EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010O0012

2010/593/UE: Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta’ Settembru 2010 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2010/12)

OJ L 261, 5.10.2010, p. 6–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012; Imħassar b' 32012O0027

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2010/593/oj

5.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/6


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Settembru 2010

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2)

(BĊE/2010/12)

(2010/593/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 tas-26 t’April 2007 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (1) biex tirregola t-TARGET2 li hija karatterizzata minn pjattaforma teknika waħda msejħa l-Pjattaforma Waħda Mqassma (SSP)

(2)

Għandhom isiru emendi lil-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2: (a) sabiex jitqiesu l-aġġornamenti għall-verżjoni 4.0 ta’ TARGET2, partikolarment sabiex il-parteċipanti jitħallew jaċċedu għal wieħed jew aktar mill-kontijiet tal-PM permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet; u (b) ikunu riflessi numru ta’ bidliet tekniċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jiġu ċċarati xi kwistjonijiet,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   TARGET2 tipprovdi saldu gross f’hin reali għal ħlasijiet f’euro, bis-saldu bi flus tal-bank ċentrali. Huwa stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-SSP, li permezz tagħha l-ordnijiet kollha għall-ħlas jintbagħtu u jiġu pproċessati u li permezz tagħha l-ħlasijiet jiġu fl-aħħar mill-aħħar riċevuti bl-istess mod tekniku.”

2.

L-Artiklu 2 huwa emendat kif gej:

(a)

id-definizzjonijiet li ġejjin huma sostitwiti:

“—

‘BĊN parteċipanti’ tfisser il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro,”

“—

‘detentur ta’ BIC indirizzabbli’ tfisser entità li (a) għandha Kodiċi ta’ Identifikazzjoni (BIC); (b) mhijiex rikonoxxuta bħala parteċipant indirett; u (c) hija korrispondent jew klijent ta’ parteċipant dirett jew fergħa ta’ parteċipant dirett jew indirett, u hija kapaċi tibgħat ordnijiet ta’ ħlas lil u tirċievi ħlasijiet mingħand sistema ta’ komponenti ta’ TARGET2 permezz tal-parteċipant dirett,”

(b)

“—

‘Kodiċi għall-Identifikazzjoni ta’ Bank (BIC)’ tfisser kodiċi kif iddefinit mill-Istandard ISO Nru 9362”

hija mibdula b’li ġej

“—

‘Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC)’ tfisser kodiċi kif iddefinit mill-Istandard ISO Nru 9362”.

(c)

id-definizzjonijiet li ġejjin huma miżjuda:

“—

‘aċċess ibbażat fuq l-Internet’ tfisser li l-parteċipant għażel kont PM li jista’ jkun hemm aċċess għalih permezz tal-Internet biss u l-parteċipant jissottometti messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ verifika lil TARGET2 permezz tal-Internet,”

“—

‘awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni’ tfisser BĊ jew aktar identifikati bħala tali mill-Kunsill Governattiv biex jaġixxu għall-Eurosistema għall-ħruġ, il-ġestjoni, ir-revoka u tiġdid ta’ ċertifikati elettroniċi,”

“—

‘ċertifikati elettroniċi’ jew ‘ċertifikati’ tfisser fajl elettroniku, maħruġ mill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li jorbot kodiċi pubbliku b’identità u li jintuża għal li ġej: biex jivverifika li kodiċi pubbliku jappartjeni lil individwu, biex jiġi awtentikat id-detentur, biex jikkontrolla l-firma mingħand dan l-individwu jew biex jaqleb f’kowd messaġġ indirizzat lil dan l-individwu. Iċ-ċertifikati jinżammu fuq strument fiżiku bħal kard biċ-ċipp fiha jew USB stick, u r-referenzi għaċ-ċertifikati jinkludu strumenti fiżiċi bħal dawn. Iċ-ċertifikati huma strumentali fil-proċess ta’ awtentikazzjoni tal-parteċipanti li qed jaċċedu għal TARGET2 permezz tal-Internet u qed jissottomettu messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ verifika,”

“—

‘detentur ta’ ċertifikat’ tfisser persuna msemmija, individwali, identifikata u indikata minn parteċipant ta’ TARGET2 bħala awtorizzata biex ikollha aċċess ibbażat fuq l-Internet għall-kont TARGET2 tal-parteċipant. L-applikazzjoni tagħhom għal ċertifikati tkun ġiet ivverifikata mill-BĊN tal-pajjiż tal-parteċipant u trasmessa lill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li min-naħa tagħhom ikunu kkunsinnaw ċertifikati li jorbtu l-kodiċi pubbliku mal-kredenzjali li jidentifikaw lill-parteċipant,”

“—

‘Kundizzjonijiet Armonizzati’ tfisser il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi II u V,”.

3.

L-Artikolu 6(1) u (2) huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   Kull BĊN parteċipanti għandu jadotta arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-parteċipazzjoni f’TARGET2 stabbiliti fl-Anness II u l-Kundizzjonijiet Armonizzati Supplimentari u Modifikati għall-parteċipazzjoni f’TARGET2 permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet stabbiliti fl-Anness V. Dawn l-arranġamenti għandhom jirregolaw esklussivament ir-relazzjoni bejn il-BĊN parteċipanti rilevanti u l-parteċipanti tiegħu fil-konfront tal-ipproċessar ta’ ħlasijiet fil-PM. Kont PM jista’ jsir aċċess għalih jew permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet jew permezz ta’ dak li jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni. Dawn iż-żewġ metodi ta’ aċċess għal kont PM għandhom ikunu jeskludu lil xulxin, għalkemm parteċipant jista’ jagħżel li jkollu kont PM wieħed jew aktar, li kull wieħed minnhom ikun aċċessibbli jew permezz tal-Internet jew permezz ta’ dak li jiprrovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni.

2.   Il-BĊE għandu jadotta l-patti u l-kundizzjonijiet ta’ TARGET2-ECB billi jimplimenta l-Anness II ħlief li TARGET2-ECB għandu jipprovdi biss servizzi lil organizzazzjonijiet għall-ikklerjar u l-ħlas, inklużi entitajiet stabbiliti barra ż-ŻEE, bil-patt illi jkunu soġġetti għas-sorveljanza minn awtorità kompetenti u li l-aċċess tagħhom għal TARGET2-ECB ikun ġie approvat mill-Kunsill Governattiv.”

4.

L-Artikolu 8(1) huwa mibdul b’li ġej:

“1.   Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jipprovdu servizzi ta’ trasferiment ta’ fondi fi flus tal-bank ċentrali lil sistemi anċillari fil-PM aċċessibbli permezz ta’ dak li jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni jew, matul il-perijodu ta’ transizzjoni u jekk applikabbli, f’Kontijiet Domestiċi. Dawn is-servizzi għandhom ikunu rregolati minn ftehim bilaterali bejn il-BĊi tal-Eurosistema u s-sistemi anċillari rispettivi.”

5.

L-Artikolu 10(1) huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   Il-Kunsill Governattiv għandu jispeċifika l-politika tas-sigurtà u r-rekwiżiti tas-sigurtà u l-kontrolli għall-SSP u, matul il-perijodu ta’ transizzjoni, għall-infrastruttura teknika tal-Kont Domestiku. Il-Kunsill Governattiv għandu jispeċifika ukoll il-prinċipji applikabbli għas-sigurtà taċ-ċertifikati użati għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet.”

6.

L-Artikolu 16(2) huwa sostitwit b’li ġej:

“2.   Il-BĊNi parteċipanti għandhom, sal-31 ta’ Lulju 2007 jew rispettivament data li trid tiġi speċifikata mill-Kunsill Governattiv jibagħtu lill-BĊE il-miżuri li permezz tagħhom huma għandhom il-ħsieb li jikkonformaw ma’ din il-Linja ta’ Gwida.”

7.

L-Annessi għal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huma emendati skont l-Anness I ta’ din il-Linja ta’ Gwida.

8.

L-Anness V huwa miżjud mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 skont l-Anness II ta’ din il-Linja ta’ Gwida.

Artikolu 2

Dhul fis-seħħ

Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-addozzjoni tagħha. Għandha tapplika mit-22 ta’ Novembru 2010.

Artikolu 3

Indirizzati u miżuri għall-implimentazzjoni

1.   Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

2.   Sas-7 ta’ Ottubru 2010 il-BĊNi parteċipanti għandhom jibagħtu lill-BĊE il-miżuri li permezz tagħhom għandhom il-ħsieb li jikkonformaw ma’ din il-Linja ta’ Gwida.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Settembru 2010.

Ghall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1.


ANNESS I

1.

L-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif gej:

Fl-Anness I, punt 7 tat-tabella huwa mibdul b’li ġej:

“7.   Operazzjoni

Il-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi severa

L-awtorizzazzjoni tat-twaqqif u t-tħaddim tas-Simulatur TARGET2

Il-ħatra ta’ awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet

L-ispeċifikazzjoni tal-politika tas-sigurtà, ir-rekwiżiti u l-kontrolli għall-SSP

L-ispeċifikazzjoni tal-prinċipji applikabbli għas-sigurtà taċ-ċertifikati maħruġin għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet

Ġestjoni fir-rigward tar-responsabbiltajiet ta’ sid is-sistema

Iż-żamma ta’ kuntatti ma’ dawk li jużaw is-sistema f’livell Ewropew (suġġett għar-responsabbilta’ unika ta’ BĊi tal-Eurosistema għar-relazzjoni mal-klijenti tagħhom fin-negozju) u l-monitoraġġ ta’ kuljum tal-attività ta’ min juża s-sistema minn perspettiva ta’ negozju (funzjoni ta’ BĊ tal-Eurosistema)

Il-monitoraġġ ta’ żviluppi fin-negozju

L-ibbaġitjar, il-finanzjament, il-ħruġ ta’ fatturi (funzjoni ta’ BĊ tal-Eurosistema) u dmirijiet amministrattivi oħrajn

Il-ġestjoni tas-sistema abbażi tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 5(6) ta’ din il-Linja ta’ Gwida”

2.

L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif gej:

(1)

L-Artiklu 1 huwa emendat kif gej:

(a)

id-definizzjonijiet li ġejjin huma mibdulin:

“—

‘detentur ta’ BIC indirizzabbli’ tfisser entità li (a) għandha Kodiċi ta’ Identifikazzjoni (BIC); (b) mhijiex rikonoxxuta bħala parteċipant indirett; u (c) hija korrispondent jew klijent ta’ parteċipant dirett jew fergħa ta’ parteċipant dirett jew indirett, u hija kapaċi tibgħat ordnijiet ta’ ħlas lil u tirċievi ħlasijiet mingħand sistema ta’ komponent ta’ TARGET2 permezz tal-parteċipant dirett,”

“—

‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser jew: (a) istituzzjoni ta’ kreditu fl-ambitu tat-tifsira ta’ [daħħal id-dispożiżżjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(a) u, jekk rilevanti, l-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Bankarju] li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti, jew (b) istituzzjoni ta’ kreditu oħra fl-ambitu tat-tisfsira tal-artikolu 123(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li hija suġġetta għall-iskrutinju ta’ standard komparabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti,”

“—

‘entità fis-settur pubbliku’ tfisser entità fi ħdan is-‘settur pubbliku’, din l-espressjoni tal-aħħar kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta’ Diċembru li jispeìfika d-definizzjonijiet g]all-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 104 u 104(b) tat-Trattat (*),

(*)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 1”."

(b)

“—

‘Kodiċi għall-Identifikazzjoni ta’ Bank (BIC)’ tfisser kodiċi kif iddefinit mill-Istandard ISO Nru 9362”

hija mibdula b’li ġej

“—

‘Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC)’ tfisser kodiċi kif iddefinit mill-Istandard ISO Nru 9362,”.

(c)

Id-definizzjoni li ġejja hija miżjuda:

“—

‘Speċìfikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS)’ tfisser l-aktar verżjoni aġġornata tal-UDFS, li hija d-dokumentazzjoni teknika li tispjega fid-dettal kif parteċipant jinteraġixxi mat-TARGET2.”

(2)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif gej:

(a)

Il-Paragrafu 1 huwa mibdul b’li gej:

“1.   It-tipi ta’ entitajiet li ġejjin huma eliġibbli għall-parteċipazzjoni diretta fit-TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż]:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxi permezz ta’ fergħa stabbilita fiż-ŻEE;

(b)

istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fiż-ŻEE; u

(c)

BĊNi ta’ Stati Membri tal-UE u l-BĊE,

sakemm l-entitajiet imsemmijin fis-subparagrafi (a) u (b) mhumiex soġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-implimentazzjoni tagħhom, minħabba [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, mhijiex kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET2.”

(b)

Fis-subparagrafu (e) tal-Artikolu 4(2) il-kliem “Komunità Ewropea” u “Komunità” huma mibdulin bil-kelma “Unjoni”.

(3)

L-Artikolu 32(4) huwa mibdul b’li ġej:

“4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm reġistri tal-ordnijiet għall-ħlas ippreż.entati u l-ħlasijiet li jkunu rċevew il-parteċipanti għal perijodu ta’ [daħħal il-perijodu mitlub mil-liġi nazzjonali] miż-żmien li fih jiġu ppreżentati dawn l-ordnijiet għall-ħlas u jaslu l-ħlasijiet, bil-patt illi dawn ir-reġistri kompleti jkunu jkopru minimu ta’ ħames snin għal kull parteċipant fit-TARGET2 li huwa soġġett għall-viġilanza kontinwa skont il-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri, jew għal aktar jekk mitlub minn regolamenti speċifiċi.”

(4)

L-Artiklu 34(2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fis-subparagrafu (d) il-kliem “u/jew” huma mħassra u miżjuda mal-paragrafu (e).

(b)

Is-subparagrafu (f) li ġej huwa miżjud:

“(f)

BĊN jissospendi jew jittermina l-aċċess tal-parteċipant għall-kreditu limitat għal jum wieħed skont paragrafu 12 tal-Anness III.”

(5)

Fl-Artikolu 38(2), il-kelma “Komunità” hija mibdula mill-kelma “Unjoni”.

(6)

L-Artikolu 39(1) huwa mibdul b’li ġej:

“1.   Il-parteċipanti għandhom ikunu meqjusa li jafu dwar, u ser jikkonformaw ma’, l-obbligi kollha tagħhom marbutin ma’ leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi għall-kunsinna ta’ armi nukleari, partikolarment bħala miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa li jikkonċernaw ħlasijiet iddebitati minn jew ikkreditati fuq il-kontijiet PM tagħhom. Il-parteċipanti għandhom ukoll jgħarrfu lilhom infushom bil-politika ta’ min jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni dwar l-irkupru tad-dejta qabel ma jidħlu fir-relazzjoni kuntrattwali ma’ min jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni.”

(7)

Fl-Artikolu 40(1), il-kelma “SWIFT” hija mibdula mill-kelma “BIC”.

(8)

L-Artikolu 44(2) huwa mibdul b’li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qort tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kull tilwima li tirriżulta minn kwistjoni marbuta mar-relazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-qrati kompetenti ta’ [inserixxi l-post tas-sede tal-BĊ].”

(9)

Fl-Appendiċi I, l-aħħar tliet ringieli tat-tabella fil-paragrafu 2(1) huma mibdulin b’li ġej:

“MT 900

Mhux obbligatorju

Konferma tal-bidla fil-linja ta’ debitu/kreditu

MT 910

Mhux obbligatorju

Konferma tal-bidla fil-kreditu/Linja ta’ kreditu

MT 940/950

Mhux obbligatorju

Messaġġ tar-rendikont (Klijent)”

(10)

Fl-Appendiċi I, l-aħħar tliet ringieli tat-tabella fil-paragrafu 3(1) huma mibdulin b’li ġej:

“1.00–7.00

Proċedura għas-saldu ta’ operazzjonijiet ta’ matul il-lejl ta’ sistemi anċillari (għall-proċedura 6 tas-saldu b’sistema anċillari)”

3.

L-Anness III tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif gej:

(1)

Id-definizzjonijiet li ġejjin huma mibdulin:

“—

‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser jew: (a) istituzzjoni ta’ kreditu fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikoli 2 u 4(1)(a) tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Bankarju, kif implimentata fil-liġi nazzjonali, li hija soġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti, jew (b) istituzzjoni ta’ kreditu oħra fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li hija soġġetta għall-iskrutinju ta’ standard komparabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti,”

“—

‘entità fis-settur pubbliku’ tfisser entità fi ħdan is-‘settur pubbliku’, din l-espressjoni tal-aħħar kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta’ Diċembru 1993 li jispeċifika d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 104 u 104(b) tat-Trattat (**),

(**)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 1.”"

“—

‘każ ta’ inadempjenza’ tfisser kull każ imminenti jew eż.istenti, li l-okkorrenza tiegħu tista’ thedded lil entità fil-qadi tal-obbligi tagħha taħt l-arranġamenti nazzjonali li jimplimentaw din il-Linja ta’ Gwida jew regoli oħrajn (inklużi dawk speċifikati mill-Kunsill Governattiv b’rispett għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema) li japplikaw għar-relazzjoni bejn dik l-entità u xi BĊi tal-Eurosistema, inkluż:

(a)

fejn l-entità m’għadhiex tissodisfa l-kriterji għall-aċċess u/jew rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness II u, jekk applikabbli, l-Anness V;

(b)

il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ falliment b’rabta mal-entità;

(c)

is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni marbuta mal-proċeduri msemmijin fis-subparagrafu (b);

(d)

il-ħruġ mill-entità ta’ dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-inabbiltà tagħha li tħallas id-djun kollha tagħha jew xi parti minnhom jew li tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw b’rabta ma’ kreditu limitat għal jum wieħed;

(e)

id-dħul tal-entità fi ftehim ġenerali volontarju jew ftehim mal-kredituri tagħha;

(f)

fejn l-entità hija, jew hija meqjusa mill-BĊN parteċipant ikkonċernat li hi, falluta jew ma tistax tħallas id-djun tagħha;

(g)

fejn il-bilanċ ta’ kreditu tal-entità fuq il-kont PM tagħha jew l-assi kollha tal-entità jew parti sostanzjali minnhom huma soġġetti għal ordni ta’ iffriżar, sekwestru, qbid jew kull proċedura oħra intiża biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-entità;

(h)

fejn il-parteċipazzjoni tal-entità f’sistema ta’ komponent tat-TARGET2 u/jew f’sistema anċillari ġiet sospiża jew itterminata;

(i)

fejn rappreż.entazzjoni materjali jew dikjarazzjoni pre-kontrattwali magħmula mill-entità jew li huwa implikat li saret mill-entità taħt il-liġi applikabbli hija skorretta jew mhux vera; jew

(j)

l-assenjazzjoni tal-attiv kollu tal-entità jew parti sostanzjali minnu.”

(2)

Il-Paragrafu 1 huwa mibdul b’li gej:

“1.

Kull BĊN parteċipant għandu jipprovdi kreditu limitat għal jum wieħed lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 u li għandhom kont mal-BĊN parteċipant ikkonċernat, sakemm dawn l-entitajiet mhumiex soġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-implimentazzjoni tagħhom, fl-opinjoni ta’ [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, mhijiex kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET2. Madankollu, ebda kreditu limitat għal jum wieħed ma jista’ jingħata lil entità stabbilita f’pajjiż ieħor li mhuwiex l-Istat Membru li fih tinsab is-sede tal-BĊN parteċìpant li miegħu dik l-entità għandha kont.”

(3)

Il-Paragrafu 4 huwa mibdul b’li gej:

“4.

Il-kreditu limitat għal jum wieħed għandu jkun ibbażat fuq garanzija eliġibbli u mogħti permezz ta’ self limitat għal jum wieħed u ggarantit u/jew transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid limitati għal jum wieħed li huma konformi mal-karatteristiċi komuni minimi addizzjonali (inklużi l-każijiet ta’ inadempjenza msemmijin hemm, kif ukoll il-konsegwenzi rispettivi tagħhom) li jispeċifika l-Kunsill Governattiv fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema. Garanzija eliġibbli għandha tikkonsisti mill-istess attiv u strumenti bħala attiv eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, u għandha tkun suġġetta għall-istess regoli dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskju bħal dawk stabbiliti fl-Anness I għal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7.”

(4)

Il-Paragrafu 12 huwa mibdul b’li gej:

“12.

(a)

BĊNi parteċipanti għandhom jissospendu jew jittermianw l-aċċess għall-kreditu limitat għal jum wieħed jekk iseħħ wieħed mill-każijiet ta’ inadempjenza li ġejjin:

(i)

il-kont tal-entità mal-BĊN parteċipant jiġi sospiż jew jingħalaq,

(ii)

l-entità kkonċernata ma tibqax tissodisfa xi wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness għall-provvediment ta’ kreditu limitat għal jum wieħed,

(iii)

tittieħed deċiżjoni minn awtorità kompetenti ġudizzjarja jew oħra biex timplimenta fir-rigward tal-entità proċedura għal-likwidazzjoni tal-entità jew il-ħatra ta’ likwidatur jew uffiċjal analogu għall-entità jew proċedura oħra analoga,

(iv)

l-entità ssir soġġetta għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Unjoni u li jirrestrinġu l-abbiltà tal-entità biex tuża il-fondi tagħha, jew

(b)

BĊNi parteċipanti jsitgħu jissospendu jew jitterminaw l-aċċess għall-kreditu limitat għal jum wieħed jekk BĊN jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET2 skont l-Artikolu 34.2(b) sa (e) tal-Anness II, jew iseħħ wieħed jew aktar mill-każijiet ta’ inadempjenza (minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 34.2(a)); jew

(c)

Jekk l-Eurosistema tissospendi jew tillimita jew teskludi l-aċċess tal-kontropartijiet għal strumenti ta’ politika monetarja abbażi ta’ prudenza jew fatturi oħra skont Taqsima 2.4 tal-Anness 1 għal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7, il-BĊNi parteċipanti għandhom għaldaqstant jimplimentaw dik is-sospensjoni jew limitazzjoni jew esklużjoni fir-rigward tal-aċċess għall-kreditu limitat għal jum wieħed skont dispożizzjonijiet fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN rispettiv.”

4.

L-Anness IV tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 huwa emendat kif gej:

(1)

Il-paragrafu 9(4) huwa mibdul b’li gej:

“(4)

Il-banek tas-saldu u l-ASs għandhom ikollhom aċċess għall-informazjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu nnotifikati dwar il-kompletar jew il-falliment tas-saldu. Jekk l-AS iniedi t-trasferiment ta’ likwidità mill-kont mera għall-kont PM tal-bank tas-saldu, il-banek tas-saldu li jaċċessaw it-TARGET2 permezz ta’ min jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu informati bil-ikkreditar permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 202. Parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.”

(2)

Il-paragrafu 10(4) huwa mibdul b’li gej:

“(4)

Il-banek tas-saldu u l-ASs għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu notifikati bl-ikkompletar jew il-falliment tas-saldu permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu li jaċċessaw it-TARGET2 permezz ta’ min jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.”

(3)

Il-paragrafu 11(5) huwa mibdul b’li gej:

“(5)

Il-banek tas-saldu u l-ASs għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu notifikati bl-ikkompletar jew il-falliment ta’ saldu abbażi tal-opzjoni magħżula – notifika waħda jew globali. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati bis-saldu li rnexxa permezz ta messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.”

(4)

Il-paragrafu 12(9) huwa mibdul b’li gej:

“(9)

Il-banek tas-saldu u l-ASs għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu notifikati dwar il-kompletar jew il-falliment tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati bis-saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.”

(5)

Il-paragrafu 13(3) huwa mibdul b’li gej:

“(3)

Il-banek tas-saldu u l-ASs għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. L-ASs għandhom ikunu notifikati dwar il-kompletar jew il-falliment tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.”

(6)

Il-paragrafu 14(2) huwa mibdul b’li gej:

“(2)

Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910 u l-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM dwar l-ikkreditar u d-debitar tal-kontijiet PM tagħhom u, fejn applikabbli, tas-sub-kontijiet tagħhom.”

(7)

Il-paragrafu 14(7)(c) huwa mibdul b’li gej:

“(c)

Ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta’ messaġġ MT 202 jew immappjar awtomatiku għal MT 202 mill-iskrins għall-parte1ipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet, li jista’ jiġi mibgħut biss matul il-proċedura 6 tas-saldu u biss matul ipproċessar li jsir mal-ġurnata. Dawn l-ordnijiet għandhom ikunu ssaldati immedjatament.”

(8)

Fl-Artiklu 14(12), it-tieni subparagrafu huwa mibdul b’li ġej:

“L-AS li jniedi l-istruzzjoni għall-ħlas u l-AS l-ieħor għalndhom ikunu notifikati mal-ikkompletar tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.”

(9)

Fl-Artiklu 14(13), it-tieni subparagrafu huwa mibdul b’li ġej:

“L-AS li jniedi l-istruzzjoni għall-ħlas u l-AS l-ieħor għandhom ikunu notifikati mal-ikkompletar tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.”

(10)

Fil-paragrafu 14(17), it-tieni subparagrafu huwa mibdul b’li ġej:

“L-AS li jniedi l-istruzzjoni għall-ħlas u l-AS l-ieħor għandhom ikunu notifikati mal-ikkompletar tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.”

(11)

Fil-paragrafu 14(18), it-tieni subparagrafu huwa mibdul b’li ġej:

“L-AS li jniedi l-istruzzjoni għall-ħlas u l-AS l-ieħor għandhom ikunu notifikati mal-ikkompletar tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b’saldu li rnexxa permezz ta’ messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta’ messaġġ fuq l-ICM.”



ANNESS II

L-Anness V li ġej qiegħed jiżdied:

“ANNESS V

KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI SUPPLIMENTARI U MODIFIKATI GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FIT-TARGET2 PERMEZZ TA’ AĊĊESS IBBAŻAT FUQ L-INTERNET

Artikolu 1

Skop

Il-Kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet biex jaċċedu għal kont wieħed PM jew aktar skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, minbarra d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II, japplikaw id-definizzjoniet li ġejjin:

‘awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni’ tfisser BĊ wieħed jew aktar identifikati bħala tali mill-Kunsill Governattiv biex jaġixxu f’isem l-Eurosistema għall-ħruġ, il-ġestjoni, ir-revoka u tiġdid ta’ ċertifikati elettroniċi,

‘ċertifikati elettroniċi’ jew ‘ċertifikati’ tfisser fajl elettroniku, maħruġ mill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li jorbot public key b’identità u li jintuża għal li ġej: biex jivverifika li public key tappartjeni lil individwu, biex jiġi awtentikat id-detentur, biex jikkontrolla l-firma mingħand dan l-individwu jew biex jaqleb f’kowd messaġġ indirizzat lil dan l-individwu. Iċ-ċertifikati jinżammu fuq strument fiżiku bħal kard biċ-ċipp fiha jew USB stick, u r-referenzi għaċ-ċertifikati jinkludu strumenti fiżiċi bħal dawn. Iċ-ċertifikati huma strumentali fil-proċess ta’ awtentikazzjoni tal-parteċipanti li qed jaċċedu għal TARGET2 permezz tal-Internet u qed jissottomettu messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ verifika,’

‘detentur ta’ ċertifikat’ tfisser persuna individwali, imsemmija, identifikata u indikata minn parteċipant ta’ TARGET2 bħala awtorizzata biex ikollha aċċess ibbażat fuq l-Internet għall-kont TARGET2 tal-parteċipant. L-applikazzjoni tagħhom għal ċertifikati tkun ġiet ivverifikata mill-BĊN tal-pajjiż tal-parteċipant u trasmessa lill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li min-naħa tagħhom ikunu kkunsinnaw ċertifikati li jorbtu l-kodiċi pubbliku mal-kredenzjali li jidentifikaw lill-parteċipant,

‘aċċess ibbażat fuq l-internet’ tfisser li l-parteċipant għażel kont PM li jista’ jkun hemm aċċess għalih permezz tal-Internet biss u l-parteċipant jissottometti messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ verifika lil TARGET2 peremzz tal-Internet,’

‘fornitur tas-servizz tal-internet’ tfisser il-kumpanija jew organizzazzjoni, jiġifieri l-gateway, użat mill-parteċipant TARGET2 għall-finijiet ta’ aċċess għall-kont TARGET2 tagħhom permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet inapplikabbli

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Anness II m’għandhomx japplikaw fir-rigward tal-aċċess ibbażat fuq l-Internet:

L-Artikolu 4(1)(c) u (2)(d); l-Artikolu 5(2), (3) u (4); l-Artikoli 6 u 7; l-Artikolu 11(8); l-Artikolu 14(1)(a); l-Artikolu 17(2), l-Artikoli 23 sa 26; l-Artikolu 41; u l-Appendiċi I, VI u VII.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet supplimentari u modifikati

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Anness II għandhom japplikaw fir-rigward tal-aċċess ibbażat fuq l-Internet kif modifikati hawn taħt:

1.

L-Artikolu 2(1) huwa mibdul b’li ġej:

‘1.   L-Appendiċi li ġejjin jifformaw parti integrali ta’ dawn il-Kundizzjonijiet u japplikaw għall-parteċipanti li jaċċedu għal kont PM permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet:

Appendiċi IA għall-Anness V: Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar ta’ ordnijiet għall-ħlas għal aċċess ibbażat fuq l-Internet

Appendiċi IIA għall-Anness V: Skeda ta’ miżati u ħruġ ta’ fatturi għal aċċess ibbażat fuq l-Internet

Appendiċi II: Skema ta’ kumpens TARGET2

Appendiċi III: Termini ta’ referenza għall-capaċità u opinjonijiet tal-pajjiż

Appendiċi IV, ħlief għall-paragrafu 7(b) tiegħu: Il-kontinwità tas-servizz u proċeduri ta’ kontinġenza

Appendiċi V: Skeda tal-operat’

2.

L-Artikolu 3 huwa modifikat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu 4 huwa mibdul b’li gej:

‘4.   Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizzi taħt dawn il-Kundizzjonijiet. L-azzjonijiet u l-ommissjonijiet tal-BĊi li jipprovdu l-SSP u/jew tal-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu kkunsidrati bħala azzjonijiet u ommissjonijiet ta’ [inserixxi l-isem tal-BĊ], li għalihom għandu jassumi r-responsabbiltà skont l-Artikolu 31 hawn taħt. Il-parteċipazzjoni skont dawn il-Kundizzjonijiet m’għandhiex toħloq relazzjoni kuntrattwali bejn il-parteċipanti u l-BĊi li jipprovdu l-SSP meta dawn tal-aħħar jaġixxo f’dik il-kapaċità. L-istruzzjonijiet, il-messaġġi jew l-informazzjoni li parteċipant jirċievi mingħand, jew jibgħat lil, l-SSP b’rabta mas-servizzi pprovduti taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma meqjusin bħala li waslu mingħand, jew mibgħuta lil, [inserixxi l-isem tal-BĊ].’

(b)

Il-Paragrafu 6 huwa mibdul b’li gej:

‘6.   Il-parteċipazzjoni fit-TARGET2 tidħol fis-seħħ permezz ta’ parteċipazzjoni f’sistema ta’ komponent tat-TARGET2. Dawn il-Kundizzjonijiet jiddeskrivu d-drittijiet u l-obbligi lejn xulxin tal-parteċipanti fit-TARGET2- [inserixxi r-referenza għall-BĊ/pajjiż u l-[inserixxi l-isem tal-BĊ]. Ir-regoli dwar l-ipproċessar tal-ordnijiet għall-ħlas (Titlu IV) jirreferu għall-ordnijiet għall-ħlas kollha sottomessi jew il-ħlasijiet li waslu għand parteċipant tat-TARGET2 u għandhom japplikaw soġġetti għall-Anness V.’

3.

L-Artikolu 4(2)(e) huwa mibdul b’li ġej:

‘(e)

istituzzjonijiet ta’ kreditu jew kull entità mit-tipi elenkati taħt is-subparagrafi (a) sa (c), fiż-żewġ każijiet fejn dawn huma stabbiliti f’pajjiż li miegħu l-Unjoni daħal fi ftehim monearju li jippermetti l-aċċess għal sistemi ta’ ġlas fl-Unjoni minn kull waħda minn dawn l-entitajiet, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim monetarju u bil-patt li s-sistema legali relevanti li tapplika fil-pajjiż hija ekwivalenti għal-leġislazzjoni relevanti tal-Unjoni.’

4.

L-Artikolu 8 huwa modifikat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1(a)(i) huwa mibdul b’li ġej:

‘1.   Biex jiftħu kont PM li huwa aċċessibbli permezz tal-Internet fit-TARGET2-[inserixxi r-referenza għall-BĊ/pajjiż], il-parteċipanti applikanti għandhom:

(a)

jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi li ġejjin:

(i)

jinstallaw, jiġġestixxu, joperaw u jimmonitorjaw u jiżguraw is-sigurtà tal-infrastruttura tal-IT neċessarja għal konnessjoni mat-TARGET2-[inserixxi r-referenza għall-BĊ/pajjiż] u jissottomettulu ordnijiet għall-ħlas, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-Appendiċi IA tal-Anness V. Meta jagħmlu dan, il-parteċipanti applikanti jistgħu jinvolvu lil partijiet terzi, iżda jżommu r-responsabbiltà huma, u’

(b)

Il-paragrafu 1(c) li ġej huwa miżjud:

‘(c)

jispeċifikaw illi jixtiequ jaċċedu għall-kont PM tagħhom permezz tal-Internet, u japplikaw għal kont PM separat fit-TARGET2 jekk jixtiequ ukoll li jkunu jistgħu jaċċedu għat-TARGET2 permezz ta’ min jipprovdi s-servizz ta’ komunikazzjoni. L-applikanti għandhom jissottomettu applikazzjoni mimlija kif suppost għall-ħruġ taċ-ċertifikati elettroniċi meħtieġa biex jaċċedu għat-TARGET2 permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet.’

5.

L-Artikolu 9 huwa modifikat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 3 huwa mibdul b’li gej:

‘3.   Il-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jitħallew biss jaraw id-direttorju tat-TARGET2 online u ma jistgħux iqassmuh kemm internament kif ukoll esternament.’

(b)

Il-paragrafu 5 huwa mibdul b’li gej:

‘5.   Il-parteċipanti jirrikonoxxu illi l-[inserixxi l-isem tal-BĊ] u BĊi oħra jistgġu jippubblikaw l-ismijiet tal-parteċipanti u l-BICi.’

6.

L-Artikolu 10 huwa modifikat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 huma mibdulin b’li ġej:

‘1.   Il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] għandu joffri l-aċċess ibbażat fuq l-Internet deskritt fl-Anness V. Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f’dawn il-Kundizzjonijiet jew mitlub mil-liġi, il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] għandu juża l-mezzi kollha raġjonevoli fis-setgħa tiegħu biex iwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn il-Kundizzjonijiet, mingħajr ma jiggrarantixxi riżultat.

2.   Il-parteċipanti li jużaw aċċess għat-TARGET2 ibbażat fuq l-Internet għandhom iħallsu l-miżati stabbiliti fl-Appendiċi IIA għall-Anness V.’

(b)

Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

‘5.   Il-parteċipanti għandhom jagħmlu ż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a)

jivverifikaw attivament, b’intervalli regolari matul kull jum tan-negozju, l-informazzjoni kollha għad-disposizzjoni tagħhom fuq l-ICM, partikolarment għal informazzjoni b’rabta ma’ żviluppi importanti fis-sistema (bħal messaġġi li jirrigwardaw is-saldu ta’ sistemi anċillari) u okkażjonijiet ta’ esklużjoni jew sospensjoni ta’ parteċipant. Il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] m’għandux jinżamm responsabbli għal telfiet, diretti jew indiretti, li jirriżultaw min-nuqqas ta’ parteċipant li jagħmel dawn il-verifiki; u

(b)

f’kull ħin jiżguraw kemm il-konformità mar-rekwiżiti dwar is-sigurtà speċifikati fl-Appendiċi IA għall-Anness V, partikolarment fir-rigward tal-konservazzjoni taċ-ċertifikati, u jħarsu r-regoli u l-proċeduri biex jiżguraw illi d-detenturi ta’ ċertifikat huma konxji tar-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-konservazzjoni taċ-ċertifikati.’

7.

L-Artikolu 11 huwa modifikat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 5a li ġej huwa miżjud:

‘5a.   Il-parteċipanti huma responsabbli għall-aġġornament f’waqtu ta’ formoli għall-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi meħtieġa għall-aċċess għat-TARGET2 permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet u għas-sottomissjoni ta’ formoli ġodda għall-ħruġ ta’ dawn iċ-ċertifikati elettroniċi lill-[inserixxi l-isem tal-BĊ]. Il-parteċipanti huma responsabbli biex jivverifikaw l-eż.attezza ta’ informazzjoni dwarhom li tiddaħħal fir-TARGET2-[inserixxi referenza għall-BĊ/pajjiż] mill-[inserixxi l-isem tal-BĊ].’

(b)

Il-paragrafu 6 huwa mibdul b’li gej:

‘6.   Il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] għandu jitqies li huwa awtorizzat biex jikkomunika lill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni kull informazzjoni dwar il-parteċipanti li tista’ tkun meħtieġa mill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni.’

8.

L-Artikolu 12(7) huwa mibdul b’li ġej:

‘7.   Il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] għandu jagħmel disponibbli rendikont ta’ kuljum lil kull parteċipant li għażel li jkollu dan is-servizz.’

9.

L-Artikolu 13(b) huwa mibdul b’li ġej:

‘(b)

istruzzjoni ta’ debitu dirett riċevuti taħt awtorizzazzjoni ta’ debitu dirett. Il-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet m’għandhomx ikunu jistgħu jibagħtu istruzzjonijiet ta’ debitu dirett mill-kont PM tagħhom, u’

10.

L-Artikolu 14(1)(b) huwa mibdul b’li ġej:

‘(b)

il-messaġġ għall-ħlas huwa konformi mar-regoli u l-kundizzjoni tat-TARGET2-[inserixxi referenza għall-BĊ/pajjiż] dwar l-ifformattjar u jgħaddi mill-verifika doppja deskritta fl-Appendiċi I! għall-Anness V, u’

11.

L-Artikolu 16(2) huwa mibdul b’li ġej:

‘2.   Il-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet m’għandhomx jitħallew jużaw il-funzjonalità tal-grupp AL fir-rigward tal-kont PM tagħhom aċċessibbli permezz tal-Internet, jew jikkombinaw dak il-kont PM aċċessibbli permezz tal-Internet ma’ xi kont TARGET2 ieħor li tiegħu huma detentur. Il-limiti jistgħu jiġu stabbiliti biss b’rabta ma’ grupp AL kollu. Il-limiti m’għandhomx jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ kont PM wieħed ta’ membru ta’ grupp AL.’

12.

L-Artikolu 18(3) huwa mibdul b’li ġej:

‘3.   Meta jintuża l-Indikatur tal-Ħin tal-Aħħar Debitu, l-ordni għall-ħlas aċċettata għandha tintbagħat lura bħala mhux issaldat jekk ma jistax ikun issaldat sal-ħin tad-debitu indikat. 15-il minuta qabel il-ħin tad-debitu definit, il-parteċipant li jagħti l-istruzzjoni għandu jkun informat permezz tal-ICM, u mhux tintbagħatlu notifika awtomatika permezz tal-ICM. Il-parteċipant li jagħti l-istruzzjoni jista’ juża ukoll l-Indikatur tal-Ħin tal-Aħħar Debitu bħala indikatur ta’ avviż biss. F’każijiet bħal dawn l-ordni għall-ħlas ikkonċernata m’għandhiex tintbagħat lura.’

13.

L-Artikolu 21(4) huwa mibdul b’li ġej:

‘4.   Fuq talba ta’ min iħallas, il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] jista’ jiddeċiedi li jbiddel il-pożizzjoni fil-kju ta’ ordni għall-ħlas li hija urġenti ħafna (ħlief għal ordnijiet għall-ħlas li huma urġenti ħafna fil-kuntest ta’ proċeduri tas-saldu 5 u 6) bil-patt li din il-bidla ma teffettwax is-saldu bla xkiel minn sistemi anċillari fit-TARGET2 jew ma jwassalx mod ieħor għal riskju sistemiku.’

14.

L-Artikolu 28 huwa modifikat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li gej:

‘1.   Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jimplimentaw verifiki tas-sigurtà adegwati, partikolarment dawk speċifikati fl-Appendiċi IA għall-Anness V, biex jipproteġu s-sistemi tagħhom kontra l-aċċess u l-użu mhux awtorizzat. Il-parteċipanti għandhom ikunu responsabbli esklussivament għall-protezzjoni adegwata tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi tagħhom.’

(b)

Il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud:

‘4.   Il-parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jinformaw lil [inserixxi l-isem tal-BĊ] immedjatament b’kull okkorrenza li tista’ teffettwa l-validità taċ-ċertifikati, partikolarment dawk l-okkorrenzi speċifikati fl-Appendiċi IA tal-Anness V, inkluz mingħajr limitazzjoni kull telf jew użu mhux xieraq.’

15.

L-Artikolu 29 huwa mibdul b’li ġej:

‘Artikolu 29

Użu tal-ICM

1.   L-ICM:

(a)

iħalli lill-parteċipanti jdaħħlu l-ħlasijiet;

(b)

iħalli lill-parteċipanti jaċċedu għall-informazzjoni li tirrigwarda l-kontijiet tagħhom u jiġġestixxu l-likwidità;

(c)

jista’ jintuża biex iniedi ordnijiet għat-trasferiment tal-likwidità; u

(d)

iħalli l-parteċipanti jaċċedu għal messaġġi tas-sistema.

2.   Aktar dettalji tekniċi dwar l-ICM li għandu jintuża b’konnessjoni mal-aċċess ibbażat fuq l-Internet jinsabu fl-Appendiċi IA tal-Anness V.’

16.

L-Artikolu 32 huwa modifikat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

‘1.   Sakemm mhux ipprovdut mod ieħor f’dawn il-Kundizzjonijeit, il-messaġġi kollha marbutin mall-ħlas u l-ipproċessar tal-ħlas b’rabta ma’ TARGET2, bħall-konfermi tad-debiti jew il-krediti, jew messaġġi ta’ rendikont, bejn il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandu jkun disponibbli għall-parteċipant fuq l-ICM.’

(b)

Il-paragrafu 3 huwa mibdul b’li gej:

‘3.   Jekk tfalli konnessjoni ta’ parteċipant, il-parteċipant għandu juża l-mezz alternattiv għat-trasmissjoni tal-messaġġi stabbilit fl-Appendiċi IA ta’ Anness V. F’każijiet bħal dawn, il-verżjoni mfaddla jew stampata tal-messaġġ prodott mill-[inserixxi l-isem tal-BĊ] għandu jkun aċċettat bħala evidenza.’

17.

L-Artikolu 34(4)(c) huwa mibdul b’li gej:

‘(c)

La darba messaġġ imxandar mill-ICM ikun sar disponibbli għall-parreċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet, dawk il-parteċipanti għandhom jitqiesu li huma informati bit-terminazzjoni/sospensjoni tal-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET2-[inserixxi referenza għall-BĊ/pajjiż] jew sistema ta’ komponent ieħor tat-TARGET2. Il-parteċìpanti għandhom iġorru kull telf li jirriżulta mis-sottomissjoni ta’ ordni għall-ħlas lill-parteċipanti li l-parteċipazzjoni tagħhom ġiet sospiża jew itterminata jekk dan l-ordni għall-ħlas ikun iddaħħal fit-TARGET2-[inserixxi r-referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li l-messaġġ imxandar mill-ICM ikun sar disponisbbli.’

18.

L-Artikolu 39(1) huwa mibdul b’li ġej:

‘1.   Il-parteċipanti għandhom ikunu meqjusa li jafu dwar, u ser jikkonformaw ma’, l-obbligi kollha tagħhom marbutin ma’ leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi nukleari, partikolarment bħala miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa li jikkonċernaw ħlasijiet iddebitati minn jew ikkreditati fuq il-kontijiet PM tagħhom. Qabel ma jidħlu f’relazzjoni kuntrattwali ma’ min jipprovdi s-servizz tal-Internet, parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu mgħarrfa bil-politka dwar l-irkupru tad-dejta ta’ min jipprovdi s-servizz tal-Internet.’

19.

L-Artikolu 40(1) huwa mibdul b’li ġej:

‘1.   Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f’dawn il-Kundizzjonijiet, l-avviżi kollha meħtieġa jew permessi skont dawn il-Kundizzjoni għandhom jintbagħtu permezz tal-posta rreġistrata, faksimile jew bil-miktub mod ieħor. Avviżi lil [inserixxi l-isem tal-BĊ] għandhom ikunu sottomessi lill-kap tal-[inserixxi d-dipatriment għas-servizzi ta’ pagament jew it-taqsima relevanti tal-BĊ]. Avviżi lill-parteċipant għandhom jintbaghtulu fl-indirizz, numru ta’ faks jew indirizz BIC tiegħu li l-parteċipant jista’ minn żmien għal żmien jinnotofika bihom lil [inserixxi l-isem tal-BĊ].’

20.

L-Artikolu 45 huwa mibdul b’li ġej:

‘Artikolu 45

Separabbiltà

Jekk xi dispożizzjoni f’dawn il-Kundizzjonijiet jew fl-Anness V hija jew issir invalida, dan m’għandux jippreġudika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn il-Kundizzjonijiet jew ta’ Anness V.’

Appendiċi IA

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ ORDNIJIET GĦALL-ĦLAS GĦALL-AĊĊESS IBBAŻAT FUQ L-INTERNET

Minbarra l-Kundizzjonijiet għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għall-ipproċessar ta’ ordnijiet għall-ħlas permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet:

1.   Rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[inserixxi referenza għall-BĊ/pajjiż] fir-rigward tal-infrastruttura, in-network u l-formati.

(1)

Kull parteċipant li juża aċċess ibbażat fuq l-Internet għandu jqabbad mal-ICM tat-TARGET2 permezz ta’ klijent lokali, sistema operattiva u brawżer tal-internet kif speċifikat fl-anness ‘Parteċipazzjoni bbażata fuq l-internet – Rekwiżiti tas-sistema għall-aċċess tal-Internet’ tal-Ispeċìfikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS), bil-programmazzjonijiet definiti Il-kont PM ta’ kull parteċipant għandu jkun identifikat permezz ta’ BIC bi tmien jew ħdax-il ċifra Barra minn hekk, kull parteċipant għandu jgħaddi sejew ta’ testijiet biex jipprova l-kompetenza teknika u operattiva tiegħu qabel ma jkun jista’ jipparteċipa fit-TARGET2-[inserixxi r-referenza għall-BĊ/pajjiż].

(2)

Għas-sottomissjoni ta’ ordnijiet għall-ħlas u l-iskambju ta’ messaġġi ta’ ħlas fil-PM għandha tintuża l-pjattaforma TARGET2 BIC TRGTXEPMLVP bħala l-mittent/riċevitur tal-messaġġ. Ordnijiet għall-ħlas mibgħutin lil parteċipant permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-internet għandhom jidentifikaw lil dak il-parteċipant riċevitur fl-ispazju għall-istituzzjoni benefiċjarja. Ordnijiet għall-ħlas li jsiru minn parteċipant permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-internet għandhom jidentifikaw lil dak il-parteċipant bħala l-istituzzjoni li qed tagħti l-ordni.

(3)

Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-internet jużaw servizzi ta’ infrastruttura għall-kodiċi pubbliku kif speċifikat ‘fil-Manwal għall-Utent dwar l-Aċċess għall-Internet għas-servizz ta’ ċertifikazzjoni tal-kodiċi pubbliku’.

2.   Tipi ta’ messaġġi ta’ ħlas

(1)

Parteċipanti b’aċċess ibbażat fuq l-internet jistgħu jagħmlu t-tipi ta’ ħlasijiet li ġejjin:

(a)

ħlasijiet mill-klijent, jiġifieri trasferimenti ta’ kreditu li għalihom il-klijent li qed jordna u/jew benefiċjarju mhumiex istituzzjonijiet fiannzjarji,

(b)

ħlasijiet mill-klijent STP, jiġifieri trasferimenti ta’ kreditu li għalihom il-klijent li qed jordna u/jew benefiċjarju mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji, eż.egwiti b’metodu ta’ pproċessar kontinwu mill-bidu sat-tmiem,

(c)

trasferimenti minn bank għal bank bien jintalab iċ-ċaqlieq ta’ fondi bejn istituzzjonijiet finanzjarji,

(d)

ħlasijiet ta’ kopertura biex jintalab iċ-ċaqlieq ta’ fondi bejn istituzzjonijiet finanzjarji b’rabta ma’ trasferiment sottostanti ta’ kreditu ta’ klijent.

Barra minnhekk, parteċipanti li jużaw aċċess għal kont PM ibbażat fuq l-internet jistgħu jirċievu ordnijiet ta’ debitu dirett.

(2)

Il-parteċipanti għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet kif definiti f’Kapitlu 9.1.2.2 tal-UDFS, Ktieb 1.

(3)

Il-kontenut għandu jkun ivvalidat fil-livell ta’ TARGET2-[inserixxi riferenza għall-pajjiż/BĊ] skont ir-rekwiżiti tal-UDFS. Il-parteċipanti jistgħu jiftiehmu bejniethom dwar regoli speċifiċi li jirrigwardaw il-kontenut. Madankollu, fit-TARGET2-[inserixxi referenza għall-pajjiż/BĊ] m’għandu jkun hemm ebda verifiki speċifiċi dwar jekk parteċipanti jikkonformawx ma’ regoli bħal dawn.

(4)

Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-internet jistgħu jagħmlu ħlasijiet ta’ kopertura permezz ta’ TARGET2, jiġifieri ħlasijiet li jsiru minn banek korrispondenti biex jissaldaw (ikopru) messaġġi ta’ trasferiment ta’ kreditu li huma sottomessi lil bank ta’ klijent b’mezz ieħor, li huwa aktar dirett. Id-dettalji tal-klijent inklużi f’dawn il-ħlasijiet ta’ saldu m’għandhomx jintwerew fl-ICM.

3.   Verifika kontra kitba doppja

(1)

L-ordnijiet għall-ħlas kollha għandhom jgħaddu minn verifika kontra kitba doppja, li l-għan tagħha huwa li tirrifjuta ordnijiet għall-ħlas li ġew sottomessi aktar minn darba bi żball.

(2)

Is-sessjonijiet li ġejjin tat-tipi ta’ messaġġ għandhom jiġu vverifikati:

Dettalji

Parti tal-messaġġ

Sezzjoni

Mittent

Intestatura Bażika

Indirizz BIC

Tip ta’ Messaġġ

Intestatura tal-Applikazzjoni

Tip ta’ Messaġġ

Riċevitur

Intestatura tal-Applikazzjoni

Indirizz tad-Destinazzjoni

Numru ta’ Referenza tat-Transazzjoni (TRN)

Blokk għat-Test

:20

Referenza Relatata

Blokk għat-Test

:21

Data tal-Valur

Blokk għat-Test

:32

Ammont

Blokk għat-Test

:32

(3)

Jekk is-sezzjonijiet kollha deskritti fis-subparagrafu 2 b’rabta ma’ ordni għall-ħlas ġdida li ġiet sottomessa huma identiċi għal dawk b’rabta ma’ ordni għall-ħlas li diġa ġiet aċċettata, l-ordni għall-ħlas ġdida li ġiet sottomessa għandha tintbagħat lura.

4.   Kodiċijiet li jidentifikaw l-iżball

Jekk ordni għall-ħlas tiġi rrifjutata, notifika ta’ abort għandha tiġi pprovduta permezz tal-ICM biex tindika r-raġuni għar-rifjut permezz ta’ kodiċijiet li jidentifikaw l-iżball. Il-kodiċijiet li jidentifikaw l-iżball huma definiti f’Kapitlu 9.4.2 tal-UDFS.

5.   Ħinijiet predeterminati għas-saldu

(1)

Għal ordnijiet għall-ħlas li jużaw l-Indikatur tal-Ħin tal-Ewwel Debitu, il-kodiċi ‘/FROTIME/’ għandu jintuża.

(2)

Għal ordnijiet għall-ħlas li jużaw l-Indikatur tal-Ħin tal-Aħħar Debitu, għandhom ikunu disponibbli żewġ għażliet.

(a)   Il-kodiċi ‘/REJTIME/’: jekk l-ordni għall-ħlas ma jistax jiġi ssaldat sal-ħin tad-debitu indikat, l-ordni għall-ħlas għandu jintbagħat lura.

(b)   Il-kodiċi ‘/TILTIME/’: jekk l-ordni għall-ħlas ma jistax jiġi ssaldat sal-ħin tad-debitu indikat, l-ordni għall-ħlas m’għandux jintbagħat lura iżda għandu jinżamm fil-kju relevanti..

Taħt iż-żewġ opzjonijiet, jekk ma jkunx hemm saldu ta’ ordni għall-ħlas b’Indikatur tal-Ħin għall-Aħħar Debitu sa 15-il minuta qabel il-ħin indikat fiha, notifika għandha tiġi pprovduta awtomatikament permezz tal-ICM.

(3)

Jekk jintuża l-kodiċi ‘/CLSTIME/’, il-ħlas għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħall-ordni għall-ħlas li għaliha hemm referenza fis-subparagrafu 2(b)

6.   Saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas fl-entry disposition

(1)

Verifiki ta’ bilanċ u, jekk xieraq, verifiki ta’ bilanċ estiżi (iż-żewġ kelmiet hekk kif definiti fil-paragrafi 2 u 3) għandhom isiru fuq ordnijiet għall-ħlas mdaħħlin fl-entry disposition sabiex jipprovdu saldu gross ta’ ordnijiet għall-ħlas li huwa veloċi u jifranka l-likwidità.

(2)

Verifika ta’ bilanċ għandha tiddetermina jekk l-ordnijiet għall-ħlas ta’ min għandu jirċievi l-ħlas li jinsabu fuq quddiem ta’ dawk li huma urġenti ħafna, fejn mhux applikabbli, il-kju urġenti, humiex disponibbli biex ikunu bbilanċati kontra l-ordni għall-ħlas ta’ min qed jagħmel il-ħlas (minn hawn ‘il quddiem’ ordnijiet għall-ħlas ‘ta bilanċ’). Jekk ordni għall-ħlas ta’ bilanċ ma jipprovdix fondi suffiċjenti għall-ordni tal-ħlas ta’ min qed jagħmel il-ħlas rispettiv fl-entry disposition, għandu jiġi determinat jekk hemmx likwidità disponibbli biżżejjed fil-kont PM ta’ min qed jagħmel il-ħlas.

(3)

Jekk il-verifika ta’ bilanċ tfalli, il-[inserixxi l-isem tal-BĊ] jista’ jagħmel verifika ta’ bilanċ estiża. Verifika ta’ bilanċ estiża tiddetermina jekk ordnijiet għall-ħlas ta’ bilanċ humiex disponibbli f’waħda mill-kjuwijiet ta’ min qed jirċievi l-ħlas irrispettivament minn meta ngħaqdu mal-kju. Madankollu, Jekk fil-kju ta’min qed jirìevi l-ħlas hemm ordnijiet għall-ħlas ta’prijorità ogħla indirizzati lil parteċipanti TARGET2 oħrajn, il-prinċipju FIFO jista’ jinkiser biss jekk is-saldu ta’ din l-ordni għall-ħlas ta’ bilanċ jirriżulta f’żieda fil-likwidità għal min qed jirċievi l-ħlas.

7.   Saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas fil-kju

(1)

It-trattament ta’ ordnijiet għall-ħlas imqiegħda fi kjuwijiet jiddependi fuq il-klassi ta’ prijorità li magħha ġiet abbinata mill-parteċipant li qed jagħti l-istruzzjoni.

(2)

Ordnijiet għall-ħlas fil-kjuwijiet urġenti ħafna u urġenti għandu jsir saldu tagħhom permezz tal-verifiki ta’ bilanċ deskritti fil-paragrafu 6, u jibdew bl-ordni għall-ħlas fuq quddiem tal-kju f’każijiet fejn hemm żieda fil-likwidità jew hemm intervent f’livell ta’ kju (bidla tal-pożizzjoni fil-kju, il-ħin tas-saldu jew il-prijorità, jew revoka tal-ordni għall-ħlas).

(3)

Ordnijiet għall-ħlas fil-kju normali għandu jsir sald tagħhom fuq bażi kontinwa inklużi l-ornijiet għall-ħlas urġenti ħafna u urġenti li għadu ma sarx saldu tagħhom. Jintużaw mekkaniżmi ta’ ottimazzjoni (algoriżmi) differenti. Jekk algoriżmu jirnexxi, l-ordnijiet għall-ħlas inklużi għandu jsir saldu tagħhom; jekk algoriżmu ma jirnexxix, l-ordnijiet għall-ħlas jibqgħu fil-kju. Tliet algoriżmi (1 sa 3) għandhom jiġu applikati sabiex jibbilanċjaw il-flussi tal-pagament. Permezz ta’ Algoriżmu 4, il-proċedura tas-saldu 5 (kif definita f’Kapitlu 2.8.1 tal-UDFS) għandha tkun disponibbli għall-istruzzjonijiet għas-saldu tal-ħlas ta’ sistemi anċillari. Biex jiġi ottimizzat is-saldu ta’ transazzjonijiet tas-sistema anċillari li huma urġenti ħafna fis-subkontijiet tal-parteċipanti, għandu jintuża algoriżmu speċjali (Algoriżmu 5).

(a)

Taħt Algoriżmu 1 (‘kollox-jew-xejn’) il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu, kemm għal kull relazzjoni li fir-rigward tagħha ġie stabbilit limitu bilaterali kif ukoll għas-somma totali ta’ relazzjonijiet li għalihom ġie stabbilit limit multilaterali:

(i)

jikkalkula l-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kull kont PM ta’ parteċipant TARGET2 billi jistabbilixxi jekk l-aggregat tal-ordnijiet għall-ħlas ħerġin u deġlin li huma pendenti fil-kju huwiex negattiv jew pożittiv u, jekk huwa negattiv, jivverifika jekk jeċċedix il-likwidità disponibbli ta’ dak il-parteċipant (il-pożiżżjoni tal-likwidità totali għandha tikkostitwixxi l-‘pożizzjoni tal-likwidità totali’); u

(ii)

jivverifika jekk il-limiti u r-riżervi stabbiliti minn kull parteċipant TARGET2fir-rigward ta’ kull kont PM relevanti humiex irrispettati.

Jekk l-eżitu ta’ dawn il-kalkoli u verifiki huwa pożittiv għal kull kont PM relevanti, il-[inserixxi isem il-BĊ] u BĊi oħrajn involuti għandhom jissaldaw il-ħlasijiet kollha fl-istess ħin fuq il-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati.

(b)

Taħt l-Algoriżmu 2 (‘parzjali’) il-[inserixxi isem tal-BĊ] għandu:

(i)

jikkalkula u jivverifika il-pożizzjonijiet tal-likwidità, il-limiti u r-riżervi ta’ kull kont PM rilevanti skont l-Algoriżmu 1; u

(ii)

jekk il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kont PM wieħed relevanti jew aktar huwa negattiv, oħroġ ordnijiet għall-ħlas individwali sakemm il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kull kont PM relevanti tkun pożittiva.

Minn hemm ‘il quddiem, il-[inserixxi isem il-BĊ] u l-BĊi oħrajn involuti għandhom, sakemm ikun hemm fondi suffiċjenti, għandhom jagħmlu saldu tal-ħlasijiet kollha li jkun għad baqa’ (ħlief għall-ordnijiet għall-ħlas maħruġin) fl-istess ħin fuq il-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati.

Meta jkunu qed joħorġu ordnijiet għall-ħlas, il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jibda mill-kont PM tal-parteċipant fit-TARGET2 bl-ogħla pożizzjoni ta’ likwidità totali negattiva u mill-ordni għall-ħlas fl-aħħar tal-kju bl-aktar prijorità baxxa. Il-proċess tal-għażla għandu jiskorri biss għall żmien qasir, li għandu jiġi determinat minn [inserixxi isem il-BĊ] fid-diskrezzjoni tiegħu.

(c)

Taħt l-Algoriżmu 3 (‘multiplu’) il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu:

(i)

iqabbel kontijiet PM ta’ pari ta’ parteċipanti fit-TARGET2 sabiex jiddetermina jekk oprdnijiet għall-ħlas fil-kju jistax isir saldu tagħhom fil-likwidità disponibbli fil-kontijiet taż-żewġ parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati u fil-limiti stabbiliti minnhom (billi jibda mill-par ta’ kontijiet PM bl-anqas differenza bejn l-ordnijiet għall-ħlas indirizzati lil xulxin), u l-BĊ(i) involut(i) għandu jirreġistra dawk il-ħlasijiet simultanjament fiż-żewġ kontijiet PM tal-parteċipanti tat-TARGET2; u

(ii)

jekk, b’rabta ma’ par kontijiet PM kif deskritti taħt punt (i), il-likwidità mhijiex biżżejjed biex tiffinanzja l-pożizzjoni bilaterali, oħroġ ordnijiet għall-ħlas individwali sakemm ikun hemm likwidità biżżejjed. F’dan il-każ il-BĊ(i) involut(i) għandhom jagħmlu s-saldu tal-ħlasijiet li jibqgħu, ħllief għal dawk maħruġin, simultanjament fuq il-kontijiet PM taż-żewġ parteċipanti tat-TARGET2.

Wara li jkun wettaq il-verifiki speċifikati taħt is-sottoparagrafi (i) sa (ii), il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jivverifika l-pożizzjonijiet multilaterali għas-saldu (bejn kont PM ta’ parteċipant u kontijiet PM ta’ parteċipanti oħra fit-TARGET2 li b’rabta magħhom ġie stabbilit limitu multilaterali). Għal dan il-għan, il-proċedura deskritta taħt is-sotto-paragrafi (i) sa (ii) għandha tapplika mutatis mutandis.

(d)

Taħt l-Algoriżmu 4 (‘saldu parzjali u anċillari tas-sistema’) il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jsegwi l-istess proċedura bħal ta’ Algoriżmu 2, iżda mingħajr ma joħroġ ordnijiet għall-ħlas b’rabta mas-saldu ta’ sistema anċillari (li tagħmel saldu fuq bażi simultanja u multilaterali).

(e)

Taħt l-Algoriżmu 5 (‘saldu ta’ sistema anċillari permezz ta’ sottokontijiet’) il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jsegwi l-istess proċedura bħal ta’ Algoriżmu 1, bla ħsara għall-modifika li l-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jibda Algoriżmu 5 permezz tal-Interface tas-sistema anċillari u għandu jivverifika biss jekk hemm fondi suffiċjenti fis-sottokontijiet tal-parteċipanti. Barra minn hekk, ebda limiti u riżervi m’għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni. Algoriżmu 5 għandu jitħaddem ukoll matul saldu li jsir bil-lejl.

(4)

Ordnijiet għall-ħlas imdaħħlin fl-entry disposition wara l-bidu ta’ xi wieħed minn Algoriżmi 1 sa 4 jista’ madankollu jsir saldu tagħhom immedjatament fl-entry disposition jekk il-pożizzjonijiet u l-limiti tal-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati huma kompatibbli kemm mas-saldu ta’ dawn l-ordnijiet għall-ħlas kif ukoll mas-saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas fil-proċedura ta’ ottimizzazzjoni kurrenti. Madankollu, żewġ algoriżmi m’għandhom jiskorru simultanjament.

(5)

Fl-ipproċessar ta’ matul il-jum l-algoriżmi għandhom jiskorru wara xulxin. Sakemm ma jkunx hemm pendenti ebda saldu multilaterali simultanju ta’ sistema anċillari, is-sekwenza għandha tkun kif ġej:

(a)

algoriżmu 1,

(b)

jekk algoriżmu 1 ma jirnexxix, imbagħad algoriżmu 2,

(c)

jekk algoriżmu 2 ma jirnexxix, imbagħad algoriżmu 3, jew jekk algoriżmu 2 jirnexxi, irrepeti algoriżmu 1.

Meta jkun pendenti saldu multilaterali simultanju fil-konfront ta’ sistema anċillari, għandu jiskorri Algoriżmu 4.

(6)

L-algoriżmi għandhom jiskorru b’mod flessibbli billi jistabbilixxu pawża ta’ żmien pre-definita bejn l-applikazzjoni ta’ algoriżmi differenti sabiex jiġi żgurat intervall minimu bejn l-iskorriment taż-żewġ algoriżmi. Is-sekwenza tal-ħin għandha tiġi kkontrollata awtomatikament. L-intervenzjoni manwali għandha tkun possibbli.

(7)

Filwaqt li huwa inkluż f’algoriżmu li qed tiskorri, ordni għall-ħlas m’għandux jiġi ordnat mill-ġdid (bidla tal-pożizzjoni fil-kju) jew revokat. Talbiet għal ordni mill-ġdid jew revoka ta’ ordni għall-ħlas għandhom jitpoġġew fil-kju sakemm l-algoriżmu jkun komplut. Jekk isir saldu l-ordni għall-ħlas ikkonċernat sakemm ikun qed jiskorri l-algoriżmu, kull talba għal ordni mill-ġdid jew revoka għandha tiġi miċħuda. Jekk ma jsirx saldu tal-ordni għall-ħlas, it-talbiet tal-parteċipanti għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni immedjatament.

8.   Użu tal-ICM

(1)

L-ICM jista’ jintuża biex jiddaħħlu ordnijiet għall-ħlas.

(2)

L-ICM jista’ jintuża biex tinkiseb l-informazzjoni u għall-ġestjoni tal-likwidità.

(3)

Bl-eċċezzjoni ta’ ordnijiet għall-ħlas maħżuna u informazzjoni statika, hija biss id-dejta b’rabta mal-jum tan-negozju kurrenti li hija disponibbli permezz tal-ICM. L-iskrins għandhom ikunu offruti bl-Ingliż biss.

(4)

L-informazzjoni għandha tkun offruta f’pull mode, li jfisser li kull parteċipant għandu jitlob li tingħatalu l-informazzjoni. Il-parteċipanti għandhom jikkontrollaw l-ICM regolarment matul il-jum tan-negozju biex jaraw waslux messaġġi importanti.

(5)

Huwa biss il-user-to-application mode (U2 A) li għandu jkun disponibbli għall-parteċipant li jużaw aċċess ibbażat fuq l-internet. L-U2 A tippermetti l-komunikazzjoni diretta bejn parteċipant u l-ICM. L-informazzjoni tintwera fi browser li jaħdem fuq kompjuter. Aktar dettalji huma spjegati fil Manwal għall-Utent ICM.

(6)

Kull parteċipant għandu jkollu mill-anqas workstation waħda bl-aċċess għall-internet sabiex jaċċessal-ICM permezz tal-U2 A.

(7)

Drittijiet ta’ aċċess għall-ICM għandhom jingħataw permezz ta’ ċertifikati, li l-użu tagħhom huwa deskritt b’mod aktar komplut f’paragrafi 10 sa 13.

(8)

Il-parteċipanti jistagħu jużaw ukoll l-ICM sabiex jittrfasferixxu l-likwidità.

(a)

[inserixxi jekk applikabbli] mill-kont PM tagħhom għall-kont tagħhom barra l-PM;

(b)

bejn il-kont PM u s-sottokontijiet tal-parteċipant; u

(c)

mill-kont PM għall-kont mera ġestit mis-sistema anċillari.

9.   L-UDFS, il-Manwal għall-Utent ICM u l-‘Manwal għall-Utent: Aċċess bl-Internet għas-Servizz ta’ Ċertifikazzjoni tal-Kodiċi Pubbliku’

Aktar dettalji u eż.empji li jispjegaw ir-regoli t’hawn fuq jinsabu fil-UDFS u fil Manwal għall-Utent ICM, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikat fuq is-sit elettroniku ta’ [inserixxi isem il-BĊ] u s-sit elettroniku tat-TARGET 2 bl-Ingliż, u fil-‘Manwal għall-Utent: Aċċess bl-Internet għas-Servizz ta’ Ċertifikazzjoni tal-Kodiċi Pubbliku’.

10.   Ħruġ, sospensjoni, reattivazzjoni, revoka u tiġdid ta’ ċertifikati

(1)

Il-parteċipant għandu jitlob mingħand [inserixxi isem il-BĊ] il-ħruġ ta’ ċertifikati li jħalluhom jaċċessaw it-TARGET2 [inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-internet.

(2)

Il-parteċipant għandu jitlob mingħand [inserixxi isem il-BĊ] is-sospensjoni u r-reattivazzjoni ta’ ċertifikati, kif ukoll ir-revoka u t-tiġdid ta’ ċertifikati, meta detentur ta’ ċertifikat ma jkunx jixtieq aktar li jkollu aċċess għat-TARGET2 jew jekk il-parteċipnt iwaqqaf l-attivitajiet tiegħu fit-TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] (eż. bħala riżultat ta’ għaqda jew akkwist).

(3)

Il-parteċipant għandu jadotta kull prekawzjoni u miżura organizzattiva sabiex jiżgura illi ċ-ċertifikati jintużaw biss b’konformità mal-Kundizzjonijiet Armonizzati.

(4)

Il-parteċipant għandu jinnotifika mill-ewwel lil [inserixxi isem il-BĊ] b’kull bidla materjali għall-informazzjoni li tinsab fil-formoli ppreż.entati lil [inserixxi isem il-BĊ] b’rabta mal-ħruġ ta’ ċertifikati.

(5)

Il-parteċipant jista’ jkollu massimu ta’ ħames ċertifikati attivi għal kull kont PM. Fuq talba, il-[inserixxi isem il-BĊ] jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, japplika għall-ħruġ ta’ aktar ċertifikati mingħand l-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni.

11.   L-għoti ta’ ċertifikati mill-parteċipant

(1)

Il-parteċipant għandu jiżgura l-konservazzjoni taċ-ċertifikati kollha u jadotta miżuri organizzattivi u tekniċi b’saħħithom sabiex jevita ħsara lil terzi u jiżgura illi kull ċertifikat jintuża biss mid-detentur taċ-ċertifikat speċifiku li lilu jkun inħareġ.

(2)

Il-parteċipant għandu jipprovdi fil-pront kull informazzjoni mitluba minn [inserixxi isem il-BĊ] u jiggarantixxi l-affidabbiltà ta’ dik l-informazzjoni. Il-parteċipanti għandhom, f’kull ħin, jibqgħu kompletament responsabbli għall-eż.attezza tal-informazzjoni kollha mogħtija lil [inserixxi isem il-BĊ] b’rabta mal-ħruġ ta’ ċertifikati.

(3)

Il-parteċipant għandu jassumi responsabbiltà sħiħa sabiex jiżgura illi d-detenturi ta’ ċertifikat kollha tiegħu jżommu ċ-ċertifikati assenjati separati mill-kodiċi sigriet PIN u PUK.

(4)

Il-parteċipant għandu jassumi responsabbiltà sħiħa sabiex jiżgura illi ebda wieħed mid-detenturi ta’ ċertifikat tiegħu ma juża ċ-ċertifikati għal funzjonijiet jew finijiet oħrajn minbarra dawk li għalihom iċ-ċertifikati jkunu nħarġu.

(5)

Il-parteċipant għandu jinforma immedjatament lil [inserixxi isem il-BĊ] b’kull talba u raġuni għal sospensjoni, reattivazzjoni, revoka jew tiġdid ta’ ċertifikati.

(6)

Il-parteċipant għandu jitlob immedjatament lil [inserixxi isem il-BĊ] sabiex jissospendi kull ċertifikat, jew il-kodiċi li hemm fihom, li huwa difettuż jew li m’għadux aktar fil-pussess tad-detenturi ta’ ċertifikat tiegħu.

(7)

Il-parteċipant għandu jinnotifika immedjatament lil [inserixxi isem il-BĊ] b’kull telf jew serq ta’ ċertifikati.

12.   Rekwiżiti tas-Sigurtà

(1)

Is-sistema tal-kompjuterużata minn parteċipant sabiex jaċċessa t-TARGET2 permezz tal-internet għandha tinsab fi propjetà ta’ jew mikrija mill-parteċipant. L-aċċess għal TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] għandu jkun permess biss minn din il-propjetà, u, sabiex jiġi evitat kull dubju, ebda aċċess minn barra m’għandu jkun permess.

(2)

Il-parteċipant għandu jħaddem is-software kollu fuq sistemi tal-kompjuter li huwa installat u mibdul skont standards internazzjonali kurrenti għas-sigurtà fl-IT, li bħala minimu għand jinkludi r-rekwiżiti spjegati fil-paragrafi 12(3) u 13(4). Il-parteċipant għandu jistabbilixxi miżuri xierqa, inkluż b’mod partikolari anti-virus u protezzjoni kontra l-malware, miżuri kontra l-phishing, ebusija, u proċeduri ta’ patch management. Il-miżuri u l-proċeduri kollha bħal dawn għandhom ikunu aġġornati regolarment mill-parteċipant.

(3)

Il-parteċipant għandu jistabilixxi mezz ta’ komunikazzjoni bil-kodiċi ma’ TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] għall-aċċess bl-internet.

(4)

Il-profili tal-utenti tal-kompjuter fil-postijiet tax-xogħol tal-parteċipant m’għandhomx ikollhom privileġġi amministrattivi. Il-privileġġi għandhom jiġu assenjati skont il-prinċipju tal-‘anqas privileġġ’.

(5)

Il-parteċipant għandu dejjem jipproteġi s-sistemi tal-kompjuter użati għal aċċess bl-internet għal TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] kif ġej:

(a)

Huma għandhom jipproteġu s-sistemi tal-kompjuters u l-postijiet tax-xogħol minn aċċess fiżiku u għan-network li mhuwiex awtorizzat, billi f’kull ħin jużaw firewall sabiex jipproteġi s-sistemi tal-kompjuter u l-postijiet tax-xogħol minn traffiku tal-internet li jkun dieħel, u l-postijiet tax-xogħol minn aċċess mhux awtorizzat permezz tan-netwerk intern. Huma għandhom jużaw firewall li jipproteġi kontra t-traffiku li jkun dieħel, kif ukoll firewall fuq postijiet tax-xogħol li jiżgura li huma biss il-programmi awtorizzati li jikkomunikaw mal-estern.

(b)

Il-parteċipanti għandhom ikunu awtorizzati biss sabiex fuq l-istazzjonijiet jinstallaw is-software li huwa meħtieġ għall-aċċess għal TARGET2 u li huwa awtorizzat taħt il-politika dwar is-sigurtà interna tal-parteċipant.

(c)

Il-parteċipanti għandhom f’kull ħin jiżguraw illi l-applikazzjonijiet kollha tas-software li jaħdmu fuq l-istazzjonijiet huma aġġornati regolarment u pprogrammati bl-aktar verżjoni riċenti. Dan japplika b’mod partikolari fir-rigward tas-sistema operativa, il-browser tal-internet u plug-ins.

(d)

Il-parteċipanti għandhom f’kull ħin jillimitaw it-traffiku li jkun ħiereġ mill-postazzjonijiet tax-xogħol għal siti li jkunu ta’ sensittività għolja għan-negozju, kif ukoll għal siti meħtieġa għall-aġġornamenti tas-software li huma leġittimi u raġjonevoli.

(e)

Il-parteċipanti għandhom jiżguraw illi l-flussi kritiċi interni lejn jew mill-postazzjonijiet tax-xogħol huma protetti kontra l-kxif u l-bidliet malizzjużi, speċjalment jekk files huma trasferiti permezz ta’ netwerk.

(6)

Il-parteċipant għandu jiżgura illi d-detenturi ta’ ċertifikat tiegħu jsegwu f’kull ħin prattiċi tal-browsing sikuri, li jinkludu:

(a)

ir-riżervazzjoni ta’ ċerti stazzjonijiet tax-xogħol għall-aċċess ta’ siti tal-istess livell ta’ sensittività u biex jaċċessaw biss dawk is-siti minn dawk il-postazzjonijiet tax-xogħol;

(b)

li dejjem tinbeda mill-ġdid is-sessjoni tal-browser qabel u wara li jkun sar l-aċċess għal TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] bl-internet;

(c)

il-verifika tal-awtentiċità taċ-ċertifikat tal-SSL ta’ kull server kull darba li wieħed jaqbad ma’ TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] bl-internet;

(d)

is-suspett dwar e-Mails li jidhru li huma mingħand TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż], u li ma tingħata qatt il-password taċ-ċertifikat jekk mitlub għal dik il-password, peress illi TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] qatt ma jitlob il-il-password ta’ ċertifikat f’e-Mail jew mod ieħor.

(7)

Il-parteċipant għandu, f’kull ħin jimplimenta l-prinċipji ta’ tmexxija li ġejjin sabiex inaqqas ir-riskji għas-sistema tiegħu:

(a)

jistabbilixxi prattiċi ta’ tmexxija għall-utent li jiżguraw illi huma biss l-utenti awtorizzati li jinħolqu u jibqgħu fis-sistema u li tinżamm lista aġġornata u preċiża tal-utenti awtorizzati;

(b)

ir-rikonċiljazzjoni tat-traffiku ta’ kuljum tal-pagamanet sabiex jiġu identifikat in-nuqqas ta’ qbil bejn it-traffiku ta’ kuljum tal-pagament awtorizzat u dak attwali, kemm mibgħut kif ukoll riċevut;

(c)

li jiżgura illi detentur ta’ ċertifikat ma jkunx jista’ jara xi sit elettroniku ieħor fl-istess ħin li jkun qed jaċċessa TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż].

13.   Rekwiżiti addizzjonali għas-sigurtà

(1)

Il-parteċipant għandu f’kull ħin jiżgura permezz ta’ miżuri organizzattivi u/jew tekniċi xierqa illi ma jsirx abbuż ta’ IDs tal-utent li jinkixfu għall-finijiet ta’ verifika tad-drittijiet t’aċċess (Reviżjoni tad-Dritt t’Aċċess), u, b’mod partikolari, illi ebda persuni mhux awtorizzati ma jiksbu tagħrif dwarhom.

(2)

Il-parteċipant għandu jkollu proċess amministrattiv għall-utent stabbilit sabiex jiżgura t-tħassir immedjat u permanenti tal-ID tal-utent relatat f’każ li impjegat jew utent ieħor ta’ sistema fil-post ta’ parteċipant iħalli l-organizzazzjoni tal-parteċipant.

(3)

Il-parteċipant għandu jkollu fi-seħħ proċess amministrattiv għall-utent u għandu b’mod immedjat u permanenti jibblokka IDs tal-utent li hua b’xi mod kompromessi, inkluż f’każijiet fejn ċertifikati ntilfu jew insterqu, jew fejn password ġiet phished.

(4)

Jekk parteċipant ma jkunx jista’ jelimina nuqqasijiet marbutin mas-sigurtà jew żbalji fil-konfigurazzjoni (eż. li jirriżultaw minn sistemi infettati minn malware) wara tliet okkażjonijiet, il-BĊi li jipprovdu l-SSP jistgħu jimblukkaw b’mod permanenti l-IDs għall-utent tal-parteċipant.

Appendiċi IIA

SKEDA GĦALL-MIŻATI U L-ĦRUĠ TA’ FATTURI GĦALL-AĊĊESS IBBAŻAT FUQ L-INTERNET

Miżati għall-parteċipanti diretti

1.

Il-miżata ta’ kull xahar għall-ipproċessar ta’ ordnijiet għall-ħlas fit-TARGET2-[inserixxi BĊ/referenza għall-pajjiż] għall-parteċipanti diretti għandha tkun ta’ EUR 70 għall-miżata għall-aċċess għall-Internet ta’ kull PM u EU 100 għal kull kont PM u miżata fissa ta’ EUR 0,80 għal kull tranżazzjoni (ta’ debitu);

2.

Għandu jkun hemm miżata addizzjonali ta’ kull xahar ta’ EUR 30 għal parteċipanti diretti li jixtiequ li l-BIC tal-kont tagħhom ma jiġix ippubblikat fid-direttorju TARGET2.

Ħruġ ta’ fatturi

3.

Fil-każ ta’ parteċipanti diretti, japplikaw ir-regoli li ġejjin għall-ħruġ ta’ fatturi. Il-parteċipant dirett għandu jirċievi l-fattura għax-xahar preċedenti li tispeċifika l-miżati li għandhom jitħallsu, sa mhux aktar tard mill-ħames jum tan-negozju tax-xahar segwenti. Il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard mill-għaxar jum tan-negozju ta’ dak ix-xahar lill-kont speċifikat mill-[inserixxi l-isem tal-BĊ] u għandu jiġi ddebitat mill-kont PM ta’ dak il-parteċipant.


Top