EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0012(01)

Verżjoni konsolidata tal-Linja gwida BĊE/2000/6 ta' l-20 ta' Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 52 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew wara t-tmiem tal-perjodu transitorju, kif emendata bil-Linja gwida (BĊE/2001/10)

OJ L 55, 24.2.2001, p. 68–79 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 10 Volume 001 P. 281 - 281
Special edition in Estonian: Chapter 10 Volume 001 P. 281 - 281
Special edition in Latvian: Chapter 10 Volume 001 P. 281 - 281
Special edition in Lithuanian: Chapter 10 Volume 001 P. 281 - 281
Special edition in Hungarian Chapter 10 Volume 001 P. 281 - 281
Special edition in Maltese: Chapter 10 Volume 001 P. 281 - 281
Special edition in Polish: Chapter 10 Volume 001 P. 281 - 281
Special edition in Slovak: Chapter 10 Volume 001 P. 281 - 281
Special edition in Slovene: Chapter 10 Volume 001 P. 281 - 281
Special edition in Croatian: Chapter 10 Volume 007 P. 3 - 3

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/150(1)/oj

32001D0150



Official Journal L 055 , 24/02/2001 P. 0068 - 0068


Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

ta' l-10 ta' Novembru 2000

fuq il- publikazzjoni ta' ċerti atti u strumenti legali tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2000/12)

(2001/150/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidraw l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Bankijiet Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ l-"Istatut") u partikolarment l-Artikoli 10.4, 34.1 u 34.2 ta' dan,

Wara li ġie kkonsultat il-Kunsill Generali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE),

Billi:

(1) Il-BĊE jagħti importanza kbira lill-tisħieħ tat-trasparenza tal-kwadru reglolatorju tas-Sistema Ewropea tal-Bankijiet Ċentrali (SEBĊ). In konformità ma' dan l-approċċ, atti legali adottati mill-BĊE għandhom ikunu disponibbli lill-pubbliku in ġenerali għall-għarfien pubbliku anki fl-assenza ta'obligazzjoni għal dan skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew l-Istatut.

(2) It-trasparenża tista' tiġi ottenuta permezz tal-pubbblikazzjoni ta' l-atti u instrumenti tal-BĊE fil-lingwi uffiċjail kollha tal-Komunità fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kommunitajiet Ewropej

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Linji gwida BĊE/1998/NP10 tat-3 ta' Novembru 1998 fuq l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 52 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea Tal-Bankijiet Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (L-Anness I ta' dina d-Deċiżjoni), Linji gwida BĊE/1999/NP11 tat-22 t'April 1999 fuq l-awtoriżazzjoni biex jiġi mistħarreġ flus tal-karta nazzjonali waqt il-perijodu transnazzjonaili(L-Anness II ta' dina d-Deċiżjoni) u Linji gwida BĊE/1998/NP28 tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar ir-regoli komuni u r-rekwiżiti minimi għall-protezzjoni tal-kunfidenzialità ta' l-informazzjoni statistika individwali miġbura mill-Bank Ċentrali Ewropew bl-assistenża tal-bankijiet Ċentrali nazzjonali (L-Anness III ta' dina d-Deċiżjoni); Deċiżjoni BĊE/1998/NP1 tad-19 ta' Gunju1998 fuq il-ħatra u fuq it-tul tal-mandat ta' l-awditur estern tal-Bank Ċentrali Ewropew (L-Anness IV ta' dina d-Deċiżjoni); Deċiżjoni BĊE/1998/NP15 ta' l-1 ta' Diċembru 1998 dwar l-esekuzzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew ta' ċerta funzjonijiet rigwardanti assistenża finanżjarja ghall-żmien temporanju għall-bilanċ ta' pagamenti ta' l-Istati Membri (L-Anness V ta' din id-Deċiżjoni) u r-Rakomandazzjoni BĊE/1999/NP7 tat-8 ta'April 1999 fuq it-trattament tal-kontijiet ta' spejjeż li ntefqu in konnessjoni ma' l-istħarriġ tal-flus tal-karta (L-Anness VI ta' din d-Deċiżjoni) huma hawnhekk ippubblikati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi- Frankfurt am Main, fl-10 ta' Novembru 2000.

Il-President tal-BĊE

Willem F. Duisenberg

--------------------------------------------------

Top