EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0027(01)
Decision of the European Central Bank of 14 December 2009 amending Decision ECB/2001/16 on the allocation of monetary income of the national central banks of participating Member States from the financial year 2002 (ECB/2009/27)
Deċizjoni tal-bank Ċentrali Ewropew tal- 14 ta’ Diċèmbru 2009 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2001/16 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (BĊE/2009/27)
Deċizjoni tal-bank Ċentrali Ewropew tal- 14 ta’ Diċèmbru 2009 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2001/16 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (BĊE/2009/27)
OJ L 339, 22.12.2009, p. 55–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0023
22.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 339/55 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-14 ta’ Diċèmbru 2009
li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2001/16 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002
(BĊE/2009/27)
(2009/998/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artiklu 32,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti (1) tistabbilixxi programm għax-xiri ta’ bonds koperti għal finijiet ta’ politika monetarja. |
(2) |
Il-Linja Gwida BĊE/2009/10 tas-7 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti ta’ politika monetarja u l-proċeduri tal-Eurosistema (2) tawtorizza l-aċċess għall-operazzjonijiet f’suq miftuħ tal-Eurosistema u l-faċilitajiet permanenti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li, minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom taħt il-liġi Komunitarja, huma suġġetti għall-iskrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
(3) |
L-esperjenza uriet illi huwa meħtieġ li jiġi speċifikat it-trattament ta’ talbiet pendenti li jirriżultaw minn inadempjenzi ta’ kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, u tal-attiv finanzjarju relatat. |
(4) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2001/16 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002 (3) għandha bżonn tiġi emendata sabiex tirrifletti dawn l-iżviluppi fil-kalkolu u l-allokazzjoni tad-dħul monetarju, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċizjoni BĊE/2001/16 hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1(ġ) huwa mibdul b’li ġej: “(ġ) ‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser jew: (a) istituzzjoni ta’ kreditu skont it-tifsira tal-Artikoli 2 u 4(1)a tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u t-tkomplija tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif implimentata fil-liġi nazzjonali (*), li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorita’ kompetenti, jew (b) istituzzjoni ta’ kreditu oħra skont it-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea li hija suġġetta għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtorita’ kompetenti. |
2. |
L-Artikolu 3(2) huwa sostitwit b’li ġej: “2. Mill-2003 l-ammont ta’ dħul monetarju ta’ kull BĊN għandu jkun determinat billi jitkejjel id-dħul attwali li jirriżulta mill-attiv assenjabbli rreġistrat fil-kotba tiegħu. Bħala eċċezzjonijiet għal dan, id-deheb għandu jiġi meqjus li ma jiġġenera l-ebda dħul, u t-titoli miżmumin għal finijiet ta’ politika monetarja għandhom jiġu meqjusa li jiġġeneraw dħul skont ir-rata ta’ referenza.” |
3. |
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 huma emendati skont l-Anness ta’ din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Disposizzjoni finali
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2009.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 175, 4.7.2009, p. 18.
(2) ĠU L 123, 19.5.2009, p. 99.
(3) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 55.
ANNESS
1. |
L-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 huwa mibdul b’li ġej: “ANNESS I KOMPOSIZZJONI TAL-BAŻI TAL-PASSIV
|
2. |
L-Anness II tad-Deċiżjoni BĊE/2001/16 huwa mibdul b’li ġej: “ANNESS II ATTIV ASSENJABBLI
|