EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0019(01)

2009/594/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2006/17 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2009/19)

OJ L 202, 4.8.2009, p. 54–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/594/oj

4.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/54


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Lulju 2009

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2006/17 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2009/19)

(2009/594/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 26.2,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2009/10 tas-7 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema (1), tippermetti aċċess għal operazzjonijiet tas-suq miftuħ u standing facilities ta' l-Eurosistema minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, li minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom taħt il-liġi tal-Komunità, huma suġġetti għal skrutinju ta’ standard, liema standard jista’ jitqabbel mas-superviżjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2009/16 tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-programm għax-xiri ta’ bonds koperti (2) tipprovdi għat-twaqqif ta’ programm għax-xiri ta’ bonds koperti (covered bonds).

(3)

Id-Deċizjoni BĊE/2006/17 tal-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) għandha bżonn tiġi emendata biex tirrifletti dawn l-iżviluppi ta’ politika,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni BĊE/2006/17 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1(1) għandu jiġi sostitwit kif ġej:

“1.   It-termini ddefiniti fl-Artikolu 1 tal-Linja Gwida BĊE/2006/16 għandhom ikollhom l-istess tifsira meta wżati f’din id-Deċiżjoni.”

(2)

L-Anessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 huma emendati skond l-Aness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2009.

Magħmula fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Lulju 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 123, 19.5.2009, p. 99.

(2)  ĠU L 175, 4.7.2009, p.18.

(3)  ĠU L 348, 11.12.2006, p. 38.


ANNESS

L-Annessi I u II mad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 huma emendati kif ġej:

1.

It-tabella msejħa “Attiv” fl-Anness I hija sostitwita b’li ġej:

“ATTIV

Element tal-Karta tal-Bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju ta’ valutazzjoni

1

Deheb u ammonti riċevibbli tad-deheb

Deheb fiżiku (jiġifieri ingotti, muniti, plates, nuggets fħażna jew ‘under way’f’ħażna jew ‘under way’.Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f’gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu u klejms biex jiġi rċevut deheb li jqumu mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: transazzjonijiet ta’ upgrading jew downgrading u gold location jew purity swaps fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

2

Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-euro ddenominatif’valuta barranija

Klejms fuq kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija

 

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta’ ġbid ta’ flus ġewwa r-reserve tranche (net)

Kwota nazzjonali mnaqqsa bil-bilanċi f’euro għad-disponibbilta tal-IMF. Il-kont Nru 2 ta’ l-IMF (kont euro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jkun inkluż f’din il-pożizzjoni jew taħt l-element “Passivi għal residenti barra ż-żona tal-euro ddenominati f’euro”

(a)

Drittijiet ta’ ġbid ta’ flus ġewwa r-reserve tranche (net)

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

(b)

Drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus

Holdings ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus (gross)

(b)

Drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

(c)

Klejms oħrajn

Ftehim ġenerali għal self (GAB), selfskont ftehim speċjali ta’ self, depożiti ġewwa l-qafas tal-Faċilità għat-Tkabbir u t-Tnaqqis tal-Faqar (PRGF)

(c)

Klejms oħrajn

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

2.2

Bilanċi ma’ banek u investimenti ta’ titoli, self estern u attiv estern ieħor

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro ħlief għal dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet reverse repo

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

(b)

Investimenti ta’ titoli minbarra dawk taħt partita tal-attivi ‘Attiv finanzjarju ieħor’ barra ż-żona tal-euro

Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli,strumenti ta’ ishma azzjonarji miżmuma bħala parti mir-riżervi barranin kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-euro

(b)(i)

Titoli negozjabbli li ma jinżammux sal-maturità

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikatati bħala miżmumin sal-maturità

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju

(c)

Self estern (depożiti) barra ż-żona tal-euro minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

(c)

Self estern

Depożiti f’valur nominali tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

(d)

Attivi estern ieħor

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-euro

(d)

Attivi estern ieħor

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

(3)

Klejms fuq residenti fiż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija

(a)

Investimenti ta’ sigurtà ġewwa ż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli,strumenti ta’ ishma azzjonarji mimuma bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-euro

(a)(i)

Titoli negozjabbli li ma jinżammux sal-maturità

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(a)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikatati bħala miżmumin sal-maturità

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(a)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(a)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju

(b)

Klejms oħra fuq residenti fiż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo reverse, self varju

(b)

Klejms oħrajn

Depożiti u self ta’ valur nominali ieħor, tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

4   Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-euro iddenominati f’euro

4.1

Bilanċi ma’ banek, investimenti ta’ titoli u self

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro ħlief għal dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum. Tranżazzjonijiet repos b’lura inkonnessjoni mal-immaniġġjar ta’ titoli ddenominati f’euro

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali

(b)

Investimenti ta’ titoli minbarra dawk taħt partita tal-attivi ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Strumenti ta’ ishma azzjonarji, karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-euro

(b)(i)

Titoli negozjabbli li ma jinżammux sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikatati bħala miżmumin sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

(c)

Self barra ż-żona tal-euro minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

(c)

Self barra ż-żona tal-euro

Deposits f’valur nominali

(d)

Titoli minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’ maħruġa minn entitajiet barra ż-żona tal-euro

Titoli maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali e.ż. il-BIE, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom

(d)(i)

Titoli negozjabbli li ma jinżammux sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premjum jew skont jiġi ammortizzat

(d)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikatati bħala miżmumin sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(d)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

4.2

Klejms li jqumu mill-faċilità ta’ kreditu skont l-ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet ta’ l-ERM II

Valur nominali

5

Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro

Elementi 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-istrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fl-Anness I mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000, dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1)

 

5.1

Operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid

Tranżazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidità regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturità ta’ ġimgħa

Valur nominali jew spiża repo

5.2

Operazzjonijiet ta’ finanzjament għal żmien twil

Tranżazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidità regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturità ta’ tliet xhur

Valur nominali jew spiża repo

5.3

Operazzjonijiet b’lura ta’ irfinar

Tranżazzjonijiet b’lura, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal skopijiet ta’ irfinar

Valur nominali jew spiża repo

5.4

Operazzjonijiet b’lura strutturali

Tranżazzjonijiet li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew spiża repo

5.5

Faċilità marġinali ta’ self

Faċilità ta’ likwidita overnight b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel kontra attiv eliġibbli (standing facility)

Valur nominali jew spiża repo

5.6

Krediti relatati ma’ margin calls

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn żidiet fil-valur ta’ l-attiv bażi fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali jew spiża

6

Klejms oħrajn fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro ddenominati f’ euro

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura b’konnessjoni mal-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-attiv ‘Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro ddenominati f’euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni ta’ riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona tal-euro u kljems oħra. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro mhux domestiċi. Klejms oħrajn u operazzjonijiet mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Kwalunkwe klejms li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja inizjati minn BĊN qabel ma jissieħeb fl-Eurosistema

Valur nominali jew spiża

7   Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro ddenominati f’euro

7.1

Titoli miżmuma għal finijiet ta’ politika monetarja

Titoli maħruġa fiż-żona ta’ l-euro miżmuma għal finijiet ta’ politika monetarja

(i)

Titoli negozjabbli li ma jinżammux sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikatati bħala miżmumin sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

7.2

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-attiv 7.1. ‘Titoli miżmuma għal finijiet ta’ politika monetarja’ u taħt il-partita tal-attiv 11.3 ‘Attiv finanzjarju ieħor’; karti tal-flus (notes) u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus miżmuma għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME, iddenominati f’euro; ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE mixtrija għal skopijiet ta’ irfinar. Strumenti ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji.

(i)

Titoli negozjabbli li ma jinżammux sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikatati bħala miżmumin sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

8

Dejn tal-gvern ġenerali iddenominat fl-euro

Klejms fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME (titoli mhux negozjabbli, self))

Depożiti/self skont il-valur nominali, titoli mhux negozjabbli fil-prezz

9   Klejms interni għall-Eurosistema

9.1

Klejms relatati ma’ promissory notes li jsotnu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’

Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss.

Promissory notes maħruġa minn BĊNi, minħabba ftehim back-to-back b’konnessjoni ma’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE

Valur nominali

9.2

Klejms netti relatati mal-allokazzjoni tal-karti tal-flus euro ġewwa l-Eurosistema

Klejms relatati mal-ħarġa tal-karti tal-flus tal-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus euro (2)

Valur nominali

9.3

Klejms oħrajn ġewwa l-Eurosistema (netti)

Il-pożizzjoni netta tas-sotto-elementi li ġejjin:

 

(a)

klejms netti li jirriżultaw minn bilanċi ta’ kontijiet TARGET 2 u kontijiet korrispondenti ta’ BĊNi i.e. iċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv – ara wkoll l-element tal-passiv ‘Passiv ieħor ġewwa l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

(b)

klejms oħrajn interni għall-Eurosistema li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus euro lill-BĊNi

(b)

Valur nominali

10

Elementi waqt il-ħlas

Bilanċi tal-kont ta’ ħlas (klejms), inkluża l-float ta’ ċekkijiet fil-ġbir

Valur nominali

11   Attiv ieħor

11.1

Muniti taż-żona tal-euro

Muniti euro jekk xi BĊN mhuwiex il-persuna legali li toħroġhom

Valur nominali

11.2

Attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Spiża mnaqqsa bid-deprezzament

Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika ta’ l-ammont deprezzabbli ta’ l-attiv matul iż-żmien utli tiegħu. Iż-żmien utli huwa l-perijodu li matulu attiv fiss huwa mistenni li jsir disponibbli biex jintuża mill-entita'. Iż-żminijiet ulti ta’ attiv fiss materjali individwali jistgħu jiġu rreveduti fuq bażi sistematika, jekk l-istennijiet ivarjaw mill-istejjem ta’ qabel. Attiv prinċipali jista’ jkopri komponenti bi żminijiet utli differenti. Iż-żminijiet ta’dawn il-komponenti għandhom jiġu vvalutati individwalment.

L-ispiża ta’ attiv intanġibbli tinkludi l-prezz għall-akkwist ta’ l-attiv intanġibbli. Spejjeż oħra diretti jew indiretti għandhom jitniżżlu.

Kapitalizzazzjoni ta’ l-ispiża: limitu bbażat (anqas minn EUR 10 000 eskluża l-VAT: l-ebda kapitalizzazzjoni).

11.3

Attiv finanzjarju ieħor

Interessi ta’ parteċipazzjoni u investimenti f’sussidjarji; ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġici/ta’ politika,

Titoli, inkluż ishma azzjonarji, u strumenti u bilanċji oħra finanzjarji (eż. depożiti fissi u kontijiet kurrenti), miżmumin bħala portafoll earmarked,

Tranżazzjonijiet repos b’lura ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’konnessjoni mal-immaniġġjar tal-portafolli ta’ titoli taħt dan l-element.

(a)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

(b)

Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji illikwidi, u kull strument ta’ ishma azzjonarji miżmum bħala investimenti permanenti

Spiża suġġetta għall-impairment

(c)

Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur ta’ l-attiv nett

(d)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(e)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(f)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(g)

Bilnanci mal-banek u mas-self

Valur nominali, tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma ddenominati f’valuti barranin

11.4

Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti offbalance sheet

Riżultati ta’ valutazzjoni ta’ forwards tal-kambju, swaps tal-kambju, swaps tar-rata tal-imgħax, ftehim tar-rata bil-quddiem, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju għad-data tal-ħlas

Pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju

11.5

Akkumulazzjonijiet u spejjeż imħallsa minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli lill-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsa minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b’titolu)

Valur nominali, kambju tradott skont ir-rata tas-suq

11.6

Oħrajn

(a)

Advances, self, elementi oħra minuri. Self skond il-fiduċja.

(a)

Valur nominali jew spiża

(b)

Investimenti relatati ma’ depożiti tad-deheb ta-konsumatur

(b)

Valur tas-suq

(c)

Attiv tal-pensjoni nett.

(c)

Skond l-Artikolu 22(3)

12

Telf għas-sena

 

Valur nominali

2.

It-tabella intitolata “Karta tal-bilanċ annwali tal-BĊE” fl-Anness II hija sostitwita b’li ġej:

Karta tal-bilanċ annwali tal-BĊE

(EUR miljuni)

Attiv (4)

Sena ta’ rappurtar

Sena ta’ qabel

Passiv

Sena ta’ rappurtar

Sena ta’ qabel

1

Deheb u ammonti riċevibbli ta’ deheb

2

Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija

2.1

Ammonti riċevibbli mill-IMF

2.2

Bilanċi ma’ banek u investimenti ta’ titoli, self estern u attiv estern ieħor

3

Klejms fuq residenti taż-żona euro iddenominati f’valuta barranija

4

Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-euro ddenominati fl-euro

4.1

Bilanċi ma’ banek, investimenti ta’ titoli u self

4.2

Klejms li jqumu mill-faċilita' ta' kreditu taħt l-ERM II

5

Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominat fl-euro

5.1

Operazzjonijiet ta’ iffinanzjar mill-ġdid prinċipali

5.2

Operazzjonijiet ta’ iffinanzjar mill-ġdid fuq żmien twil

5.3

Operazzjonijiet b’lura ta’ rfinar

5.4

Operazzjonijiet b’lura strutturali

5.5

Faċilita' ta’ self marġinali

5.6

Krediti relatati ma’ margin calls

6

Klejms oħra fuq istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro ddenominati fl-euro

7

Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro ddenominati fl-euro

7.1

Titoli miżmuma għal finijiet ta’ politika monetarja

7.2

Titoli oħra

8

Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat fl-euro

9

Klejms ġewwa l-Eurosistema

9.1

Klejms relatati ma’ promissory notes li jirrinfurzaw il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE

9.2

Klejms relatati ma’ l-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro ġewwa l-Eurosistema

9.3

Klejms oħra fl-Eurosistema (netti)

10

Partiti matul il-ħlas (settlement)

11

Attiv ieħor

11.1

Muniti taż-żona ta’ l-euro

11.2

Attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli

11.3

Attiv finanzjarju ieħor

11.4

Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti off-balance sheet

11.5

Akkrexximenti u spejjeż imħallsa minn qabel

11.6

Oħrajn

12

Telf għas-sena

 

 

1

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

2

Passiv lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominat fl-euro

2.1

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi)

2.2

Faċilita' ta’ depożitu

2.3

Depożiti fissi

2.4

Operazzjonijiet b’lura ta’ rfinar

2.5

Depożiti relatati ma’ margin calls

3

Passiv ieħor lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro ddenominat fl-euro

4

Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE maħruġa

5

Passiv lil residenti oħra taż-żona tal-euro ddenominat fl-euro

5.1

Gvern ġenerali

5.2

Passiv ieħor

6

Passiv lil residenti barra ż-żona tal-euro ddenominat fl-euro

7

Passiv lil residenti taż-żona tal-euro ddenominat f’valuta barranija

8

Passiv lil residenti barra ż-żona tal-euro ddenominat f’valuta barranija

8.1

Depożiti, bilanċi u passiv ieħor

8.2

Passiv li jqum mill-faċilita' ta' kreditu taħt l-ERM II

9

Kontroparti ta’ special drawing rights allokati mill-IMF

10

Passiv ġewwa l-Eurosistema

10.1

Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin

10.2

Passiv ieħor ġewwa l-Eurosistema (nett)

11

Partiti matul il-ħlas (settlement)

12

Passiv ieħor

12.1

Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti off-balance sheet

12.2

Akkrexximenti u dħul miġbur minn qabel

12.3

Oħrajn

13

Provvedimenti

14

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

15

Kapital u riżervi

15.1

Kapital

15.2

Riżervi

16

Profitt għas-sena

 

 

Total tal-attiv

Total tal-passiv’

 

 


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52.”

(3)  Il-BĊE jista’ minflok jippubblika ammonti eżatti fl-euro, jew ammonti mqarrbin (rounded) b’mod differenti.

(4)  It-tabella ta’ l-attiv tista’ tiġi ppublikata wkoll fuq it-tabella tal-passiv.”


Top