EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013O0014
2013/234/EU: Guideline of the European Central Bank of 15 May 2013 amending Guideline ECB/2006/4 on the Eurosystem’s provision of reserve management services in euro to central banks and countries located outside the euro area and to international organisations (ECB/2013/14)
2013/234/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta’ Mejju 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/4 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema għall-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u għal organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2013/14)
2013/234/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta’ Mejju 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/4 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema għall-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u għal organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2013/14)
OJ L 138, 24.5.2013, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 10 Volume 006 P. 89 - 89
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018O0014
24.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/19 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta’ Mejju 2013
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/4 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema għall-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u għal organizzazzjonijiet internazzjonali
(BĊE/2013/14)
(2013/234/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikoli 12.1 u 14.3 u l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/2006/4 tas-7 ta’ April 2006 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema għall-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u għal organizzazzjonijiet internazzjonali (1) għandha tindirizza l-kwistjoni ta’ kontropartijiet suġġetti għal miżuri restrittivi fil-qasam tal-.prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. |
(2) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2006/4 għandha tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:
Artikolu 1
Emenda
Fl-Artikolu 7 tal-Linja Gwida BĊE/2006/4, jiżdied il-punt (f) li ġej:
“(f) |
jiddikjaraw illi l-klijent ser jikkonferma lill-membru tal-Eurosistema illi huwa jikkonforma mal-liġijiet kollha nazzjonali u tal-Unjoni għall-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, safejn u sal-punt applikabbli lilu, inkluż l-istruzzjonijiet mogħtija minn awtoritajiet kompetenti, u li huwa mhuwiex involut f’xi forma ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi”).
2. Il-BĊNi għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida minn sitt ġimgħat wara li tingħatalhom in-notifika.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 107, 20.4.2006, p. 54.