EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009O0024

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Diċembru 2009 li temenda il-Linja Gwida BĊE/2008/18 dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji (BĊE/2009/24)

OJ L 330, 16.12.2009, p. 95–95 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2009/963/oj

16.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/95


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Diċembru 2009

li temenda il-Linja Gwida BĊE/2008/18 dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji

(BĊE/2009/24)

(2009/963/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u partikolarment l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3, flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu ta l-Artikolu 20,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jestendi t-twessiegħ ta’ ċerti kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-garanziji stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2008/18tal-21 ta’ Novembru 2008 dwar bidliet temporanji fir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji (1).

(2)

Huwa għalhekk neċessarju li l-Linja Gwida BĊE/2008/18 tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja Gwida BĊE/2008/18 hija emendata kif ġej:

L-Artikolu 10(2) qed jiġi mibdul b’li ġej:

‘Din il-Linja Gwida għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010 jew sad-data tal-iskadenza tal-operazzjoni ta’ finanzjament mill-ġdid tal-aħħar 12-il xahar imnedija sal-31 ta’ Diċembru 2010, tkun liema tkun l-aħħar.’

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Indirizzati u miżuri għall-implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri parteċipanti.

2.   Il-BĊNi għandhom jinnotikaw lill-BĊE dwar il-mod li permezz tiegħu be ħsiebhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 314, 25.11.2008, p. 14.


Top