq l-Internet u għalhekk mhumiex limitati għal Stat Membru wieħed biss, il-BĊE jissuġġerixxi, għal raġunijiet ta’ sigurtà, li TPPs m’għandhomx ikunu l-kawża ta’ rinunzja taħt l-Artikolu 27. |
2.6. |
Sistemi ta’ ħlasijiet indikati skont id-Direttiva 2009/44/KE (20)(iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-Finalità tas-Settlement”) huma esklużi mir-regola fl-Artikolu 29(1) tad-direttiva proposta, li jgħid li l-aċċess għal sistemi ta’ ħlas għandu jkun oġġettivi u mhux diskriminatorju. Madankollu, l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 29(2) tad-direttiva proposta jgħid li, jekk sistema indikata ta’ ħlas tippermetti parteċipazzjoni indiretta, tali parteċipazzjoni għandha tiġi pprovduta lil fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas awtorizzati jew reġistrati oħrajn skont l-Artikolu 29(1). Id-definizzjoni ta’ “parteċipant indirett” fl-Artikolu 2(g) tad-Direttiva tal-Finalità tas-Settlement bħalissa ma tkoprix istituzzjonijiet ta’ ħlas u, biex tiġi żgurata l-konsistenza u ċ-ċertezza legali, il-BĊE jissuġġerixxi li tiġi emendata d-definizzjoni ta’ “parteċipant indirett” fid-Direttiva tal-Finalità tas-Settlement biex tkopri wkoll fornituri ta’ servizz ta’ ħlas. |
2.7. |
Sabiex wieħed jgħaqqad rekwiżiti ta’ sigurtà u protezzjoni tal-konsumatur mal-idea ta’ aċċess miftuħ għal servizzi ta’ kont ta’ ħlas, il-BĊE jissuġġerixxi li l-klijenti jkunu awtentikati b’mod xieraq billi jkun hemm sistema ta’ awtentikazzjoni tal-klijent b’saħħitha. TPPs jistgħu jiżguraw dan jew billi min iħallas jiġi ridirett b’mod sigur lejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont tagħhom jew jingħatawlhom karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati tagħhom stess. Iż-żewġ għażliet għandhom jiffurmaw parti minn interfaċċa Ewropea standardizzata għall-aċċess ta’ kont għal ħlas. Din l-interfaċċa għandha tkun ibbażata fuq standard Ewropew miftuħ u tippermetti kwalunkwe TPP li jkollu aċċess għal kontijiet ta’ ħlas fi kwalunkwe PSP ġewwa l-Unjoni. L-istandard jista’ jiġi definit mill-ABE f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u jinkludi speċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali, kif ukoll proċeduri relatati. Barra minn hekk, fornturi ta’ servizzi ta’ ħlas terzi għandhom: (a) jipproteġu l-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati tal-utenti tas-servizz ta’ ħlas li joħorġu huma stess; (b) jawtentikaw lilhom infushom b’mod inekwivoku fil-konfront tal-fornitur(i) tas-servizz ta’ ħlas li jservu l-kont; (c) m’għandhomx jaħżnu dejta miksuba meta jkollhom aċċess għall-kontijiet ta’ ħlas, ħlief għal informazzjoni li tidentifika ħlasijiet li jibdew, bħan-numru ta’ referenza, l-IBAN ta’ min iħallas u min jitħallas kif ukoll l-ammont tat-tranżazzjoni; u (d) ma jużawx dejta għal kwalunkwe skop għajr għal finijiet li huma espliċitament permessi mill-utent tas-servizz ta’ ħlas (21). Il-kuntratti bejn fornituri ta’ servizz ta’ ħlas li jservu l-kontijiet u TPPs huma possibbiltà waħda biex jiġi kkjarifikat numru minn dawn l-aspetti. Minn perspettiva ta’ effiċjenza, u sabiex ma jinħoloqx ostakolu żejjed għall-kompetizzjoni, l-aspetti ewlenin (inkluża sistema ta’ responsabbiltà) għandhom jiġu kkjarifikati fid-direttiva proposta. Jistgħu jiġu ddefiniti regoli ulterjuri tan-negozju, inklużi arranġamenti tekniċi u operattivi, bħal pereżempju l-awtentikazzjoni, il-protezzjoni ta’ dejta sensittiva, l-indentifikazzjoni u t-traċabbiltà ta’ ordnijiet ta’ ħlas, permezz tal-ħolqien ta’ skema ta’ ħlas li magħha jaderixxu l-atturi rilevanti kollha u li tevita l-bżonn li jinkiseb ftehim fuq kuntratti individwali. |
2.8. |
Rigward id-dispożizzjonijiet fuq kuntratti qafas u l-protezzjoni tal-konsumatur, il-BĊE huwa tal-fehma li l-konsumaturi, bħala detenturi ta’ kontijiet ta’ ħlas fir-rigward ta’ servizzi ta’ bidu ta’ ħlas, għandu jkollhom livell ta’ protezzjoni paragunabbli ma’ dak provdut lid-debituri skont ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) (iktar ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament SEPA”), jiġifieri l-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jagħti struzzjonijiet lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont biex jistabbilixxi listi pożittivi jew negattivi ta’ TPPs (23). |
2.9. |
Fil-kuntest ta’ debiti diretti, id-direttiva proposta tindika li min iħallas għandu jkollu dritt inkundizzjonat għal rifużjoni, ħlief meta min jirċievi l-ħlas ikun diġà wettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu u s-servizzi jkunu ġew irċevuti diġà jew l-oġġetti jkunu ġew kkunsmati minn min iħallas (24). Minflok ma tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur, jidher li x’aktarx id-direttiva proposta ma tippermettix iktar drittijet ta’ rifużjoni illimitati taħt l-iskema attwali SEPA ta’ debitu dirett. Biex ikun hemm konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet fuq id-dritt ta’ rifużjoni, il-fornituri tas-servizz ta’ ħlas probabbilment ikollhom jiġbru informazzjoni dwar ix-xiri tal-klijenti tagħhom. Din hija kwistjoni li tista’ tqanqal tħassib dwar il-privatezza, waqt li żżid ukoll il-piż amministrattiv fuq il-fornituri tas-servizz ta’ ħlas. Il-BĊE minflok jissuġġerixxi l-introduzzjoni, bħala regola ġenerali, ta’ dritt ta’ rifużjoni inkundizzjonata għal perijodu ta’ tmien ġimgħat għad-debiti diretti kollha tal-konsumaturi. Għal ċerti tip ta’ oġġetti u servizzi, id-debituri u l-kredituri għandhom jiftiehmu separatament li ma huma ser japplikaw l-ebda dritt ta’ rifużjoni. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ dawn l-oġġetti u servizzi b’atti delegati. |
2.10. |
Il-kumpens finanzjarju li għandu jitħallas mit-TPPs lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont dwar tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzat bis-saħħa tal-Artikoli 65 u 82 tad-direttiva proposta ma jikkorrispondix mal-kumpens għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni, eżekuzzjoni difettuża jew eżekuzzjoni tardiva. Għalhekk il-BĊE jissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu allinjati ma’ xulxin biex jiġu żgurati regoli simili għall-kumpens (25). |
2.11. |
Il-PSD eżistenti kkontribwixxiet b’mod estensiv biex tiżdied l-effiċjenza ta’ ħlasijiet bl-imnut bl-introduzzjoni tal-ħin ta’ eżekuzzjoni ’D+1’ għat-trasferimenti ta’ kreditu (26). Il-BĊE osserva li l-iżviluppi fil-prattiki tan-negozju u t-teknoloġija jippermettu eżekuzzjoni iktar mgħaġġla ta’ ħlas u tilqa’ l-fatt li dawn is-servizzi huma diġà disponibbli f’diversi Stati Membri għall-benefiċċju kemm tal-konsumaturi kif ukoll tal-impriżi. Il-BĊE jistenna li s-swieq ser ikomplu jtejbu l-ħinijiet ta’ eżekuzzjoni mal-Ewropa kollha u għandu pjaċir jappoġġa dan il-proċess fir-rwol tiegħu ta’ katalist. |
2.12. |
Il-valutazzjoni ta’ arranġamenti ta’ sigurtà u notifiki ta’ inċidenti (27) għall-fornituri ta’ servizz ta’ ħlas hija kompetenza bażika tas-superviżuri prudenzjali u l-banek ċentrali. L-iżvilupp ta’ rekwiżiti superviżorji f’dawn l-oqsma għandu b’hekk jibqa’ taħt il-kontroll ta’ dawn l-awtoritajiet. Madankollu, taħt il-PSD, hemm bżonn li l-informazzjoni tinqasam mal-awtoritajiet kompetenti, il-BĊE u, fejn ikun rilevanti, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni (ENISA) u awtoritajiet kompetenti skont id-direttiva NIS fil-qasam ta’ riskji operattivi, inklużi riskji ta’ sigurtà. L-ABE għandha tkun risponsabbli għall-koordinazzjoni ta’ dan it-taqsim ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fejn il-BĊE jinnotifika lill-membri tas-SEBĊ fir-rigward ta’ kwistjonijiet rilevanti għas-sistemi ta’ ħlas u strumenti ta’ ħlas. |
2.13. |
L-ABE għandha tiżviluppa wkoll linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti dwar proċeduri (28) ta’ lmenti li jgħinu fl-proċeduri ta’ armonizzazzjoni. |
2.14. |
Ċerti dispożizzjonijiet (29) jikkonċernaw biss id-diskrezzjoni tal-Istati Membri dwar tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali. Dawn ir-regoli ma jidhrux li jikkonformaw mal-għan li jiġi stabbilit suq wieħed għal servizzi ta’ ħlas u preferibbilment għandhom jitneħħew. |
2.15. |
Fl-aħħar nett, hemm dispożizzjonijiet separati dwar l-aċċess u l-użu ta’ informazzjoni dwar kont ta’ ħlas minn TPPs u minn emittenti ta’ strumenti ta’ ħlas ta’ terzi, jiġifieri meta kard ta’ ħlas tinħareġ minn TPP (30). Dawn is-servizzi m’humiex essenzjalment differenti, għalhekk il-BĊE jissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet jingħaqdu billi s-sistema preċedenti tal-aċċess u l-użu ta’ informazzjoni ta’ kont ta’ ħlas mit-TPP tista’ tapplika wkoll, mutatis mutandis, għal emittenti ta’ strumenti ta’ ħlas ta’ terzi. |
Fejn il-BCE jirrakkomanda illi tiġi emendata d-direttiva proposta, għal dan il-għan qed jiġu stipulati fl-Anness proposti speċifiċi tal-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Frar 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM(2013)547/3.
(2) Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tirrevoka d-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
(3) COM(2011) 941 final.
(4) Ara r-risposta tal-Eurosistema għall-Green Paper “Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-Internet u bil-mowbajl” ta’ Marzu 2012, disponibbli fis-sit tal-Internet tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu
(5) Ara l-Punt (7) tal-Anness I tad-direttiva proposta.
(6) Proposta għal Regolament dwar tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ibbażati fuq kards (COM(2013) 550/3); 2013/0265.
(7) Dispożizzjonijiet ulterjuri jiċċaraw ir-regoli dwar l-aċċess ta’ sistemi ta’ ħlas u d-dritt ta’ rifużjoni, kif ukoll jindirizzaw l-aspetti tas-sigurtà u aspetti ta’ awtentikazzjoni skont il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (COM(2013) 48 final) (iktar ’il quddiem id-’Direttiva Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (NIS)’). Għad-Direttiva NIS proposta ara iktar il-paragrafu 2.10 iktar ’l isfel.
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(9) Ara, pereżempju, l-Artikolu 66 tad-direttiva proposta dwar ir-regoli fuq il-PSP u r-responsabbiltà ta’ min iħallas fil-każ ta’ trażazzjonijiet bil-kard mhux awtorizzati.
(10) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4.
(11) Ara l-Artikolu 4 tar-regolament propost.
(12) Ara l-emenda ta’ abbozzar 12 fl-Anness.
(13) Ara l-Artikolu 4(32) tad-direttiva proposta.
(14) Ara l-Artikolu 4(33) tad-direttiva proposta.
(15) Ara l-Artikolu 2 tar-regolament propost.
(16) Ara l-Artikolu 78 tar-regolament propost.
(17) Ara t-Titolu III tar-regolament propost.
(18) Ara l-Artikolu 9 tal-PSD.
(19) Ara l-Artikolu 25 tad-direttiva proposta.
(20) Id-Direttiva 2009/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37).
(21) Ara l-Artikolu 58 tar-regolament propost.
(22) Ara l-Premessa 13, u l-Artikolu 5(3)(d)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22) (iktar ’il quddiem msejjaħ ir-“Regolament taż-Żona Ewropea Unika għal Ħlasijiet (SEPA)”).
(23) Ara l-Artikolu 45 u 59 tad-direttiva proposta.
(24) Ara l-Premessa 57 u l-Artikolu 67(1) tar-regolament propost.
(25) Ara l-Artikoli 65, 80 u 82 tad-direttiva proposta.
(26) L-Artikolu 69(1) tal-PSD eżistenti jipprovdi għal trasferimenti ta’ kreditu li għandhom jiġu kkreditati lill-kont tal-fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ min jitħallas sa mhux aktar tard mill-għeluq tan-negozju fil-jum wara li tiġi rċevuta l-ordni ta’ ħlas
(27) Ara l-Artikoli 85 u 86 tad-direttiva proposta.
(28) Ara l-Artikolu 88(1) tad-direttiva proposta.
(29) Ara l-Artikolu 35(2) u 56(2) tad-direttiva proposta.
(30) Ara l-Artikoli 58 u 59 rispettivament.
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 1 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Premessa 6 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ara l-Emenda 31. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Premessa 7 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ara l-Emenda 31. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Premessa 18 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Huwa ssuġġerit li jiġu deskritti t-tipi kollha ta’ TPPs taħt l-istess premessa, għalhekk il-premessi 18 u 26 ngħaqdu u ssir referenza wkoll għal TPPs li joħorġu strumenti ta’ ħlas, eż. kards ta’ debitu jew ta’ kreditu. Wara l-inklużjoni ta’ din tal-aħħar, qed jiġi ssuġġerit li jitħassar l-eżempju fuq l-alternattiva għal dawn il-kards. Barra minn hekk, il-possibbiltà qed tiġi espressa li s-serivizzi ta’ informazzjoni dwar kont jistgħu jiġu pprovduti, fl-istess ħin, bħala servizzi ta’ bidu ta’ ħlas. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Premessa 26 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Din il-premessa ġiet magħquda mal-premessa 18 (Ara l-Emenda 3). |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Premessa 51 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Kjarifika editorjali dwar il-partijiet ikkonċernati. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Premessa 52 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ara l-Emendi 19 u 24. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Premessa 57 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Meta d-drittijiet għal rifużjoni jkunu jiddependu fuq ix-xiri sottostanti, dan iqajjem tħassib dwar il-privatezza, kif ukoll tħassib dwar l-effiċjenza u l-ispejjeż. L-adozzjoni ta’ din il-proposta probabbilment tkun tfisser li d-drittijiet għal rifużjoni mingħajr limitu taħt l-iskema attwali ta’ debitu dirett tas-SEPA ma jkunux permessi iktar, biex b’hekk il-konsumaturi jkollhom kundizzjonijiet inqas favorevoli. Il-BĊE minflok jixtieq jissuġġerixxi l-introduzzjoni, bħala regola ġenerali, ta’ dritt ta’ rifużjoni mingħajr kundizzjoni għal perijodu ta’ tmien ġimgħat għad-debiti diretti kollha tal-konsumaturi. Għal oġġetti jew servizzi elenkati għal konsum immedjat, id-debituri u kredituri jistgħu separatament u espliċitament jiftiehmu li m’għandhomx japplikaw drittijiet ta’ rifużjoni. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi lista bħal din permezz ta’ att iddelegat. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Premessa 80 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Aspetti ta’ sigurtà fir-rigward ta’ servizzi ta’ ħlas jaqgħu wkoll fil-kompetenza tal-banek ċentrali. Il-BĊE stabbilixxa, fuq bażi volontarja, kooperazzjoni mill-qrib mas-superviżuri tal-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas fis-SecuRe Pay Forum. Din l-operazzjoni ta’ suċċess għandha tiġi fformalizzata. Il-proposta attwali ma tinkludi l-ebda standards tekniċi regolatorji; għaldaqstant ir-referenza tneħħiet. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Amendment 9 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 2 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
“Din id-Direttiva tapplika għas-servizzi tal-ħlas ipprovduti fl-Unjoni, meta kemm il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta’ min iħallas u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta’ min jitħallas, jew il-fornitur uniku tas-servizzi tal-ħlas fit-tranżazzjoni ta’ ħlas, jinsabu fiha. L-Artikolu 78 u t-Titolu III japplikaw ukoll għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas meta l-uniku wieħed mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas ikun jinsab fl-Unjoni, fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni tal-ħlasijiet li jitwettqu fl-Unjoni. It-Titolu III japplika għal servizzi ta’ ħlas f’kull valuta. It-Titolu IV japplika għas-servizzi tal-ħlas li jsiru bil-euro jew b’valuta ta’ Stat Membru li qiegħed barra miż-żona tal-euro.” |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Sabiex tiġi żgurata protezzjoni komprensiva għall-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas, id-dispożizzjonijiet fuq it-trasparenza u l-valur ta’ kreditu, kif ukoll id-dispożizzjonijiet fuq drittijiet u obbligi dwar l-għoti u l-użu ta’ servizzi ta’ ħlas għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet fejn wieħed biss mill-fornituri tas-servizzi ta’ ħlas jinsab ġewwa l-Unjoni Ewropea, fir-rigward ta’ dawk il-partijiet tat-tranżazzjoni li jitwettqu fl-Unjoni. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Amendment 10 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 4(32) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Id-definizzjoni għandha tibqa’ kemm jista’ jkun sempliċi u flessibbli sabiex ikunu koperti wkoll soluzzjonijiet futuri. Id-definizzjoni għandha tkun ħielsa minn rekwiżiti jew referenzi għal teknoloġiji speċifiċi. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Amendment 11 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 4(33) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Id-definizzjoni għandha tibqa’ kemm jista’ jkun sempliċi u flessibbli sabiex ikun koperti wkoll soluzzjonijiet futuri. Id-definizzjoni għandha tkun ħielsa minn rekwiżiti jew referenzi għal teknoloġiji speċifiċi. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 4(39)–(43) (ġdid) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-ebda test |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Id-definizzjonijiet ta’ “ħruġ ta’ strumenti ta’ ħlas” u “kisba ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas” għandhom jiżdiedu biex jiġi żgurat li l-fornituri kollha involuti fis-servizzi ta’ ħlas jaqgħu taħt id-direttiva proposta kif imsemmi fl-Anness I. Dawn id-definizzjonijiet għandhom jiġu allinjati mal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq drittijiet ta’ interkambju għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq kards (COM(2013) 550/3); 2013/0265. Id-definizzjoni ta’ “trasferiment ta’ kreditu” għandha tiġi inkluża billi dan huwa wieħed mill-istrumenti ta’ ħlas bażiċi tar-regolament propost imsemmi hawn fuq. Id-definizzjoni mdaħħla hija allinjata mar-Regolament SEPA. Tiżdied iċ-ċarezza meta jiddaħħlu definizzjonijiet għal “ħlas transkonfinali” u “ħlas nazzjonali”. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 9(1), il-paragrafu introduttorju |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni B’mod konformi mal-għan għall-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ salvagwardja, it-test alternattiv qed jiġi ssuġġerit sabiex jiġi żgurat li l-fondi tal-utent tas-servizz ta’ ħlas għall-istituzzjonijiet kollha ta’ ħlas ikunu protetti b’mod adegwat, irrispettivament jekk ikunux qed iwettqu attivitajiet ta’ negozju oħrajn. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 12(1) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(…)
|
(…)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Huwa essenzjali li tiġi pprovduta informazzjoni statistika preċiża għall-monitoraġġ tar-riskju relatat ma’ istituzzjonijiet ta’ ħlas. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 25(2) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni L-Europol għandu jiżdied bħala awtorità addizzjonali li magħha l-awtoritajiet għandhom ikunu jistgħu jaqsmu l-informazzjoni, fid-dawl tal-kompetenza u ħila teknika tiegħu fl-investigazzjoni u l-koordinazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, tal-ġlieda kontra, fost l-oħrajn, l-iffalsifikar tal-euro u reati finanzjarji serji li jinvolvu mezzi ta’ ħlas. Ara l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI (3). |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 27(5)(a) (ġdid) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-ebda test |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Billi fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont għandhom jipprovdu aċċess għal TPPs, li dawn ikunu jistgħu jiksbu rinunzja minn rekwiżiti superviżorji, jista’ jwassal għal riskji mhux antiċipati. Barra minn dan, is-servizzi li TPPs joffru normalment jiġu pprovduti fuq l-Internet u għalhekk mhumiex limitati għal Stat Membru wieħed. Għaldaqstant, it-TPPs m’għandhomx ikunu jistgħu jiksbu rinunzja. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 35(2) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali, jiġifieri dawk li ma humiex transkonfinali, ma jidhirx li huwa neċessarju li l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jitħallew jaġġustaw b’mod sinifikanti l-ammonti ta’ ħlas massimi fl-Artikolu 35(1) minħabba d-deroga għal strumenti ta’ ħlas ta’ valur baxx. Barra minn hekk, jekk jitħalla jsir dan l-aġġustament ikun hemm sistemi nazzjonali diverġenti ħafna fuq id-deroga u dan jikkonfliġġi mal-għan ta’ suq Ewropew ta’ ħlasijiet bl-imnut integrat u armonizzat. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 39 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Din iż-żieda tipprovdi kjarifika li fir-rigward ta’ imposti, fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas terżi ser ikunu jistgħu jispeċifikaw l-imposti tagħhom stess; mhux imposti miġburin mill- fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 40 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
“Meta ordni ta’ ħlas tkun mibdija mis-sistema tal-fornitur terz innifsu tas-servizzi tal-ħlas, f’każ ta’ frodi jew ta’ tilwima huwa jagħmel disponibbli lil min iħallas u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jisservisja l-kont, ir-referenza tat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni tal-awtorizzazzjoni.” |
“Meta ordni ta’ ħlas tkun mibdija mis-sistema tal-fornitur terz innifsu tas-servizzi tal-ħlas, f’każ ta’ frodi jew ta’ tilwima huwa jagħmel disponibbli lil min iħallas u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jisservisja l-kont, ir-referenza tat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni tal-awtorizzazzjoni prova li l-utent ġie awtentikat skont l-Artikolu 58(2).” |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Billi karatterisitiċi ta’ sigurtà personalizzati ma għandhomx jibqgħu jinqasmu, it-TPP fil-każ ta’ kwistjoni jew frodi irid jipprova li (a) il-PSP kkonferma lit-TPP li t-tranżazzjoni ġiet awtortizzata jew (b) li l-klijent kien mingħajr ebda dubju awtentikat skont il-karatterisitiċi ta’ sigurtà personalizzati maħruġin mit-TPP. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Amendment 20 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 41 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
“Immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta’ ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta’ min iħallas jipprovdi jew jagħmel disponibbli lil min iħallas, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 37(1) l-informazzjoni li ġejja: […].” |
“Immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta’ ħlas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont għandu, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta’ min iħallas jipprovdi jew jagħmel disponibbli lil min iħallas, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 37(1) l-informazzjoni li ġejja: […].” |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Din il-bidla tipprovdi kjarifika li dan l-artikolu jirreferi biss għall-fornituri tas-servizz ta’ ħlas li jservu l-kont, billi l-obbligi ta’ TPPs diġà huma spjegati fl-Artikolu 39. Dan japplika għal sitwazzjonijiet fejn huma involuti TPPs kif ukoll għal servizzi ta’ ħlas tradizzjonali. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 45(5)(g), (ġdid) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-ebda test |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni L-utenti ta’ servizz ta’ ħlas ser ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom taħt l-Artikolu 59a (ġdid) propost biex jiġu bblokkati servizzi ta’ bidu ta’ ħlas jew biex jiġu stabbiliti listi pożittivi jew negattivi għal TPPs speċifiċi jekk jiġu infurmati f’dan is-sens. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 54(1) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ara l-ispjegazzjoni għall-Emenda 26. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 56(2) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas nazzjonali, jiġifieri dawk li ma humiex transkonfinali, ma jidhirx li huwa neċessarju li Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiġu permessi li jaġġustaw b’mod sinifikanti l-ammonti ta’ ħlas massimi fl-Artikolu 56(1) minħabba d-deroga għal strumenti ta’ ħlas ta’ valur baxx. Barra minn hekk, jekk jitħalla dan l-aġġustament ikun hemm sistemi nazzjonali diverġenti ħafna fuq id-deroga u dan jikkonfliġġi mal-għan ta’ suq Ewropew ta’ ħlasijiet bl-imnut integrat u armonizzat. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 58 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Huwa prinċipju bażiku tas-sigurtà fl-IT li l-kredenzjali użati għall-awtentikazzjoni tal-utent tas-servizz ta’ ħlas ma jinqasmu mal-ebda terza persuna. Għaldaqstant TPPs għandhom jiżguraw awtentikazzjoni tal-klijent b’saħħitha jew billi: (a) l-utent tas-servizz ta’ ħlas jiġi ridirett b’mod sigur lill- fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont; jew (b) billi joħroġ huwa stess il-karatteristiċi tas-sigurtà personalizzati. Iż-żewġ għażliet għandhom jiffurmaw parti minn interface Ewropew tekniku standardizzat għall-aċċess ta’ kont għal ħlas. Dan l-interface standardizzat sigur għal fornituri ta’ servizz terzi għal aċċess għal informazzjoni ta’ kont ta’ ħlas għandu jkun bbażat fuq standard Ewropew miftuħ u jippermetti, mat-traspożizzjoni tal-proposta, kwalunkwe TPP li jkollu aċċess għal kontijiet ta’ ħlas fi kwalunkwe PSP ġewwa l-Unjoni. Dan l-interface għandu jiġi ddefinit ftit wara li tiġi adottata d-direttiva proposta, mill-ABE f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE u jinkludi bħala minimu, speċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali kif ukoll proċeduri relatati. Barra minn hekk, fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas terzi għandhom: (a) jipproteġu l-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati tal-utenti tas-servizz ta’ ħlas; (b) jawtentikaw lilhom innifishom b’mod inekwivoku fil-konfront tal-kont tal-utent tas-servizz ta’ ħlas li jisservisja lill-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ ħlas; (c) m’għandhomx jaħżnu dejta miksuba meta jkollhom aċċess għas-servizz ta’ ħlas tal-kont ta’ ħlas tal-utent, apparti mill-informazzjoni li tidentifika ħlas mibdi minn TPPs, bħan-numru ta’ referenza, l-IBAN ta’ min iħallas u min jitħallas kif ukoll l-ammont tat-tranżazzjoni; u (d) ma jużawx dejta għal xi skop ieħor għajr għal finijiet li huma espressament permessi mill-utent tas-servizz ta’ ħlas. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 59 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
“Artikolu 59 Aċċess għal u l-użu ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet tal-ħlas minn emittenti tal-istrumenti tal-ħlas li huma parti terza
|
“Artikolu 59 Aċċess għal u l-użu ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet tal-ħlas minn emittenti tal-istrumenti tal-ħlas li huma parti terza
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu fuq l-aċċess għal u l-użu ta’ informazzjoni dwar kont ta’ ħlas minn PSPs terz li joħorġu strumenti ta’ ħlas, eż. kards ta’ ħlas huma sostanzjalment identiċi ma’ dawk tal-Artikolu 58 li jirregola l-aċċess għal u l-użu ta’ informazzjoni dwar kont ta’ ħlas minn PSPs terzi. Għaldaqstant, l-Artikolu 59 għandu jitħassar mingħajr ebda riskju għaċ-ċertezza legali għall-PSPs u għal min iħallas li jużaw is-servizzi tagħhom. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 59 (ġdid) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-ebda test |
“Artikolu 59. Min iħallas għandu jkollu d-dritt li: (i) jagħti struzzjonijiet lill-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont tiegħu li jibblokka kull servizz ta’ bidu ta’ ħlas mill-kont ta’ ħlas ta’ min iħallas; (ii) jibblokka kull servizz ta’ bidu ta’ ħlas mibdi minn fornituri ta’ servizz ta’ ħlas terz speċifikat wieħed jew iżjed; jew (iii) jawtorizza biss servizzi ta’ bidu ta’ ħlas mibdija minn fornituri ta’ servizz ta’ ħlas terz speċifikat wieħed jew iżjed.” |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Skont id-dispożizzjonijiet fuq il-protezzjoni tal-konsumatur u s-salvagwardji għall-utenti ta’ servizz ta’ ħlas li hemm fil-Premessa 13 u l-Artikolu 5(3)(d)(iii) tar-regolament SEPA, u biex tiġi żgurata konsistenza legali, għandu jiżdied artikolu ġdid li jiggarantixxi utenti ta’ servizz ta’ ħlas id-dritt li jagħtu struzzjonijiet lill-PSPs tagħhom biex jistabbilixxu listi pożittivi jew negattivi speċifiċi ta’ TPPs. Iżda din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal utenti ta’ ħlas għajr għal konsumaturi (ara l-Emenda 22). Billi l-istruzzjonijiet għandhom jiġu mingħand min iħallas, dan m’għandux ikopri l-imblukkar difolt ġeneralizzat jew l-inklużjoni tal-imblukkar ġeneralizzat ta’ TPPs fit-termini u l-kundizzjonijiet jew kuntratti ta’ PSP. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 65(2) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Minn perspettiva ta’ protezzjoni tal-klijent, huwa naturali li min iħallas idur fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservu l-kont għal rifużjoni, billi r-relazzjoni tagħhom ma’ TPP tista’ sseħħ biss fuq bażi ta’ darba, eż. għall-bidu ta’ ħlas. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas li jservi l-kont ikun jista’ mbagħad jitlob kumpens mit-TPP, sakemm it-TPP ma jippruvax li ma kienx responsabbli għall-iżball. Il-kumpens għat-TPP għandu jsegwi l-istess regoli għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni, eżekuzzjoni difettuża jew tardiva ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas bis-saħħa tal-Artikolu 80 kif ukoll dritt għal azzjoni legali bis-saħħa tal-Artikolu 82. Dan il-kumpens jista’, pereżempju, ikun disponibbli meta TPP ikun ħareġ il-karatteristiċi ta’ sigurtà tiegħu stess, eż. għal kard ta’ ħlas. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 66(1) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Il-konsumaturi għandhom jiġu żgurati protezzjoni simili irrispettivament mill-kanal ta’ bidu ta’ ħlas. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 67(1) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Meta d-drittijiet għal rifużjoni jiddependu fuq ix-xiri sottostanti dan iqajjem tħassib fuq il-privatezza, kif ukoll tħassib dwar l-effiċjenza u l-ispejjeż. L-adozzjoni ta’ din il-proposta probabbilment tkun tfisser li d-drittijiet għal rifużjoni mingħajr limitu taħt l-iskema attwali ta’ debitu dirett tas-SEPA ma jkunux permessi iktar, biex b’hekk il-konsumaturi jkollhom kundizzjonijiet inqas favorevoli. Il-BĊE jissuġġerixxi l-introduzzjoni, bħala regola ġenerali, ta’ dritt ta’ rifużjoni mingħajr kundizzjoni għal perijodu ta’ tmien ġimgħat għad-debiti diretti kollha tal-konsumaturi. Għal oġġetti jew servizzi elenkati għal konsum immedjat, id-debituri u l-kredituri jistgħu separatament u espliċitament jiftiehmu li m’għandhomx japplikaw drittijiet ta’ rifużjoni. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi lista bħal din permezz ta’ att iddelegat. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 82(1) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Explanation Tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati għandhom ikunu koperti wkoll taħt id-dritt għal azzjoni legali. Biex tiġi pprovduta iktar ċarezza, ta’ min jiddefinixxi t-terminu “intermedjarju” fid-direttiva proposta. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 85 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
“Artikolu 85 Security requirements and incident notification
|
“Artikolu 85 Security requirements and incident notification
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Is-superviżuri u s-SEBĊ huma l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu linji gwida fuq il-ġestjoni ta’ inċidenti u notifiki ta’ inċidenti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas kif ukoll biex joħorġu linji gwida fuq notifiki ta’ qsim ta’ inċidenti bejn l-awtoritjaiet rilevanti. Jekk il-fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas jitqiegħu taħt id-Direttiva NIS, dan jista’ jfixkel il-kompiti ta’ awtoritajiet superviżorji u banek ċentrali, u għalhekk dan għandu jiġi evitat. Madankollu, il-linji gwida żviluppati mill-ENISA għal setturi oħra u r-rekwiżiti li ser jiġu stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(7) tad-Direttiva NIS proposta jistgħu jiġu kkunsidrati biex jiġi żgurat livell raġonevoli ta’ konsistenza bejn strumenti leġiżlattivi settorjali. Il-mandat għall-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-klassifikazzjoni ta’ inċidenti u r-rapportar ta’ inċidenti huma relatati mill-qrib mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu. Għaldaqstant, huwa ssuġġerit li l-mandat jifforma parti minn dan l-Artikolu iktar milli l-Artikolu 86. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 86 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
“ Artikolu 86 Implimentazzjoni u rappurtar
|
“ Artikolu 86 Implimentazzjoni u rappurtar
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar fir-rigward tar-riskji operattivi u tas-sigurtà għandhom jiġu ddefiniti u vvalutati minn superviżuri prudenzjali u banek ċentrali. L-informazzjoni tista’ tinqasam mal-ENISA jew awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva NIS, waqt li l-ABE għandha tkun l-awtorità xierqa għall-koordinazzjoni. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 87 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Jekk jogħġbok ara l-ispjegazzjoni fl-Emenda 24. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 89(5) (ġdid) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-ebda test |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Proċeduri armonizzati għal ilmenti jiffaċilitaw it-trattament ta’ lmenti transkonfinali u jikkontribwixxu għal proċeduri ta’ konformità effiċjenti u mingħajr xkiel li jappoġġaw lill-awtoritajiet kompetenti fid-dmirijiet tagħhom skont id-direttiva proposta. |
(1) It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.
(2) Id-Direttiva XXXX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [data] dwar miżuri li jiżguraw livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L x, p. x).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).