EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0026(01)

2009/56/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 12 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15, dwar il-ħruġ ta’ karti ta’ flus ewro (BĊE/2008/26)

OJ L 21, 24.1.2009, p. 75–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010; Imħassar b' 32010D0029(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/56(1)/oj

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 21/75


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-12 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15, dwar il-ħruġ ta’ karti ta’ flus ewro

(BĊE/2008/26)

(2009/56/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita' Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 106(1),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), b’mod partikolari l-Artikolu 16,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament ta’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa ‘l quddiem “l-iskema kapitali”) skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ, u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema kapitali aġġustata (minn issa ‘l quddiem “l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali”).

(2)

Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakja tal-valuta waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 (2), is-Slovakja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-ewro, u d-derogi mogħtija lilha skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003 (3) huma abrogati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(3)

L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro (4) jiddefinixxi ‘l- iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus’ u jirreferi għall-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2008. Minħabba li l-ippeżar ġdid ta’ l-iskema kapitali se japplika mill-1 ta’ Jannar 2009, u minħabba li s-Slovakja se tadotta l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2009, id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 għandha tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15

Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 hija emendata kif ġej:

(1)

Is-sentenza finali ta’ l-Artikolu 1(d) hija sostitwita b’li ġej:

“L-Anness ma’ din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.”

(2)

L-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.

(3)  Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(4)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52.


ANNESS

SKEMA TA’ ALLOKAZZJONI TA’ KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ JANNAR 2009

Bank Ċentrali Ewropew

8,0000  %

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

3,1975  %

Deutsche Bundesbank

24,9630  %

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

1,4640  %

Bank of Greece

2,5900  %

Banco de España

10,9465  %

Banque de France

18,7465  %

Banca d’Italia

16,4730  %

Central Bank of Cyprus

0,1805  %

Banque centrale du Lussemburgu

0,2305  %

Bank Ċentrali ta’ Malta

0,0835  %

De Nederlandsche Bank

5,2575  %

Oesterreichische Nationalbank

2,5595  %

Banco de Portugal

2,3075  %

Banka Slovenije

0,4335  %

Národná banka Slovenska

0,9140  %

Suomen Pankki

1,6530  %

Total

100,0000  %


Top