EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1489
Regulation (EC) No 1489/2007 of the European Central Bank of 29 November 2007 amending Regulation (EC) No 2423/2001 (ECB/2001/13) concerning the consolidated balance sheet of the monetary financial institutions sector (ECB/2007/18)
Regolament (KE) Nru 1489/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2007/18)
Regolament (KE) Nru 1489/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2007/18)
OJ L 330, 15.12.2007, p. 20–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0025
15.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 330/20 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1489/2007 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ Novembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji
(BĊE/2007/18)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ l-informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2001 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji BĊE/2001/13 (2) jeħtieġ li l-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) jirrappurtaw data statistika trimestrali kklassifikata pajjiż b’pajjiż. Għandu jiġi emendat biex iqis is-sħubija ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) jimponi wkoll obbligu biex jirrappurtaw data trimestrali dwar pożizzjonijiet fil-konfront tal-kontropartijiet residenti fit-territorji ta’ l-Istati Membri li adottaw l-ewro. Għandu bżonn jiġi emendat biex jikkunsidra l-adozzjoni ta’ l-ewro minn Stati Membri oħra. |
(3) |
Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jitħallew jagħtu, fuq bażi mhux diskriminatorja, derogi mill-obbligi ta’ rappurtar lil istituzzjonijiet individwali ta’ flus elettroniċi f’ċerti sitwazzjonijiet. F’każijiet fejn l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet, l-iskop wara l-ġbir tad-data statistika skond ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) jista’ jiġi sodisfatt mingħajr l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ statistika fuq dawn l-istituzzjonijiet. L-għan tal-Bank Ċentrali Ewropew hu li jiżgura t-trattament ugwali billi josserva l-għoti ta’ dawn id-derogi. |
(4) |
Il-kundizzjonijiet li skondhom għandhom jiġu kklassifikati l-ishma maħruġa mill-MFIs bħala depożiti minflok bħala kapital u riżervi, għandhom jiġu ċċarati, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-aħħarnett ta’ l-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-termini ‘istituzzjoni ta’ flus elettroniċi’ u ‘flus elettroniċi’ għandhom l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-bidu, is-segwiment u s-superviżjoni prudenti tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi (*). |
(2) |
Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u s-segwiment tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (recast) (**) u l-Artikolu 2 tar-Regolament BĊE/2003/9 tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (***), il-BĊNi jistgħu, salvi l-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ l-Anness III, jagħtu derogi lil istituzzjonijiet individwali ta’ flus elettroniċi. Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw is-sodisfazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ l-Anness III kmieni biżżejjed sabiex jagħtu jew ineħħu, jekk meħtieġ, xi deroga. Kull BĊN li jagħti din id-deroga għandu jinforma lill-BĊE. |
(3) |
L-Anness I huwa emendat skond l-Annessi I u II ma’ dan ir-Regolament. |
(4) |
L-Anness III huwa mibdul bit-test li jinsab fl-Anness III ma’ dan ir-Regolament. |
(5) |
L-Anness V huwa emendat skond l-Anness IV ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 29 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) ĠU L 333, 17.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 4/2007 (BĊE/2006/20) (ĠU L 2, 5.1.2007, p. 3).
ANNESS I
L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Fil-parti 2: It-tabelli 3 u 4 qed jiġu sostitwiti bit-Tabelli stabbiliti fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament. |
(3) |
Fil-parti 3, it-tabella hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
It-tabelli 3 u 4 ta' Parti 2 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huma sostitwiti b’li ġej:
“Tabella 3
Klassifikazzjoni tal-pajjiż
Data li għandha tingħata kull trimestru
PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ |
Kull Stat Membru parteċipanti ieħor (jiġifieri eskluż is-settur domestiku) u kull Stat Membru ieħor ta' l-UE |
Il-bqija tad-dinja (eskluża l-UE) |
|||||
Stat Membru |
Stat Membru |
Stat Membru |
Stat Membru |
||||
PASSIVI |
|||||||
|
|
||||||
9. Depożiti |
|||||||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
ATTIV |
|||||||
|
|
||||||
2. Self |
|||||||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
3. Titoli minbarra ishma |
|||||||
|
|
|
|
|
|
||
sa sena |
|
|
|
|
|
||
aktar minn sena u sa sentejn |
|
|
|
|
|||
aktar minn sentejn |
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
||||||
|
|
Tabella 4 (1)
Klassifikazzjoni skond il-valuta
Data li għandha tingħata kull trimestru
PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ |
Il-valuti kollha flimkien |
Ewro |
Valuta ta' kull Stat Membru ieħor ta' l-UE |
Valuti minbarra dawk ta' l-Istati Membri ta' l-UE flimkien |
|||||||||
Valuta ta' l-Istat Membru ta' l-UE |
Valuta ta' l-Istat Membru ta' l-UE |
Valuta ta' l-Istat Membru ta' l-UE |
Valuta ta' l-Istat Membru ta' l-UE |
Total |
USD |
JPY |
CHF |
Valuti li jifdal flimkien |
|||||
PASSIVI |
|||||||||||||
9. Depożiti |
|||||||||||||
A. Domestiċi |
|||||||||||||
|
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
B. Stati Membri parteċipanti oħra |
|||||||||||||
|
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
C. II-bqija tad-dinja |
|||||||||||||
|
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ċifri trimestrali minn Tabella 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|||||||||||
|
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
M |
|
|
||||||||||
|
M |
|
|
||||||||||
ATTIV |
|||||||||||||
2. Self |
|||||||||||||
A. Domestiċi |
|||||||||||||
|
M |
|
|
||||||||||
|
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
B. Stati Membri parteċipanti oħra |
|||||||||||||
|
M |
|
|
||||||||||
|
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
C. Il-bqija tad-dinja |
|||||||||||||
|
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Ċifri trimestrali minn Tabella 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
3. Titoli minbarra ishma |
|||||||||||||
A. Domestiċi |
|||||||||||||
|
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
B. Stati Membri parteċipanti oħra |
|||||||||||||
|
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
M |
M |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
C. Il-bqija tad-dinja |
|||||||||||||
|
Ċifri trimestrali minn Tabella 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
4. Ishma/unitajiet ta' MMF |
|||||||||||||
|
M |
|
|
||||||||||
|
M |
|
|
||||||||||
|
M |
|
|
||||||||||
|
M |
|
|
||||||||||
|
M |
|
|
||||||||||
|
M |
|
|
(1) ‘M’ tfisser obbligi tad-data ta' kull xahar (ara t-Tabella 1).”
ANNESS III
“L-ANNESS III
OBBLIGI TA’ RAPPURTAR TA’ STATISTIKA GĦAL MFIs ŻGĦAR LI MHUMIEX ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU U PRINĊIPJI TA’ KLASSIFIKA GĦAL ISTITUZZJONIJIET INDIVIDWALI TA’ FLUS ELETTRONIĊI
1. |
Fir-rigward ta’ MFIs żgħar li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-BĊNi li jiddeċiedu li jserrħu MFIs żgħar mill-obbligi kollha ta’ rappurtar għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet rispettivi, imma jibqgħu, ta’ lanqas, jiġbru data li għandha x’taqsam mal-karta tal-bilanċ sħiħa, ta’ lanqas kull sena, ħalli d-daqs tat-‘tail’ tar-rappurtar jkun jista’ jiġi osservat. |
2. |
Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2(4), il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi mill-obbligi tagħhom ta’ rappurtar ta’ statistika lil istituzzjonijiet individwali ta’ flus elettroniċi jekk ta’ lanqas tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
3. |
Jekk xi istituzzjoni individwali tal-flus elettroniċi li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 m’hijiex eżentata mill-obbligi tar-riżervi minimi, tinħtieġ li tirrapporta, ta’ lanqas, id-data trimestrali meħtieġa biex tiġi kkalkulata l-bażi tar-riżerva, kif stabbilita fl-Anness II. L-istituzzjoni tista’ tagħżel li tirrapporta s-sett ristrett ta’ data tal-bażi tar-riżerva kull xahar. |
4. |
Kull meta istituzzjoni individwali ta’ flus elettroniċi tingħata deroga skond l-Artikolu 2(4), il-BĊE, għal finijiet ta’ statistika, jirreġistra l-istituzzjoni fil-lista ta’ MFIs bħala korporazzjoni mhux finanzjarja. L-istituzzjoni se tkun ittrattata wkoll bħala korporazzjoni mhux finanzjarja f’sitwazzjonijiet fejn hija l-kontroparti ta’ MFI. L-istituzzjoni se tibqa’ tiġi ttrattata bħala istituzzjoni ta’ kreditu għall-finijiet ta’ l-obbligi tar-riżervi minimi ta’ l-Eurosistema.” |
ANNESS IV
L-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-paragrafu 1a huwa sostitwit b’li ġej:
|
2. |
Il-paragrafu 1b huwa sostitwit b’li ġej:
|
3. |
Il-paragrafu 1c huwa sostitwit b’li ġej:
|
4. |
Jitħassru l-paragrafi 1d u 1e. |
5. |
Il-paragrafu 2a huwa sostitwit b’li ġej:
|