EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0022(01)

2009/98/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2006/17 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/22)

OJ L 36, 5.2.2009, p. 22–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/98(1)/oj

5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/22


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2006/17 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2008/22)

(2009/98/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 26.2,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2006/17 tal-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) għandha bżonn tiġi emendata biex tirrifletti deċiżjonijiet ta’ politika u żviluppi tas-suq.

(2)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irriveda l-politika tiegħu ta’ kxif għal tranżazzjonijiet ta’ titoli sabiex ittejjeb iktar it-trasparenza tal-istqarrijiet finanzjarji. Bħala parti mill-politika riveduta, titoli li qabel kienu kklassifikati bħala attiv fiss finanzjarju għandhom jiġu riklassifikati mill-partita tal-bilanċ “Attiv finanzjarju ieħor” għall-partita xierqa taħt l-intestatura “attiv” jiddependi fuq l-oriġini ta’ min jagħmel il-ħruġ, id-denominazzjoni tal-valuta u jekk it-titoli jinżammewx sal-maturità. Barra minn hekk, l-istrumenti finanzjarji kollha li huma parti minn portafoll immarkat għandhom jiġu inklużi taħt il-partita “Attiv finanzjarju ieħor”.

(3)

Id-Deċizjoni BĊE/2006/17 m’għandhiex regoli speċifiċi fuq il-kontabilità ta’ swaps ta’ rata ta’ imgħax bil-quddiem, futures ta’ valuta barranija u futures ta’ ishma azzjonarji. Dawn l-istrumenti qed jintużaw dejjem iktar fis-swieq finanzjarji u jistgħu jkunu rilevanti għall-immaniġġjar tar-riżervi barranin tal-BĊE. Filwaqt li swaps ta’ rata ta’ imgħax bil-quddiem, jistgħu jiġu kkontabilizzati bl-istess mod bħal swaps ta’ rata ta’ imgħax “normali vanilla”, futures ta’ valuta barranija u futures ta’ ishma azzjonarji għandhom jiġu kkontabilizzati bl-istess mod bħal futures ta’ rati ta’ imgħax,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni BĊE/2006/17 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 jinbidel b’li ġej:

“2.   Il-valutazzjoni mill-ġdid tad-deheb, strumenti ta’ valuta barranija, titoli minbarra dawk ikklassifikati bħala li jinżammu sal-maturita' u titoli mhux negozjabbli, kif ukoll ta’ strumenti finanzjarji, kemm on-balance-sheet u off-balance-sheet, għandha ssir fl-aħħar tas-sena skont ir-rati u l-prezzijiet ta’ nofs is-suq.”

(b)

Jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Titoli kklassifikati bħala li jinżammu sal-maturita’ u titoli mhux negozjabbli għandhom ikunu vvalutati skont spejjeż amortizzati u għandhom ikunu suġġetti għal impairment.”

(2)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 10

Strumenti ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji negozjabbli

Strumenti ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji negozjabbli għandhom ikunu kkontabilati skont l-Artikolu 9 tal-Linja Gwida BĊE/2006/16.”

(3)

L-Artikolu 16 huwa sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 16

Kuntratti ta’ futures

Kuntratti ta’ futures għandhom jiġu kkontabilati skont l-Artikolu 16 tal-Linja Gwida BĊE/2006/16.”

(4)

Fl-Artikolu 17 tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Fil-każ ta’ swaps tar-rati tal-imgħax bil-quddiem, l-amortizzazzjoni għandha tibda mid-data tal-valur tat-tranżazzjoni.”

(5)

L-Annessi I u III mad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 huma emendati skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2008.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 11 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 348, 11.12.2006, p. 38


ANNESS

L-Annessi I u III mad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 huma emendati kif ġej:

1.

It-tabella msejħa “Attiv” fl-Anness I hija sostitwita b’li ġej:

“ATTIV

Element tal-Karta tal-Bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju ta’ valutazzjoni

Attiv

1.

Deheb u ammonti riċevibbli tad-deheb

Deheb fiżiku (jiġifieri ingotti, muniti, plates, nuggets f’ħażna jew ‘under way’ f’ħażna jew ‘under way’.Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f’gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu u klejms biex jiġi rċevut deheb li jqumu mit-transazzjonijiet li ġejjin: transazzjonijiet ta’ upgrading jew downgrading u gold location jew purity swaps fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

2.

Klejms fuq kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-ewro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija

Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-euro ddenominatif’valuta barranija

 

2.1.

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta’ ġbid ta’ flus ġewwa r-reserve tranche (net)

Kwota nazzjonali mnaqqsa bil-bilanċi f’ewro għad-disponibbiltà tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont ewro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jkun inkluż f’din il-pożizzjoni jew taħt l-element ‘Passivi għal residenti barra ż-żona tal-ewro ddenominati f’ewro’

(a)

Drittijiet ta’ ġbid ta’ flus ġewwa r-reserve tranche (net)

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

(b)

Drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus

Holdings ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus (gross)

(b)

Drittijiet speċjali ta’ ġbid

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

(ċ)

Klejms oħrajn

Ftehim ġenerali għal self (GAB), self skont ftehim speċjali ta’ self, depożiti ġewwa l-qafas tal-Faċilità għat-Tkabbir u t-Tnaqqis tal-Faqar (PRGF)

(ċ)

Klejms oħrajn

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

2.2.

Bilanċi ma’ banek u investimenti ta’ titoli, self estern u attiv estern ieħor

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-ewro ħlief għal dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet reverse repo

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-ewro

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

(b)

Investimenti ta’ titoli minbarra dawk taħt partita tal-attivi ‘Attiv finanzjarju ieħor’ barra ż-żona tal-ewro

Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, strumenti ta’ ishma azzjonarji miżmuma bħala parti mir-riżervi barranin kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-ewro

(b)(i)

Titoli negozjabbli li ma jinżammux sal-maturità

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikatati bħala miżmumin sal-maturità

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

(ċ)

Self estern (depożiti) barra ż-żona tal-ewro minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

(ċ)

Self estern

Depożiti f’valur nominali tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

(d)

Attivi estern ieħor

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-ewro

(d)

Attivi estern ieħor

Valur nominali, nominali tradott bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

3.

Klejms fuq residenti fiż-żona tal-ewro ddenominati f’valuta barranija

(a)

Investimenti ta’ sigurtà ġewwa ż-żona tal-ewro minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, strumenti ta’ ishma azzjonarji miżmuma bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-ewro

(a)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(a)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(a)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(a)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Klejms oħra fuq residenti fiż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’’

Self, depożiti, transazzjonijiet repo reverse, self varju

(b)

Klejms oħrajn

Depożiti u self ta’ valur nominali ieħor, tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

4.

Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-ewro ddenominati f’ ewro

 

 

4.1.

Bilanċi ma’ banek, investimenti ta’ titoli u self

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-ewro minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum. Transazzjonijiet repos b’lura inkonnessjoni mal-immaniġġjar ta’ titoli ddenominati f’ewro

(a)

Bilanci ma’ banek barra ż-żona tal-ewro

Valur nominali

(b)

Investimenti barra ż-żona tal-ewro ta’ titoli minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Strumenti ta’ ishma azzjonarji, karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-ewro

(b)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

(ċ)

Self barra ż-żona tal-ewro minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

(ċ)

Self barra ż-żona tal-ewro

Depositis f’valur nominali

(d)

Titoli minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’, maħruġa minn entitajiet barra ż-żona tal-ewro

Titoli maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali eż. il-BIE, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom

(d)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(d)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(d)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

4.2.

Klejms li jqumu mill-faċilità ta’ kreditu skont l-ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

5.

Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-ewro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’ewro

Elementi 5.1 sa 5.5: transazzjonijiet skont l-istrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fl-Anness I mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000, dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Ewrosistema (1)

 

5.1.

Operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid

Transazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidità regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturità ta’ ġimgħa

Valur nominali jew spiża repo

5.2.

Operazzjonijiet ta’ finanzjament għal żmien twil

Transazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidità regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturità ta’ tliet xhur

Valur nominali jew spiża repo

5.3.

Operazzjonijiet b’lura ta’ irfinar

Transazzjonijiet b’lura, eżegwiti bħala transazzjonijiet ad hoc għal skopijiet ta’ irfinar

Valur nominali jew spiża repo

5.4.

Operazzjonijiet b’lura strutturali

Transazzjonijiet li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Ewrosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew spiża repo

5.5.

Faċilità marġinali ta’ self

Faċilità ta’ likwidita overnight b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel kontra attiv eliġibbli (standing facility)

Valur nominali jew spiża repo

5.6.

Krediti relatati ma’ margin calls

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn żidiet fil-valur tal-attiv bażi fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali jew spiża

6.

Klejms oħrajn fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-ewro ddenominati f’ ewro

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b’lura b’konnessjoni mal-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-attiv ‘Titoli ta’ residenti taż-żona tal-ewro ddenominati f’ewro’, inklużi transazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni ta’ riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona tal-ewro u kljems oħra. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-ewro mhux domestiċi. Klejms oħrajn u operazzjonijiet mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema. Kwalunkwe klejms li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja inizjati minn BĊN qabel ma jissieħeb fl-Ewrosistema

Valur nominali jew spiża

7.

Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-ewro ddenominati f’ewro

Titoli minbarra dawk taħt l-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’ ishma azzjonarji, karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus miżmuma għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME, iddenominati f’ewro; ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE mixtrija għal skopijiet ta’ irfinar

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

8.

Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat fl-ewro

Klejms fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME (titoli mhux negozjabbli, self))

Depożiti/self skont il-valur nominali, titoli mhux negozjabbli fil-prezz

9.

Klejms interni għall-Ewrosistema

 

 

9.1.

Klejms relatati ma’ promissory notes li jsotnu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE

Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss.

Promissory notes maħruġa minn BĊNi, minħabba ftehim back-to-back b’konnessjoni ma’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE

Valur nominali

9.2.

Klejms netti relatati mal-allokazzjoni tal-karti tal-flus ewro ġewwa l-Ewrosistema

Klejms relatati mal-ħarġa tal-karti tal-flus tal-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus ewro (2)

Valur nominali

9.3.

Klejms oħrajn ġewwa l-Ewrosistema (netti)

Il-pożizzjoni netta tas-sotto-elementi li ġejjin:

 

(a)

klejms netti li jirriżultaw minn bilanċi ta’ kontijiet TARGET 2 u kontijiet korrispondenti ta’ BĊNi jiġifieri, iċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv – ara wkoll l-element tal-passiv ‘Passiv ieħor ġewwa l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

(b)

klejms oħrajn interni għall-Ewrosistema li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro lill-BĊNi

(b)

Valur nominali

10.

Elementi waqt il-ħlas

Bilanċi tal-kont ta’ ħlas (klejms), inkluża l-float ta’ ċekkijiet fil-ġbir

Valur nominali

11.

Attiv ieħor

 

 

11.1.

Muniti taż-żona tal-ewro

Muniti ewro jekk xi BĊN mhuwiex il-persuna legali li toħroġhom

Valur nominali

11.2.

Attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Spiża mnaqqsa bid-deprezzament

Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli tal-attiv matul iż-żmien utli tiegħu. Iż-żmien utli huwa l-perijodu li matulu attiv fiss huwa mistenni li jsir disponibbli biex jintuża mill-entita'. Iż-żminijiet ulti ta’ attiv fiss materjali individwali jistgħu jiġu rreveduti fuq bażi sistematika, jekk l-istennijiet ivarjaw mill-istejjem ta’ qabel. Attiv prinċipali jista’ jkopri komponenti bi żminijiet utli differenti. Iż-żminijiet ta’ dawn il-komponenti għandhom jiġu vvalutati individwalment.

L-ispiża ta’ attiv intanġibbli tinkludi l-prezz għall-akkwist tal-attiv intanġibbli. Spejjeż oħra diretti jew indiretti għandhom jitniżżlu.

Kapitalizzazzjoni tal-ispiża: limitu bbażat (anqas minn EUR 10 000 eskluża l-VAT: l-ebda kapitalizzazzjoni).

11.3.

Attiv finanzjarju ieħor

Interessi ta’ parteċipazzjoni u investimenti f’sussidjarji; ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġici/ta’ politika

Titoli, inkluż ishma azzjonarji, u strumenti u bilanċji oħra finanzjarji (eż. depożiti fissi u kontijiet kurrenti), miżmumin bħala portafoll earmarked

Transazzjonijiet repos b’lura ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’konnessjoni mal-immaniġġjar tal-portafolli ta’ titoli taħt dan l-element

(a)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

(b)

Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji illikwidi, u kull strument ta’ ishma azzjonarji miżmum bħala investimenti permanenti

Spiża suġġetta għall-impairment

(ċ)

Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-attiv nett

(d)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(e)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(f)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

(g)

Bilnanci mal-banek u mas-self

Valur nominali, tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma ddenominati f’valuti barranin

11.4.

Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti offbalance sheet

Riżultati ta’ valutazzjoni ta’ forwards tal-kambju, swaps tal-kambju, swaps tar-rata tal-imgħax, ftehim tar-rata bil-quddiem, transazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, transazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju għad-data tal-ħlas

Pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju

11.5.

Akkumulazzjonijiet u spejjeż imħallsa minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli lill-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsa minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b’titolu)

Valur nominali, kambju tradott skont ir-rata tas-suq

11.6.

Oħrajn

(a)

Advances, self, elementi oħra minuri. Self skont il-fiduċja.

(a)

Valur nominali jew spiża

(b)

Investimenti relatati ma’ depożiti tad-deheb ta-konsumatur

(b)

Valur tas-suq

(ċ)

Attiv tal-pensjoni nett.

(ċ)

Skond l-Artikolu 22(3)

12.

Telf għas-sena

 

Valur nominali

2.

Fl-Anness III, il-kliem “Trasferiment lil/minn provvedimenti għal riskji tar-rata tal-kambju u tal-prezzijiet” fl-ewwel kolonna tat-tabella taħt is-sub-testatura 2.3 huma sostitwiti bil-kliem “Trasferiment lil/minn provvedimenti għal riskji tar-rata tal-kambju, tar-rata tal-imgħax u tal-prezz tad-deheb”.


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52.”


Top