EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R0985
Regulation (EC) No 985/2001 of the European Central Bank of 10 May 2001 amending Regulation ECB/1999/4 on the powers of the European Central Bank to impose sanctions (ECB/2001/4)
Ir-Regolament (KE) Nru 985/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew, ta` l-10 ta' Mejju, 2001, li jemenda r-Regolament BĊE/1999/4 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/2001/4)
Ir-Regolament (KE) Nru 985/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew, ta` l-10 ta' Mejju, 2001, li jemenda r-Regolament BĊE/1999/4 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/2001/4)
OJ L 137, 19.5.2001, p. 24–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 01 Volume 003 P. 330 - 330
Special edition in Estonian: Chapter 01 Volume 003 P. 330 - 330
Special edition in Latvian: Chapter 01 Volume 003 P. 330 - 330
Special edition in Lithuanian: Chapter 01 Volume 003 P. 330 - 330
Special edition in Hungarian Chapter 01 Volume 003 P. 330 - 330
Special edition in Maltese: Chapter 01 Volume 003 P. 330 - 330
Special edition in Polish: Chapter 01 Volume 003 P. 330 - 330
Special edition in Slovak: Chapter 01 Volume 003 P. 330 - 330
Special edition in Slovene: Chapter 01 Volume 003 P. 330 - 330
Special edition in Bulgarian: Chapter 10 Volume 005 P. 31 - 31
Special edition in Romanian: Chapter 10 Volume 005 P. 31 - 31
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 003 P. 6 - 6
In force
Official Journal L 137 , 19/05/2001 P. 0024 - 0024
Ir-Regolament (KE) Nru 985/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew, ta‘ l-10 ta' Mejju, 2001, li jemenda r-Regolament BĊE/1999/4 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/2001/4) IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK EWROPEW; Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 110(3) tiegħu; Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 34.3 u l-Artikolu 19.1 tiegħu; Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru, 1998, li għandu x‘jaqsam mas-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu; Billi: Ir-Regolament BĊE/1999/4 tat-23 ta' Settembru, 1999, dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewoprew li jimponi sanzjonijiet [2] għandu jkun emendat għar-raġunijiet li ġejjin: L-esperjenza ta l-imgħoddi wriet illi l-proċedura li hemm għall-ħażna ta' tagħrif relevanti għat-teħid u l-infurzar ta‘ sanzjonijiet, b'mod partikolari il-bdil ta‘ dokumentazzjoni u materjal oriġinali bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u banek ċentrali nazzjonali, hija waħda kumplikata żżejjed. Għaldaqstant, il-proċedura għandha tkun simplifikata bil-għan li jinħoloq reġim effettiv u tajjeb għall-amministrazzjoni ta‘ sanzjonijiet imsejjes fuq proċedura ta‘ malajr, filwaqt illi, fl-istess ħin, ikun garantit l-istess livell ta' ċertezza legali. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Emendi għar-Regolament BĊE/1999/4 "5. Il-bank ċentrali nazzjonali li jkollu x‘jaqsam jew il-BĊE, skond il-każ, għandu jaħżen it-tagħrif kollu relevanti għat-teħid u l-infurzar ta‘ sanzjonijiet f'inkartament li għandu jinżamm mill-inqas għal ħames snin mid-data li fiha d-deċiżjoni għall-imposizzjoni ta‘ sanzjoni ssir finali. Il-bank nazzjonali ċentrali kompetenti għandu jgħaddi lill-BĊE kopji tad-dokumentazzjoni u materjal oriġinali li jkunu fil-pussess tiegħu u li kollhom x‘jaqsmu mal-proċedura dwar ksur." Artikolu 2 Dħul fis-Seħħ Dan ir-regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 jum tax-xahar wara x-xahar li fih ikun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Mejju, 2001. Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE Il-President Willem F. Duisenberg [1] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 4. [2] Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999, ĠU L 264, tat-12.10.1999, p. 21. --------------------------------------------------