EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009O0010
Guideline of the European Central Bank of 7 May 2009 amending Guideline ECB/2000/7 on monetary policy instruments and procedures of the Eurosystem (ECB/2009/10)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2009/10)
Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2009/10)
OJ L 123, 19.5.2009, p. 99–99
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011
19.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 123/99 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta’ Mejju 2009
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema
(BĊE/2009/10)
(2009/391/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, partikolarment l-ewwel subinċiż tal-Artikolu 105(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel subinċinż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tintlaħaq politika monetarja unika tenħtieġ definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li se jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex b’hekk din il-politika tkun tista’ tiġi implimentata b’mod uniformi fiż-żona tal-euro kollha. |
(2) |
Għandhom isiru emendi għal-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) biex jiġi permess l-aċċess għall-operazzjonijiet tas-suq ħieles u l-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li, minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom skont id-dritt Komunitarju, huma soġġetti għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emenda għall-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7
Fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima 2.1, it-tielet sentenza tat-tieni inċiż hi sostitwita b’dan li ġej:
“Minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom skont id-dritt Komunitarju, istituzzjonijiet finanzjarjament sodi fit-tifsira tal-Artikolu 101(2) tat-Trattat li huma soġġetti għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jiġu aċċettati bħala kontropartijiet. Istituzzjonijiet finanzjarjament sodi li huma soġġetti għas-superviżjoni mhux armonizzata minn awtoritajiet nazzjonali ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni armonizzata UE/ŻEE jistgħu jiġu aċċettati wkoll bħala kontropartijiet, eż. friegħi ta’ istituzzjonijiet stabbiliti fiż-żona tal-euro li għandhom is-sede prinċipali tagħhom barra ż-ŻEE.”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2009.
Artikolu 3
Indirizzati u miżuri ta’ implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida hi indirizzata lill-BĊN tal-Istati Membri parteċipanti.
2. Sal-11 ta’ Mejju 2009, il-BĊN imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibagħtu lill-BĊE l-miżuri li permezz tagħhom bi ħsiebhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 7 ta’ Mejju 2009.
F’isem il-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.